31997R1087



Official Journal L 158 , 17/06/1997 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/97

tad-9 ta' Ġunju 1997

li jawtorizza l-importazzjonijiet ġewwa l-Gżejjer Kanarji ta' prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies u ċertu prodotti ta' kwota li joriġinaw miċ-Ċina mingħajr restrizzjonijiet kwantittattivi jew miżuri b'effett ekwivalenti

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1911/91 tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja għall-Gżejjer Kanari [1], il-Kunsill jista' jippermetti derogi, fuq talba ta' l-awtoritajiet Spanjoli, mid-dispożizzjonijiet tal-politika kummerċjali komuni applikabbli għat-territorju tal-Gżejjer Kanarji;

Billi Spanja talbet għal dawn id-derogi u talbet sabiex ir-restrizzjonijiet kwantittattivi applikabbli fil-Komunità għall-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies u ta' ċertu prodotti tal-kwota li joriġinaw miċ-Ċina jiġu rinunzjati fir-rigward ta' prodotti intenzjonati għall-konsum fil-Gżejjer Kanarji;

Billi, fid-dawl ta' restrizzjonijiet speċjali tal-Gżejjer Kanari, l-arranġament tal-kummerċ liberu fis-seħħ fiż-żmien ta' l-adeżjoni ta' Spanja fil-Komunità u l-volum baxx ta' kummerċ involut, tali deroga tidher li mhijiex iġġustifikata;

Billi għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet li jassiguraw illi l-prodotti li jkunu suġġetti għad-deroga mir-restrizzjonijiet kwantittattivi fis-seħħ huma esklusivvament għas-suq intern tal-Gżejjer Kanarji u li l-Kummissjoni tirċievi rapporti regolari dwar il-volum ta' l-importazzjoni u tar-rikunsinna;

Billi, jekk il-prodotti inkwestjoni jiġu kkunsinnjati lill-bqija tat-territorju doganali tal-Komunità, miżuri dwar restrizzjonijiet kwantittattivi jridu japplikaw; billi l-oġġetti għandhom għalhekk ikunu akkumpanjati mid-dokumenti T5 sa l-uffiċċju doganali fejn jiġu rrilaxxati għall-konsum fuq preżentazzjoni tad-dokumenti korrispondenti sabiex jiġi żgurat illi jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri,

ADOTTA DAN IR-IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Magħquda u dawk inklużi fl-Anness II tar-Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni minn ċertu pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 3420/83 [2] għandhom jiġu rrilaxxati għall-importazzjoni ġewwa l-Gżejjer Kanarji mingħajr restrizzjonijiet kwantittattivi jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti.

L-Artikolu 2

1. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw esklużivament għal prodotti għas-suq domestiku tal-Gżejjer Kanarji.

2. L-awtoritajiet Spanjoli kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw il-konformità mal-paragrafu 1, skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Komunità dwar l-użu finali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità [3].

L-Artikolu 3

1. Jekk il-prodotti li huma suġġetti għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1 jkunu kkunsinnjati f'partijiet oħra tat-territorju doganali tal-Komunità, l-awtoritajiet Spanjoli kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-ġbir tat-taxxi fuq tariffi tad-dwana komuni skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 527/96 tal-25 ta' Marzu 1996 li jissosspendi temporanjament it-taxxi fuq Tariffi Doganali Komuni awtonomi u li jintroduċi progressivament it-taxxi fuq Tariffi Doganali Komuni fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti industrijali ġewwa l-Gżejjer Kanarji [4]. L-oġġetti inkwestjoni għandhom ikunu soġġetti wkoll għall-miżuri relevanti tal-politika komni kummerċjali kif stabbilita fir-Regolamenti li ġejjin:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi [5],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li ma jaqgħux taħt ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħrajn, jew minn regoli Komunitarji speċifiċi oħrajn dwar l-importazzjoni [6],

- Ir-Regolament (KE) Nru 519/94.

2. Ma' kull kunsinna tal-prodotti inkwestjoni jrid ikun hemm kopja tal-kopja tal-kontroll T5, maħruġa skond l-Artikoli 472 sa 484 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [7].

3. Kopja tal-kopja tal-kontroll T5 tista' tinħareġ biss malli jiġu ppreżentati l-oriġinal jew kopja tal-liċenzja għall-importazzjoni tal-Komunità relatata.

4. Il-kopja tal-kontroll T5 ikkunsinnata mill-uffiċċju tat-tluq għandha tinkludi id-dettalji li ġejjin:

- f'kaxxa 8, "Id-destinatarju": l-isem tal-persuna li f'isimha tkun maħruġa l-liċenzja għall-importazzjoni tal-Komunità,

- f'kaxxa 104:

"Mercancías que deben someterse, para su despacho a consumo fuera de las islas Canarias, a las restricciones cuantitativas aplicables en la Comunidad

Reglamento (CE) no… Derogación en las islas Canarias de las restricciones cuantitativas"

(Oġġetti li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet kwantittattivi applikabbli fil-Komunità malli jiġu rilaxxati għal konsum barra l-Gżejjer Kanarji)

(Ir-Regolament (KE) Nru… Deroga minn restrizzjoni kwantittattiva għall-Gżejjer Kanarji).

5. Id-dokumenti li jkunu ma' l-oġġetti li jimxu taħt il-proċedura ta' tranżitu intern tal-Komunità skond l-Artikolu 311(ċ) tar-Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jinkludu fil-kaxxa 44 referenza għall-kopja tal-kontroll T5 relevanti.

6. L-awtoritajiet kompetenti fl-uffiċċju tad-destinazzjoni għandhom, fejn ikun xieraq, inaqqsu il-kwantità imniżżla fuq il-liċenzja.

L-Artikolu 4

Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li huma suġġetti għal restrizzjonijiet kwantittattivi jew miżuri oħra ta' sorveljanza fit-territorju tal-Komunità, l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli għandhom javżaw il-Kummissjoni sal-15 ta' kull xahar dwar il-volum ta' l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għad-derogi waqt ix-xaħar ta' qabel u, fejn ikun xieraq, tal-prodotti li ġew ikkunsinnjati lejn il-kumplament tat-territorju doganali tal-Komunità.

L-Artikolu 5

Dan ir-Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Zalm

[1] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 1.

[2] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 89. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1897/96 (ĠU L 250, tat-2.10.1996, p. 1).

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[4] ĠU L 78, tat-28.3.1996, p. 1.

[5] ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2231/96 (ĠU L 307, tat-28.11.1996, p. 1).

[6] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1937/96 (ĠU L 255, tad-9.10.1996, p. 4).

[7] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2153/96 (ĠU L 289, tat-12.11.1996, p. 1).

--------------------------------------------------