Official Journal L 243 , 05/09/1997 P. 0001 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1729/97 ta’ l- 4 ta’ Settembru 1997 dwar l-aġġustament, li jsegwi bidla fi prezzijiet jew fl-imposta tal-hażna fis-settur taz-zokkor, ta’ certi rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni iffissati bil-quddiem Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1599/96 [2], u b’mod partikolari l-Artiklu 17 (5) u (15) tiegħu, Billi l-Artiklu 7 tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2135/95 tas-7 ta’ Settembru 1995 li jistabbilixi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-għoti ta’ riffużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor [3] jistabbilixxi li jekk, fejn ir-rifużjoni hija ffissata perjodikament, matul il-perjodu bejn il-jum ta’ meta l-applikazzjoni għall-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tintbagħat u l-jum ta’ l-esportazzjoni, jkun hemm bidla fil-prezzijiet taz-zokkor iffissati skond ir-Regolament (KEE) Nru 1785/81, tista’ ssir disposizzjoni sabiex ir-rifużjoni tkun aġġustata; billi aġġustament bħal dak huwa biss permess meta jkun hemm bidla fil-prezzijiet stabbiliti f’eku; Billi, fl-istabbiliment tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, jingħata kont ta’ l-imposta tal-ħażna li għandha titħallas mad-disponiment taz-zokkor għaliex jagħmel parti mill-prezz ‘ex-factory’ taz-zokkor irrispettivament mid-destinazzjoni tiegħu; billi, għalhekk, l-aġġustament tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni ffissati b’invit għall-offerti bl-appalt huwa provdut mhux biss wara bidliet fil-prezzijiet iffissati f’eku iżda wkoll wara bidliet fl-imposta tal-ħażna bejn il-jum li fih tintbagħat l-applikazzjoni għall-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u l-jum ta’ l-esportazzjoni; billi sabiex ikun assigurat trattament ugwali u l-aqwa maniġġar tas-swieq taz-zokkor, din il-possibbiltà msemmija l-aħħar ta’ aġġustament għandha tkun estiża għar-rifużjonijiet li huma ffissati perjodikament għall-esportazzjoni ta’ zokkor abjad, zokkor mhux maħdum, ġulepp taz-zokkor u isoglukożju esportat fil-forma tal-prodotti elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 fejn ikunu ffissati qabel il-bidla fil-prezz ta’ l-intervent in kwistjoni u/jew il-bidla fl-imposta dwar il-ħażna u formalitajiet tad-dwana li jkunu tlestew fid-data tal-bidla jew aktar tard; Billi t-tielet subparagrafu ta’l-Artiklu 5 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/94 [4] jistabbilixxi li r-rata ta’ rifużjonijiet ffissata bil-quddiem għandha tkun aġġustata skond l-istess regoli li japplikaw għal iffissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet għall-prodotti bażiċi esportati fl-istat naturali; billi dak l-aġġustament huwa għaldaqstant magħmul fuq il-bażi tad-differenza bejn il-prezz ta’ l-intervent taz-zokkor konċernat fil-jum li applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tintbagħat u dak validu għall-istess zokkor fil-jum ta’ l-esportazzjoni, biż-żewġ prezzijiet jiżdiedu bl-imposta tal-ħażna applikabbli fl-istess ħin bħall-prezzijiet konċernati; Billi, biż-żieda fil-kummerċ ta’ ċerti prodotti imsemmija fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 u zokkor-kandju u abjad mhux maħdum, il-possibbiltà għall-aġġustar tar-rifużjonijiet għandha tkun esitża għal dawk il-prodotti taħt l-istess kondizzjonijiet u, sabiex ikun assigurat trattament ugwali, għall-isoglukożju u ġulepp inulin esportati fl-istat naturali; Billi, fl-interessi ta’ maniġġjar effiċjenti ta’ dawn l-arranġamenti, numru ta’regoli amministrattivi u tekniċi għandhom ikunu stabbiliti li jippermettu l-applikazzjoni