31997R0824



Official Journal L 119 , 08/05/1997 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 824/97

tad-29 ta' April 1997

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3030/93 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3030/93 [1] introduċa regoli komuni applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi;

Billi l-pubblikazzjoni ta' avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje "C", tkun biżżejjed biex tilqa' l-ħtiġijiet ta' operaturi għal informazzjoni, b'mod partikolari dwar il-lista tal-pajjiżi membri tal-World Trade Organization (WTO);

Billi, fid-dawl tal-konklużjoni tal-ftehim dwar l-aċċess fis-suq għall-prodotti tat-tessuti bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/386/KE tas-26 ta' Frar 1996 [2] u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/207/KE tat-22 ta' Diċembru 1995 fuq l-applikazzjoni proviżorja ta' żewġ Ftehim fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vietnam fuq il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti u l-ilbies [3], l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu jkun emendat biex jiġu kkonsidrati l-arranġamenti l-ġodda għall-importazzjoni min-negozji żgħar u prodotti tal-folklor minn dawk il-pajjiżi;

Billi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 jagħti l-possibiltà, taħt ċirkostanzi partikolari, ta' l-importazzjoni ta' kwantitajiet addizzjonali; billi, fid-dawl ta' l-esperjenza ta' l-imgħoddi, ikun jaqbel li jiġi ċċarat il-mod kif dak l-Artikolu jkun applikat; billi, f'dak ir-rigward, il-kwantitajiet addizjonali mogħtija għal sena u kategorija ta' kwoti mogħtija tista', per eżempju, tkun imnaqqsa minn waħda jew iżjed kategoriji ta' prodotti dwar is-sena kkonċernata jew mil-limitu kwantitattiv applikabbli għall-kategorija kkonċernata dwar il-kwota tas-sena ta' wara;

Billi għandu jkun speċifikat illi dan ir-Regolament m'għandux jieħu preċedenza fuq id-disposizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Tessuti u l-Ilbies (FTI) jew ta' ftehim bilaterali fil-każ ta' pajjiżi li mhumiex membri tal-WTO;

Billi l-liċenzi għall-esportazzjoni għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena wara dik li fiha l-prodotti koperti mil-liċenza għall-esportazzjoni kienu mgħobbija; billi l-oġġetti koperti mil-liċenza għall-importazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu importati f'każ ta' nuqqas tal-ħarsien ta' l-iskadenza; billi, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, għandu jkun hemm provvisti għall-iskadenza tal-preżentazzjoni ta' liċenzi tal-esportazzjoni biex jerġgħu jiddaħħlu sat-30 ta' Ġunju;

Billi jidher xieraq li jsiru ċerti emendi lir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 fid-dawl ta' l-esperjenza miġbura fl-implimentazzjoni tiegħu; billi, meta dawn l-emendi jkunu saru, trid tittieħed l-opportunità biex jiġu ċċarati u jkunu aġġornati ċerti disposizzjonijiet;

Billi l-emendi għal-lista tal-Membri tal-WTO jew tad-dettalji fil-lista ta' l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tad-dokumenti għall-importazzjoni ma jiġġustifikawx rikors lill-proċedura tal-kumitat imniżżla fl-Artikolu 17 ta' l-imsemmi Regolament; billi l-pubblikazzjoni fuq inizjattiva tal-Kummissjoni ta' aġġornamenti regolari ta' dawn il-listi fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ikun jilħaq il-bżonnijiet ta' simplikazzjoni amministrattiva u t-twettiq adekwat tal-ħtiġijiet għall-informazzjoni ta' l-operaturi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 3030/93 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) se jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Dan ir-Regolament japplika għal:

- importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti mniżżlin fl-Anness I, li għandhom l-oriġini f'pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità tkun ikkonkludiet ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħrajn kif imniżżel fl-Anness II,

- importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti, kif imniżżel fl-Anness X, li, safejn taf il-Komunità, ma ġewx integrati fil-GATT 1994 fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(6) jew (8) tal-Ftehim tal-WTO dwar it-Tessuti u l-Ilbies (FTI) u li għandhom l-oriġini minn pajjiżi terzi, Membri tal-World Trade Organization (WTO).

