31997R0888



Official Journal L 126 , 17/05/1997 P. 0011 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/97

tas-16 ta’ Mejju 1997

li jemenda ċerti disposizzjonijiet ta’ l-istandards għall-frott u l-ħxejjex friski

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 10 tiegħu,

Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2200/96 jistabbilixxi li meta tadotta standards għall-frott u l-ħxejjex friski l-Kummissjoni għandha tieħu akkont ta’ l-istandards internazzjonali tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjoni Uniti għall-Ewropa;

Billi l-istandards tal-Komunità għall-frott u l-ħxejjex friski huma mferrxa matul disposizzjonijiet Komunitarji numerużi; billi wħud minn dawk id-disposizzjonijiet għandhom jiġu armonizzati sabiex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tal-istandards imsemmija u l-verifiki tal-konformita;

Billi l-istandards internazzjonali għall-frott u l-ħxejjex friski stabbiliti mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa jiddefinixxu b’mod ċar kif l-identità ta’ min jippakkja u min jagħmel id-dispaċċ għandha tkun indikata fuq l-ippakkjar; billi, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ kjarezza legali, dawk id-disposizzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu inkorporati fl-istandards Komunitarji kollha għall-frott u l-ħxejjex friski;

Billi r-Regolamenti li jistabbilixxu standards għall-qaqoċċ, għall-fażola, għall-piżelli, għall-pastard u għat-tewm ma fihomx disposizzjonijiet dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini fuq l-ippakkjar; billi dawn id-disposizzjonijiet, li huma inklużi fl-istandards internazzjonali eżistenti, għandhom ikunu introdotti;

Billi l-klassi III kienet stabbilita bir-Regolamenti li jistabbilixxi standards għall-kurrat, il-brunġiel, il-qarabagħli, it-tadam, il-basal, iċ-ċikwejra witloof, iċ-ċirasa, il-frawli, il-Brussel sprouts, l-għeneb tal-mejda, il-ħass, l-indivja tal-werqa nnoklata u tal-werqa wiesa’ (Batavjana), il-ħjar, il-frott ċitriku u t-tuffieħ u l-lanġas tad-deżerta; billi l-klassi III kienet applikabbli biss f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali u billi kienet tilfet l-importanza tagħha għas-settur tal-frott u l-ħxejjex friski; billi l-istandards internazzjonali ma jagħmlu l-ebda disposizzjoni għal din il-kategorija u billi, bl-iskop tas-simplifikazzjoni, għandha titneħħa mill-istandards Komunitarji;

Billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 211/66/KEE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1966 li jżid klassi ta’ kwalità supplimentari għall-istandards tal-kwalità ta’ standards komuni għal xi frott u ħxejjex [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3596/90 [3], ukoll stabbilixxa klassi III għall-pastard; billi għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, ir-Regolament imsemmi hawn fuq Nru 211/66/KEE għandu jiġi mħassar;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 11

1. Il-Kapitolu VI "Disposizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar" ta’ l-Annessi ma’:

(a) Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness I huma hawnhekk emendati kif ġej:

Il-Punt A

"L-Identifikazzjoni"

hi mibdula b’li ġej:

"Min jippakkja u/jew min jagħmel id-dispaċċ: L-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi aċċettata jew maħruġa uffiċċjalment. B’danakollu, fil-każ meta l-marka tal-kodiċi hi użata, ir-referenza "min jippakkja u/jew min jagħmel id-dispaċċ (jew abbrevazzjonijiet ekwivalenti)" għandha tiġi indikata b’konnessjoni mill-qrib mal-marka tal-kodiċi."

(b) Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness II huma hawnhekk emendati kif ġej:

Il-Punt Ċ

"L-Oriġini tal-Prodott"

hu mibdul b’ li ġej:

"Il-Pajjiż ta’ l-oriġini u, mhux obbligatorju, id-distrett ta’ fejn hu mkabbar, jew l-isem tal-post nazzjonali, reġjonali jew lokali."

2. Fir-Regolamenti elenkati fl-Anness III, ir-referenzi kollha għall-klassi III huma mħassra.

3. Ir-Regolament No 211/66/KEE hu hawnhekk imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1997.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Mejju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU C 233, ta’ l-20.12.1966, p. 3939/66.

[3] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 38.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 23 (l-Anness II/1) [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru1108/91 [2].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 58 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 448/97 [4].

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 10/65/KEE [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 918/78 [6].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1292/81 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1076/89 [8].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 778/83 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1657/92 [10].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2213/83 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 658/92 [12].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 899/87 [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 658/92.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1591/87 [14], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 658/92.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru1730/87 [15], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1675/92 [16].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 79/88 [17], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 658/92.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1677/88 [18].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 920/89 [19], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1017/96 [20].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1076/89 [21].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 410/90 [22], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 305/92 [23].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3596/90 [24], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 1169/93 [25].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1108/9 [26], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 997/95 [27].

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 454/92 [28].

[1] ĠU C 30, ta’ l-20.4.1962, p. 965/62.

[2] ĠU L 110, tal-1.5.1991, p.67.

[3] ĠU C 56, tas-7.7.1962, p. 1606/62.

[4] ĠU L 68, tat-8.3.1997, p. 17.

[5] ĠU C 19, tal-5.2.1965, p. 246/65.

[6] ĠU L 119, tat-3.5.1978, p. 15.

[7] ĠU L 129, tal-15.5.1981, p. 38.

[8] ĠU L 114, tas-27.4.1989, p. 14.

[9] ĠU L 86, tal-31.3.1983, p. 14.

[10] ĠU L 172, tas-27.6.1992, p. 53.

[11] ĠU L 213, ta’ l-4.8.1983, p. 13.

[12] ĠU L 70, tas-17.3.1992, p. 15.

[13] ĠU L 88, tal-31.3.1987, p. 17.

[14] ĠU L 146, tas-6.6.1987, p. 36.

[15] ĠU L 163, tat-23.6.1987, p. 25.

[16] ĠU L 176, tat-30.6.1992, p. 10.

[17] ĠU L 10, ta’ l-14.1.1988, p. 8.

[18] ĠU L 150, tas-16.6.1988, p. 21.

[19] ĠU L 97, tal-11.4.1989, p. 19.

[20] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 21.

[21] ĠU L 114, tas-27.4.1989, p. 14.

[22] ĠU L 43, tas-17.2.1990, p. 22.

[23] ĠU L 32, tat-8.2.1992, p. 15.

[24] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 38.

[25] ĠU L 118, ta’ l-14.5.1993, p. 22.

[26] ĠU L 110, ta’ l-1.5.1991, p. 67.

[27] ĠU L 101, ta’ l-4.5.1995, p. 16.

[28] ĠU L 52, tas-27.2.1992, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Ir-Regolament Nru 23 (l-Anness II/1).

Ir-Regolament Nru 58.

Ir-Regolament Nru 10/65/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Ir-Regolament Nru 23 (l-Anness II/1).

Ir-Regolament (KEE) Nru 1292/81.

Ir-Regolament (KEE) Nru 778/83.

Ir-Regolament (KEE) Nru 2213/83.

Ir-Regolament (KEE) Nru 899/87.

Ir-Regolament (KEE) Nru 1591/87 (l-Anness II).

Ir-Regolament (KEE) Nru 1730/87.

Ir-Regolament (KEE) Nru 79/88 (l-Anness I).

Ir-Regolament (KEE) Nru 1677/88.

Ir-Regolament (KEE) Nru 920/89 (l-Annessi II u III).

Ir-Regolament (KEE) Nru 1076/89.

--------------------------------------------------