Official Journal L 202 , 30/07/1997 P. 0012 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1488/97 tad-29 ta' Lulju 1997 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li stabbilixxa il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 418/96 [2], u partikolarment minn l-Artikolu 13 tiegħu miġjub fih, Billi, b'mod konformi ma’ l-Artikolu 7 (1a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għall-prodotti li kienu f'użu komuni qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-kodiċijiet tal-prattika tal-biedja organika segwiti fil-Komunita; Billi numru ta' Stati Membri kkomunikaw it-tagħrif rilevanti lill-Kummissjoni rigward il-prodotti li kienu jintużaw komunement fil-biedja organika fit-territorju tagħhom qabel l-24 ta' Ġunju 1991 u ma humiex inklużi f'L-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; billi huma indikaw ukoll illi dawn il-prodotti għadhom awtorizzati fl-Istati Membri interessati fil-biedja in ġenerali; billi wara eżami tat-talbiet ta' l-Istati Membri, deher xieraq li jiġi inklużi f'dan l-istadju ’tipi ta' tafal’ bħala kondizzjonatur miżjud mal-ħamrija u l-prodotti li ġejjin bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: l-azadiraktin, ix-xama’ tan-naħal, ċerti komposti tar-ram, l-etilene, il-ġelatina, l-allumi tal-putassju, il-kubrit tal-ġir, il-leċitina, l-estratt mit-tabakk (Nicotiana tabacum), preparati mill mikro-organiżmi, żjut minerali, il-permanganat tal-putassju u r-ramel tal-kwarz; Billi f'dan il-kuntest ċerti prodotti (skart kompost tad-djar, ġir industrijali mir-raffineriji taz-zokkor) f'użu tradizzjonali fl-Istati Membri ġodda (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja) għandhom ukoll jiġu inklużi; Billi, barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri talbu li ċerti fertilizzanti oħra, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti oħra wżati fil-biedja jiġu inklużi f'L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sabiex jista jsir l-użu ta' dawn il-prodotti fil-biedja organika; billi, wara eżami ta' dawn it-talbiet, instab illi l-ħteġijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament jiġu sodisfatti għall-fosfat di-ammoniku, u għal ċerti piretrojdi billi dawn il-prodotti jiġu aċċettati biss meta wżati fin-nases u għall-proteini idrolizzati meta dawn jintużaw fin-nases jew f'applikazzjonijiet awtorizzati meta kkombinati ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti fit-Taqsima B ta' l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; Billi l-inklużjoni ta' l-iskart kompost domestiku, il-ġir industrijali mir-raffinazzjoni taz-zokkor, l-estratt mit-tabakk (Nicotiana tabacum), il-komposti tar-ram, żjut minerali, in-nases tal-metaldeid u n-nases tal-piretrojdu għandha tiġi limitata għal perjodu taż-żmien ta' ħames snin, sakemm ikun hemm riżultati ta' eżami ieħor bil-ħsieb li jiġu perfezzjonati iktar il-ħtiġijiet jew li possibilment jiġu sostitwiti dawn il-prodotti b'soluzzjonijiet oħra; billi dan l-eżami mill-ġdid għandu jinbeda malajr kemm jista’ jkun fuq il-bażi ta' iktar tagħrif li għandu jiġi sottomess mill-Istati Membri interessati li jżommu l-inklużjoni ta' dawn il-prodotti; Billi għal ċerti fertilizzanti u għall-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet restrittivi dwar l-użu u/jew ħteġijiet dwar il-kompożizzjoniiet; billi partikolarment għall-komposti tar-ram u għall-estratt mit-tabakk (Nicotiana tabacum), huwa xieraq li r-restrizzjoni addizzjonali għall-kondizzjonijiet dwar l-użu fuq ċerti wċuh (tar-raba) u kontra organiżmi li jagħmlu ħsara, jiġu studjati malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 1999; Billi deher illi ċerti prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fit-Taqsima B ta' l-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ma jintużawx u għalhekk jistgħu jitħassru minn dan l-Anness; Billi ċerti Stati Membri talbu ż-żieda ta' ċerti ptodotti f'L-Anness VI mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u l-inklużjoni ta' kondizzjonijiet iktar restrittivi dwar l-użu ta' ċerti prodotti