uniformi ta’ l-aġġustament għar-rifużjoni għall-prodott bażiku konċernat; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 747/89 tat-22 ta’ Marzu 1989 dwar l- aġġustament, wara bidla fil-prezzijiet fis-settur taz-zokkor, ta’ ċerti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni ffissati bil-quddiem [5] għandu jitħassar u dan ir-Regolament ikun applikat għall-ewwel darba għall-esportazzjoni taz-zokkor mill-ħsad il-ġdid li għalih isiru apllikazzjonijiet tal-licenzi mill-1 ta’ Ottubru 1997; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Minkejja l-Artiklu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2135/95, jekk, bejn id-data meta applikazzjoni tintbagħat għal liċenza ta’ l-esportazzjoni b’iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni u d-data li fiha l-prodott huwa esportat, ikun hemm bidla fil-prezzijiet ta’ l-intervent iffissati f’ekus taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1785/81 u/jew bidla fl-imposta tal-ħażna ffissata f’ekus taħt dak ir-Regolament, ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni in kwistjoni, iffissati perjodikament, għandhom ikunu aġġustati skond dawn il-kondizzjonijiet stipulati hawn taħt. 2. Il-paragrafu1 għandu japplika: (a) għall-prodotti elenkati fl-Anness I hawn mehmus esportati fl-istat naturali; u (b) għall-prodotti elenkati fl-Anness II hawn mehmus esportati fil-forma tal-prodotti elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 1785/81; mid-data ta’ l-applikazzjoni tal-prezz il-ġdid ta’ intervent u/jew l-ammont il-ġdid ta’ l-imposta tal-ħażna. 3. Għall-għanijiet ta’ l-aġġustament kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ għandu, meta joħroġ il-liċenza ta’ l-esportazzjoni, jimmarka d-dokument kif ġej: "Sabiex ikun aġġustat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1729/97 (ĠU L 243, tal-5.9.1997) fil-każ ta’ merkanzija esportata mid-data ta’ meta l-prezz ta’ intervent il-ġdid in kwistjoni u/jew l-imposta l-ġdida tal-ħażna jibdew jgħoddu." L-aġġustament għandu jsir meta r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni in kwistjoni titħallas. Artikolu 2 Għal zokkor abjad li jaqa’ taħt kodiċi NM 17019910 elenkat fl-Annessi I u II, l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jinkiseb b’żieda jew tnaqqis, skond kif ikun il-każ, tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni bid-differenza, espressa f’ekus għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor, bejn il-prezz ta’ intervent għal zokkor abjad fiz-zoni ta’ bla defiċit miżjud bl-imposta tal-ħażna applikabbli fil-jum li l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ l-esportazzjoni kienet intbagħtet u l-prezz ta’ l-intervent għaz-zokkor abjad miżjud bl-imposta tal-ħażna applikabbli fil-jum ta’ l-esportazzjoni. Artikolu 3 Għall-prodotti elenkati fl-Annessi I u II, bl-eċċezzjoni tal-ġulepp ta’ l-inulin, li jaqa’ taħt kodiċi NM: (a) 17019100, ex17019990, 17026090, 17029060, 17029071, ex17029099 u 21069059, l-aġġustament stabbilit skond l-Artikolu 2 għandu japplika għal kull 1 % ta’ sukrożju kontenut fil-prodott in kwistjoni; l-ammont għandu jkun ugwali għal parti waħda minn mija tad-differenza stabbilita skond l-imsemmi Artikolu; (b) 17024010, 17026010, 17029030 u 21069030, l-aġġustament stabbilit skond l-Artikolu 2 għandu jgħodd għal kull 100 kilogramma ta’ materja xotta kontenuta fil-prodott in kwistjoni. Artikolu 4 1. Għall-kwalità standard ta’ zokor mhux maħdum li jaqa’ taħt kodiċi NM 17011190 u 17011290 elenkat fl-Annessi I u II, l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jinkiseb billi tiżdied jew titnaqqas, skond il-każ, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni skond id-differenza, espressa f’ekus għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor, bejn il-prezz ta’ intervent għal zokkor mhux maħdum miżjud bl-imposta tal-ħażna, espress bħala zokkor mhux maħdum, li huma applikabbli fil-jum li l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ l-esportazzjoni kienet intbagħtet u l-prezz ta’ l-intervent għal zokkor mhux maħdum miżjud bl-imposta tal-ħażna, espress bħala zokkor mhux maħdum, li huwa applikabbli fil-jum ta’ l-esportazzjoni. 