31997R1837



Official Journal L 263 , 25/09/1997 P. 0009 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1837/97

ta’ l-24 ta’ Settembru 1997

li jemenda l-Annessi I, II u III mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’l-ikel li ġejjin mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/97 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Billi, b’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti ta’ residwu massimu għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur f’oġġetti ta’l-ikel ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’l-oġġetti ta’ l-ikel.

Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimu ta’residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’l-ikel ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali fejn residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersall) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimu ta’ residwu għandhom ġeneralment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, iżda, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiġu spustati fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti massimu ta’ residwu għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu jew grass;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi febentel, fenbendazole, oxfendazole u dexamethasone għandhom għalhekk jiġu mdaħħla f’L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi bromidu, melħ tas-sodju għandu jiġi mdaħħal f’L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi, sabiex tippermetti għat-tlestija ta’l-istudji xjentifiċi, ceftiofur, danofloxacin u netobimin għandhom jiġu mdaħħla f’ l-Annessi III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi perijodu ta’ 60 jum għandu jitħalla qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtroiżżazzjonijiet mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati jitqegħdu fis-suq;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehmiet tal-Kumitat Permanenti fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Annessi I, II u III għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma minn hawn emendati kif stabbilit fl-Anness hawnhekk.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sittin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Settembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 110, tas-26.4.1997, p. 24

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma minn hawn emendati kif ġej:

A. L-Anness I hu emendat kif ġej:

2. Aġenti antiparassitiċi

2.1. Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti

2.1.3. Benzimidazoliu pro-benzimidazoli

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

2.1.3.1Febantel | Somma ta' residwi iżolati li jistgħu jiġu ossidizzati għal oxfendazole sulphone | Bovin, ovin, qżieqez, żwiemel | 50µg/kg | Muskolu | |

50µg/kg | Grass | |

500µg/kg | Fwied | |

50µg/kg | Kliewi | |

Bovin, ovin | 10µg/kg | Ħalib | |

2.1.3.2Fenbendazole | Somma ta' residwi iżolati li jistgħu jiġu ossidizzati għal oxfendazole sulphone | Bovin, ovin, qżieqez, żwiemel | 50µg/kg | Muskolu | |

50µg/kg | Grass | |

500µg/kg | Fwied | |

50µg/kg | Kliewi | |

Bovin, ovin | 10µg/kg | Ħalib | |

2.1.3.3Oxfendazole | Somma ta' residwi iżolati li jistgħu jiġu ossidizzati għal oxfendazole sulphone | Bovin, ovin, qżieqez, żwiemel | 50µg/kg | Muskolu | |

50µg/kg | Grass | |

500µg/kg | Fwied | |

50µg/kg | Kliewi | |

Bovin, ovin | 10µg/kg | Ħalib" | |

5. Kortikojdi

5.1. Glukokortikojdi

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu tal-markatur | Speċi ta' l-annimali | LMR | Tessut fil-mira | Disposizzjonijiet oħra |

5.1.1.Dexamethasone | Dexamethasone | Bovin, Qżieqez, æwiemel | 0,75 mg/kg | Muskolu | |

2,0 mg/kg | Fwied | |

0,75 mg/kg | Kilwa | |

Bovin | 0,3 mg/kg | Ħalib" | |

B. L-Anness I hu emendat kif ġej:

1. Komposti inorganiċi

"Sustanza (/i) farmakoloġikament attiva | Speċi tal-annimal | Diposizzjonijiet oħra |

1.29Bromidu, melħ tas-sodju | Kull mammiferu li jipproduċi l-ikel | Għal użu topiku biss" |

C. L-Anness III hu emendat kif ġej:

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.4. Ċeflasporins

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

1.2.4.1Ceftiofur | Somma ta' kull residwu li jżomm l-istruttura betalactum imfissra bħala desfuroylceftiofur | Bovin | 2000 µg/kg | Fwied, kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.1999 |

200µg/kg | Muskolu |

600µg/kg | Grass |

100µg/kg | Ħalib |

Kliewi | 4000μg/kg | Kliewi |

3000µg/kg | Kliewi |

500µg/kg | Muskolu |

600µg/kg | Grass" |

1.2.6. Kwinloni

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

1.2.6.1Danafloxacin | Danafloxacin | Bovin | 900µg/kg | Fwied | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.1999 |

500µg/kg | Kliewi |

300µg/kg | Muskolu |

200µg/kg | Grass |

Tiġieġ | 1200 µg/kg | Fwied, kliewi |

600µg/kg | Ġilda + grass |

300µg/kg | Muskolu" |

2. Aġenti antiparassitiċi

2.1. Aġenti li jaġixxu kontra l-endo-parassiti

2.1.1. Benżimidażoli u pro-benżimidazoli

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

2.1.1.9Netobimin | Somma ta' netobimin u albendazole u metaboliti ta' albendazole mkejla bħala 2-amino benzimidazole sulphone | Bovin, ovin, kaprin | 100µg/kg | Muskolu, grass | LMR proviżorji jiskadu fil- 31.7.1999 |

1000µg/kg | Fwied |

500µg/kg | Kliewi |

100µg/kg | Ħalib" |

--------------------------------------------------