31997R1812



Official Journal L 257 , 20/09/1997 P. 0005 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1812/97

tad-19 ta’ Settembru 1997

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 2931/95 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 804/68 u Regolamenti oħrajn wara l-modifika tan-nomenklatura magħquda għal ċerti prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għal prodotti agrikoli [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3209/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [4], u partikolarment l-Artikoli 13(3) u 17 (14) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2448/95 ta’ l-10 ta’ Ottubru 1995 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [5] bidlet il-kodiċijiet għal ċerti prodotti tal-ħalib mill-1 ta’ Jannar 1996;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2931/95 [6] emenda r-Regolamenti milqutin mill-alterazzjonijiet hawn fuq imsemmija tal-kodiċi NM, inkluż ir-Regolament (KEE) Nru 804/68; billi kodiċi NM waħda tħalliet barra mill-emendi għal dak ir-Regolament; billi għandha tiġi inserita fiha b’effett mill-1 ta’ Jannar 1996;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2931/95 it-tielet inċiż hu sostitwit bi:

"— id-daħla taħt il-kodiċi NM

ex19019090

hija sostitwita bi:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

19019091 | – – –li ma fihx grass tal-ħalib, sukrosju, isoglukosju, glukosju jew lamtu jew li fih anqas minn 1,5 % grass tal-ħalib, 5 % sukrosju (inkluzi zokkor invertit) jew isoglukosju, 5 % sukrosju jew lamtu, esklużi preparazzjonijiet ta' l-ikel f'forma ta' trab ta' oġġetti ta' l-intestaturi 0401 sa 0404 |

19019099 | – – –Oħrajn" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussels, fid-19 ta’ Settembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 34, tad-9.12.1979, p. 2.

[2] ĠU L 312, tas-27.10.1989, p. 5.

[3] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[4] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21.

[5] ĠU L 259, tat-30.10.1995, p. 1.

[6] ĠU L 307, ta’ l-20.12.1995, p. 10.

--------------------------------------------------