Il-Kummissjoni għandha tassigura illi l-lista ta' pajjiżi terzi, Membri tal-WTO, u kull aġġornamenti għal dak, ikunu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje "C"."

2. L-Artikolu 3(1) se jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-limiti kwantittattivi rriferiti fl-Anness V mhumiex se japplikaw għan-negozji żgħar u l-prodotti tal-folklor speċifikati fl-Anness VI li huma akkumpanjati minn ċertifikat ta' importazzjoni maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' l-oriġini skond id-disposizzjonijiet tal-Anness VI u li jwettqu l-kondizzjonijiet l-oħra mniżżlin hemm."

3. L-Artikolu 3(3) se jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. Il-paragrafi 1 u 2 mhumiex se japplikaw għall-Brażil, Hong Kong jew il-Macao."

4. L-Artikolu 8 se jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 8

Importazzjoni addizzjonali

Fejn, taħt ċirkostanzi partikolari, l-importazzjoni ‘il fuq minn dawk irriferiti fl-Anness V huma meħtieġa dwar waħda jew iżjed kategoriji ta' prodotti, opportunitajiet addizzjonali għall-importazzjoni matul sena mogħtija ta' kwota jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17.

Fejn tali opportunitajiet addizzjonali jingħataw wara over-licensing mill-awtoritajiet ta' pajjiż li jipprovdi, dan se jkun soġġett għal tnaqqis ta' ammont li jikkorrispondi ma' l-ammont addizjonali mil-limitu kwantitattiv:

- ta' waħda jew iżjed kategoriji ta' prodotti li jappartjenu lill-istess grupp jew subgrupp ta' prodotti għas-sena ta' kwota korrenti (iżda tali ammont ma jeċċedix it-3 % tal-limitu kwantitattiv għall-kategorija li għaliha jkunu ngħataw l-opportunitajiet addizzjonali) u/jew

- ta' l-istess kategorija ta' prodotti għas-sena ta' kwota ta' wara.

F'każ ta' emerġenza, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-konsultazzjonijiet fil-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 17 fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara r-riċevuta ta' talba minn Stat Membru u se tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol ikkalkolati mill-istess data.

Dawn l-opportunitajiet addizzjonali għall-importazzjoni mhumiex jiġu kkonsidrati bil-għan li jiġi applikat l-Artikolu 7."

5. L-Artikolu 15(1) se jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Fejn, wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet skond il-proċeduri mwaqqfin fl-Anness IV, il-Kummissjoni ssib illi l-informazzjoni li għandha fil-pussess tagħha tikkostitwixxi prova illi prodotti li għandhom l-oriġini minn pajjiż li jissuplixxi mniżżel fill-lista fl-Anness V u bla ħsara għal-limiti kwantittattivi rriferiti fl-Artikolu 2 jew introdotti skond l-Artikolu 10 ġew ittrasportati, mogħtijin rotta ġdida jew xort'oħra importati ġewwa l-Komunità permezz ta' ċirkumvenzjoni ta' tali limiti kwantittattivi u li hemm il-bżonn li jsiru l-aġġustamenti neċessarji, għandha titlob illi l-konsultazzjonijiet jibdew, skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 16, sabiex jintlaħaq ftehim fuq aġġustament ekwivalenti tal-limiti kwantittattivi korrispondenti."

6. L-Artikolu 15(5) se jkun mibdul b'dan li ġej:

"5. Barra minn dan, fejn ikun hemm evidenza li kienu involuti t-territorji ta' pajjiżi terzi li huma Membri tal-WTO imma li mhumiex imniżżlin fil-lista ta' l-Anness V, il-Kummissjoni għandha titlob li jsiru l-konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew pajjiżi kkonċernati skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 16 sabiex tittieħed azzjoni xierqa biex tiġi indirizzata l-problema. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17, tista' tintoduċi limiti kwantitattivi kontra l-pajjiż terz jew il-pajjiżi kkonċernati jew tista' tieħu kwalunkwe miżuri oħra xierqa."