ta' oriġini mhux agrikola diġa inklużi f'dan l-Anness; billi, wara eżami, instab illi dawn it-talbiet jissodisfaw il-ħteġijiet preskritti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 345/97 [4]; Billi għandu jiġi permess perjodu taż-żmien ta' grazzja sabiex jintużaw il-prodotti li jiġu maqtugħa jew awtorizzati biss fuq kondizzjonijiet ristrettivi; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jiġi emendat kif meħtieġ; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi II u VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom jiġu emendati b'mod konformi ma’ l-Anness ma dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-prodotti mniżżla fil-lista fit-Taqsima B ta' l-Anness II u t-Taqsimiet B u C ta' l-Anness VI mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jintużaw skond il-kondizzjonijiet li kienu japplikaw qabel sakemm jinħlew il-ħażniet eżistenti iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 1998. Il-prodotti elenkati f'L-Annessi II sa VI mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 fuq kondizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jintużaw fuq il-kondizzjonijiet li kienu japplikaw qabel sakemm jinħlew il-ħażniet eżistenti iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. [2] ĠU L 59, tat-8.3.1996, p. 10. [3] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 5. [4] ĠU L 58, tas-27.2.1997, p. 38. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. It-Taqsima A ta' l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tiġi emendata kif ġej:(a)It-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Fertilizzanti u kondizzjonaturi tal-ħamrija." (b)Dan li ġej jiddaħħal fl-intestatura ta' l-Anness bit-Titolu: "Kondizzjonijiet ġenerali għall-prodotti kollha: - użati b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I, - użati biss b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġisżlazzjoni dwar il-fertilizzanti li tapplika f'kull Stat Membru." (ċ)Il-prodott li ġej jiddaħħal wara "Eskrement likwidu ta' l-annimali": "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | — Skart tad-dar magħmul kompost | Kompost ta' skart tad-djar separat minn l-ewwel; | skart tal-ħaxix u ta' l-annimali biss; | prodott f'sistema ta' ġbir magħluqa u kkontrollata, aċċettata minn l-Istat Membru; | konċentrazzjonijiet massimi ta' materja xotta f'mg/kg: Kadmju: 0,7; Ram: 70; Nikel: 25; Ċomb: 45; Zingu: 200; Merkurju: 0,4; Kromju (totali): 70; Kromju (VI); 0 | Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss; | Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew l-awtorita ta' spezzjoni | "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | "tafal (e.g. perlite, vermikulite, eċċ.)"" | | (e)Dan li ġej jiżdied fil-kolonna "Deskrizzjoni; rekwiżiti ta’ kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu" rigward il-prodotti msemmja hawn taħt: "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | Pil | Konċentrazzjoni massima ta' materja xotta ta' Kromju (VI) f'mg/kg: 0 | "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | Alka u prodotti minn l-alka | Sa fejn ikunu direttament akkwistati billi: (i)Isir proċess fiżiku inkluż deidrazzjoni, friżar u dris;(ii)isir proċess ta' estrazzjoni bl-ilma jew aċidu ta' l-ilma u/jew soluzzjoni alkalina;(iii)bil-fermentazzjoni;il-ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni" | (g)Il-prodotti li ġejjin jiżdiedu wara "Sulfat tal-kalċju (ġibs)": "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | Ġir industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor | Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni; | matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss" | 2. It-Taqsima B ta' l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tiġi sostitwita b'dan li ġej: "B. PRODOTTI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-PJANTI Kondizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-prodotti kollha komposti minn jew li jkun fihom is-sustanzi attivi li ġejjin: - użu b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I, - b'mod konformi biss mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġislazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li tapplika fl-Istati Membri fejn il-prodott huwa wżat (fejn rilevanti [3]). I. Sustanzi ta' orġini mill-uċuħ (tar-raba) jew mill-annimali Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | Ażadiraktin estratt minn Azadirachta indica | Insettiċida; | Għandu jintuża biss fuq il-pjanta omm għall produzzjoni taż-żrieragħ u fuq pjanti oħra għall produzzjoni ta' materjal għar-riproduzzjoni veġitattiva u fuq uċuħ ornamentali | Xema’ tan-naħal | Aġent taż-Żabra | Ġelatina | Insettiċida | Proteini idroliżżati | Attraent; | F'applikazzjonijiet awtoriżżati biss kombinati ma’ prodotti oħra appropriati ta' dan l-Anness 2 parti B | Leċitin | Fungiċida | Estratt (soluzzjoni ta' l-ilma) minn Nicotiana tabacum | Insettiċida; | Kontra l-afidi f'siġar tal-frott subtropikali (arinġ, lumi) u uċuħ tropikali (e.g. banana) biss; uża biss fil-bidu tal-perjodu ta' veġetazzjoni; | ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' espezzjoni; | matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002, biss | Żjut mill-pjanti (e.g. żejt tal-menta, żejt mill-pieni, żejt mill-karawett) | Insettiċida, akariċida, fungiċida u li jżomm it-tnibbit. | Piretrini estratti mill-Chysanthemum cinerariaefolium | Insettiċida | Kwassja estratta mill-Quassia amara. | Insettiċida, ripellant | Rotenone estratt minn Derris spp. u Lonchocarpus spp. u Terphrosia spp. | Insettiċida u ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni | Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | Mikroorganiżmu (bacteria, virus u fungi) e.g. Bacillus thuringensis, Granulosis virus, eċċ. | Prodotti mhux ġenetikament modifikati fis-sens ta' Direttiva 90/220/KEE | Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | Fosfat tad-diamonju | Attraent; | Fin-nasses biss | Metaldejde | Molluskiċida; | Fin-nasses biss li jkun fihom ripellent għall-speċi għolja ta' annimali | Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss | Feromonji | Insettiċida, attraent; | Fin-nasses u apparati ta' distribuzzjoni awtomatika | Piretrojdi (deltametrin jew lambdaċijalotrin) biss | Insettiċida; | Fin-nasses biss b'attraenti speċifiċi; | Kontra il-Batrocera oleae u Ceratitis capitata wied biss; | Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' ispezzjoni | Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss; | IV. Sustanzi oħra f'użu tradizzjonali fil-biedja organika Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu | Ram fil-forma ta' idrussidu tar-ram, ossiklorur tar-ram; (tribasiku) sulfat tar-ram u ossidu kupru | Funġiċida; | Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss; | Htieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni | Etilene | Biex titneħħa il-ħdura mill-banana | Melħ tal-potassa minn aċidu grass (sapun artab) | Insettiċida | Alum tal-potassa (Kalanite) | Biex Iżżomm is-sajran tal-banana | Kubrit tal-ġir (Calcium polysulphide) | Finġiċide, insettiċida, akariċida; | Biss għat-trattament fix-xitwa ta' siġar tal-frott ta' siġar taż-żebbuġ u dwieli | Żejt paraffin | Insettiċida, agariċida | Żjut minerali | Insettiċida, funġIċida; | Biss f'siġar tal-frott, dwieli, siġar taż-żebbuġ u uċuħ tropikali (e.g. banana) | Biss matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 | Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' l-spezzjoni | Permanganat tal-potassju | Funġiċida, batteriċida; | Biss fuq siġar tal-frott u dwieli. | Ramel tal-kwarz | Repellenti | Kubrit | Funġiċida, akariċida, repellenti" | "Isem | Kondizzjonijiet Speċifiċi | Aċidu Ċitriku | Produzzjoni taż-żejt u idrolisi tal-lamtu" | (ċ) Fit-Taqsima Ċ, il-prodott li ġej jitħassar mis-sotto-taqsima Ċ.2.3:"Għasir tal-lumi". [3] F'ċerti Stati Membri il-prodotti mmarkati b (*) mhumiex konsidrati bħala prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti u mhumiex soġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet dwar il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti. --------------------------------------------------