31997R1826



Official Journal L 260 , 23/09/1997 P. 0011 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1826/97

tat-22 ta’ Settembru 1997

li jaddatta il-kodiċi ta’ nomenklatura magħquda ta’ ċerti prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 1577/96 li jintroduci miżura speċifika fuq ċerti ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura biex taġġusta n-nomenklatura tat-Tariffa Komuni tad-Dwana użata għal prodotti agrikoli [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1734/96 tad-9 ta’ Settembru 1996 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta’ statistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [3] għamel xi emendi għan-nomenklatura ta’ ħxejjex; billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1577/96 [4] għandu jiġi aġġustat bl-istess mod;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni Konġunt taċ-Ċereali, Zjut u Xaħmijiet u Għalf Niexef,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1577/96 huwa b’hekk mibdul kif ġej:

"(a) għads għajr dawk għaż-żara’ li huma riferiti fil-kodiċi CN ex07134000;

(b) ċiċri għajr dawk għaż-żara’; li huma riferiti fil-kodiċi CN ex07132000;"

Artikolu 2

Dan ir-Regolamentis ghandu jidħol fis-sehh fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Settembru 1997.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU L 238, tad-19.9.1996, p. 1.

[4] ĠU L 206, tat-30.7.1996, p. 4.

--------------------------------------------------