2. Billi l-produzzjoni ta’ zokkor mhux maħdum tvarja minn dik tal-kwalità standard imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 431/68 [6], ir-rifużjoni li għandha titħallas aġġustata skond il-paragrafu 1 għandha tigi aktar aġġustata skond l-Artiklu 5 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1423/95 [7]. Artikolu 5 Għall-ġulepp ta’ l-inulin imsemmi fl-Anness I li jaqa’ taħt kodiċi NM ex17026090, l-aġġustament għal kull 100 kilogramma ta’ materja niexfa għandu jkun ugwali għal dak kalkolat skond l-Artikolu 2 moltiplikat b’1,9. Artikolu 6 Ir-Regolament (KEE) Nru 747/89 huwa b’dan imħassar. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l- pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 1997. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Settembru 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4. [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 43. [3] ĠU L 214, tas-16.8.1995, p. 16. [4] ĠU L 136, tal-31.5.1994, p. 5. [5] ĠU L 80, ta’ l-20.3.1989, p. 48. [6] ĠU L 89, ta’ l-10.4.1968, p. 3. [7] ĠU L 141, ta’ l-24.6.1995, p. 16. -------------------------------------------------- ANNESS I Kodici NM | Deskrizzjoni | | Zokkor mill-pitravi u zokkor tal-kannamieli f'forma solida: | ex17011190ex17011290 | –Zokkor tal-kandu mhux maħdum | ex17019910 | –Zokkor tal-kandu abjar | 17019100ex17019990 | –Zokkor li jkun fih materjal għat-togħma jew għall-kulur jew sustanzi ohra | | Zokkor ieħor, inkluż lattożju kimikament pur, maltożju, glukożju u fruttożju f'forma solida; ġuleppi taz-zokkor li ma jkunux miżjuda b'materjal għat-togħma jew għall-kulur, għasel artificjali sew jekk imħallat ma' għasel naturali sew jekk le; karamella u ġulepp ta' l-inulin: | | –Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li jkun fih fl-istat niexef ta' l-anqas 20 % iżda anqas minn 50 % skond il-piż ta' fruttożju: | 17024010 | – –Isoglukożju: | | –li jkun fih, fl-istat niexef, 41 % jew aktar skond il-piż ta' fruttożju | | –Fruttożju ieħor u ġulepp tal-fruttożju, li jkun fih fl-istat niexef aktar minn 50 % skond il-piż ta' fruttożju: | 17026010 | – –Isoglukożju | 17026090 | – –Ieħor | | –Ieħor, inkluż zokkor invertit | 17029030 | – –Isoglukożju | 17029060 | – –Għasel artificjali, sew jekk imħallat b'għasel naturali sew jekk le | | – –Karamella: | 17029071 | – – –Li jkun fiha 50 % jew aktar skond il-piż ta' sukrożju fl-istat niexef | | – – Ieħor | 17029090 | –Ieħor | | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux specifikati jew inklużi band'oħra: | | –Ieħor | | – –Ġuleppi taz-zokkor bit-togħma jew kuluriti | 21069030 | – – – Isoglukożju | | – – –Ieħor | 21069059 | – – –Ieħor | -------------------------------------------------- ANNESS II Kodici NM | Deskrizzjoni | 17019910 | Zokkor abjad | 1701119017011290 | Zokkor mhux maħdum | 170240101702601017029030 | Isoglukożju | ex17029099 | Zokkor mill-pitravi u zokkor tal-kannamieli li jkun fih, fl-istat niexef, 85 % jew aktar skond il-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor invertit kalkolat f’termini ta’ sukrożju) | --------------------------------------------------