31997R1196

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/97 tas-27 ta' Ġunju 1996 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

Official Journal L 170 , 28/06/1997 P. 0013 - 0014
CS.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
ET.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
HU.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
LT.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
LV.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
MT.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
PL.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
SK.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315
SL.ES Chapter 02 Volume 08 P. 314 - 315


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/97

tas-27 ta' Ġunju 1996

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1195/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi hija aċċettata li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament tista' tkompli tintalab taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] Ara l-paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Preparazzjoni ta' l-ikel, f'forma ta' folji nexfin li jgħaddi d-dawl minnhom, ta' qisien differenti, magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma.Dawn il-folji, wara li jixxarbu fl-ilma biex isiru flessibbli, huma ġeneralment użati biex jagħmlu r-wrappers għall-ispring-rolls jew prodotti simili. | 19059020 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 1905, 190590 u 19059020. |

— aċidu aċetiku | 0,1 % bħala toqol |

— sulfit | 270 ppm |

— melħ | 19 % bħala toqol |

| | 07119040 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 0711, 071190 u 07119040. Minħabba l-kontenut għoli tal-melħ u tas-sulphite, il-prodott mhux tajjeb f'dak l-istat għall-konsum immedjat. |

3. Faqqiegħ (genus

Agaricus

), ippreparati, mismut, mgħaddas fl-ilma, bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

—kontenut ta' aċidu liberu, volatili espress bħala aċidu aċetiku | > 0,5 % bħala toqol |

— sulfit | < 2 ppm |

— melħ | 2,6 % bħala toqol |

Dan il-prodott, li fih aġenti oħra ta' priservazzjoni, huwa tajjeb għall-konsum immedjat. | | 20019050 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 20 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 2001, 200190 u 20019050. |

4. Faqqiegħ (genus Agaricus), imsajjar kompletament (attività polyphenol oxydase, wara il-metodu Bojarkin-Jankov, negattiv), ippriservat fil-melħ (15 sa 25 % melħ) b’ħall miżjud jew aċidu aċetiku b'kontenut ta' aċidu liberu, volatili ta' 0,5 % jew aktar bħala toqol espress f'aċidu aċetiku.

| 20019050 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 20 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 2001, 200190 u 20019050. |

(% bħala toqol) |

Ġobon tat-trab | 55,3 |

Xorrox tat-trab | 38,7 |

Lactose | 4,0 |

Melħ | 2,0 |

| | 21069098 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106, 210690 u 21069098. |

(% bħala toqol) |

Ġobon ċedar tat-trab | 46-56 |

Xorrox tat-trab | 16-21 |

Buttermilk tat-trab | 16-21 |

Melħ | 6-9 |

Fosfat tad-dissodju | 2-5 |

| 21069098 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106, 210690 u 21069098. |

--------------------------------------------------