7. Il-kliem introduttorju ta' l-Artikolu 16(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17(5), għandha tikkonduċi l-konsultazzjonijiet irriferiti f'dan ir-Regolament skond ir-regoli li ġejjin:’"

8. L-Artikolu 20 se jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 20

Dan ir-Regolament ma għandux jipreġudika d-disposizzjonijiet kemm tal-FTI dwar il-memberi tal-WTO kif ukoll il-ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness II."

9. L-Artikolu 14(1) ta' l-Anness III għandu jibidel b'dan li ġej:

"1. Fejn il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament tkun ikkonfermat illi l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limiti kwantittattivi li qegħdin nitkellmu fuqhom, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol mill-preżentata minn importatur ta' l-oriġinali tal-liċenza ta' l-esportazzjoni korrispondenti. Din il-preżentata għandha tkun effettwata mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara dik li fiha l-oġġetti koperti mil-liċenza kienu ttrasportati. F'ċirkustanzi eċċezzjonali l-iskadenza għall-preżentata tal-liċenza ta' l-esportazzjoni tista' titressaq lura sat-30 ta' Ġunju fuq talba magħmula minn Stat Membru u skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament."

10. Is-subparagrafu li ġej se jkun miżjud ma' l-Artikolu 14(4), 21 (3) u 26 ta' l-Anness III:

"L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, taħt iċ-ċirkostanzi ffissati minnhom, jippermetu li s-sottomissjonijiet tad-dikjarazzjonijiet jew tat-talbiet ikunu kkomunikati jew stampati b'mezzi elettroniċi. Madanakollu, id-dokumenti kollha u l-evidenza jridu jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti."

11. Il-kliem introduttorju ta' l-Artikolu 14(4) ta' l-Anness III se jkun mibdul b'dan li ġej:

"4. Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkollha:"

12. L-Artikolu 21(1) ta' l-Anness III għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiemt tax-xogħol mill-preżentata mill-importatur ta' l-oriġinal tal-liċenza tal-esportazzjoni korrispondenti. Din ik-preżentata trid tkun effettwata mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara dik li fiha l-oġġetti koperti mil-liċenza kienu ttrasportati. F'ċirkustanzi eċċezzjonali l-iskadenza għall-preżentata tal-liċenza ta' l-esportazzjoni tista' titressaq lura sat-30 ta' Ġunju fuq talba ssostanzjata minn Stat Membru u skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament. Dan il-limitu ta' żmien mhuwiex applikabbli għall-Eġittu u għal Malta. L-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni, imħejjin u miktubin fuq il-forma li tikkonformi mal-kampjun imfassal fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness, se jkunu validi fi ħdan it-territorju tad-dwana tal-Komunità."

13. Il-kliem introduttorju ta' l-Artikolu 21(3) ta' l-Anness III għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkollha:"

14. Fl-Anness III, il-kliem introduttorju ta'l-Artikolu 26 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb id-dokument ta' sorveljanza għandu jkollha:"

15. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal fl-Anness III:

"Artikolu 30a

Il-lista u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti rriferiti fl-Artikolu 14(4), 21 (1) u (3), 25 (3), 26 u 31 (1) se jkunu ppublikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjalki tal-Komunitajiet Ewropej, serje "C"."

16. L-Artikolu 31(1) ta' l-Anness III għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-forom li għandhom jkunu użati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni u d-dokumenti għas-sorveljanza rriferiti fl-Artikolu 14(1), 21 (1) u 25 (3) għandhom ikunu konformi mal-kampjun tal-liċenza għall-importazzjoni elenkat fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness."

17. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 31 ta' l-Anness III:

"12. Il-liċenza għall-importazzjoni tista' tkun maħruġa b'mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji tad-dwana nvoluti jkollhom aċċess għal din il-liċenza mal-kompjuter network."

18. l-Anness XI u l-Appendiċi 2 ta' l-Anness III huma hawnhekk imħassrin.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Ufiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Van Mierlo

[1] ĠU L 275, 1. tat- 8.11.1993, p. 1. ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2315/96 (ĠU L 314, ta' l-4.12.1996, p. 1).

[2] ĠU L 153, tas-27.6.1996, p. 47.

[3] ĠU L 73, tal-21.3.1996, p. 1.

--------------------------------------------------