31997R1850



Official Journal L 264 , 26/09/1997 P. 0012 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1850/97

tal-25 ta’ Settembru 1997

li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu għal prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu għal prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/97 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Billi, b’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi użata fil-Komunità għal prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid mill-annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara ezami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji dwar l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur f’affarijiet ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel.

Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat l-ispeċi ta’ l-annimal fejn residwi jistgħu jkunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għals-sorveljanza ta’ residwi (residwu markatur);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġislazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimi ta’ residwu għandhom ġeneralment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji tal-fwied u tal-kliewi; billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiġu spustati fil-kummerċ internazzjonali, u limiti massimi ta’ residwu għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti għal tessuti ta’ muskolu u grass;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi, sabiex jippermetti għat-tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi, nafcillin u sarafloxacin għandhom jiġu mdaħħla fl-Annessi III għal Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi perijodu ta’ 60 jum għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtorizzazzjonijiet mogħtija b’mod konformi bid-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati jitqiegħdu fis-suq;

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara sittin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Settembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 110, tas-26.4.1997, p. 24.

[3] ĠU C 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness III għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif ġej:

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.6. Kwinoloni

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu bersal | Speċi ta' l-annimal | LMR | Tessut bersal | Disposizzjonijiet oħra |

1.2.6.4Sarafloxacin | Sarafloxacin | Salmonidae | 30 µg/kg | Muskolu u ġilda fi proporzjonijiet naturali | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.7.1998" |

1.2.9. Peniċillini

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu bersal | Speċi ta' l-annimal | LMR | Tessut bersal | Disposizzjonijiet oħra |

1.2.9.2.Nafcillin | Nafcillin | Tal-ifrat | 300 µg/kg | Muskolu, grass, fwied, kliewi | Għal użu intra-mammarju biss. LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.1999 |

30 µg/kg | Ħalib" |

--------------------------------------------------