31997R0822



Official Journal L 117 , 07/05/1997 P. 0010 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 822/97

tas-6 ta’ Mejju 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji għall-analiżi ta’ l-inbejjed

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 536/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,

Billi l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 69/96 [4], fih deskrizzjoni ta’ dawn il-metodi ta’ analizi; billi ġie żviluppat metodu sabiex janalizza l-proporzjoni ta’ l-isotopu 180/16O ta’ l-ossiġnu fl-ilma ta’ l-inbid u ġiet stabblita l-validità tiegħu skond il-kriterji rrikonoxxuti internazzjonalment; billi l-applikazzjoni ta’ dan il-metodu tista’ jtikkostitwixxi metodu aħjar sabiex tiġi ċċekkjata l-awtentiċità ta’ l-inbid u ta’ prodotti oħra mill-inbid; billi d-deskrizzjoni ta’ dan il-metodu l-ġdid giet adottata mill-Uffiċċju ta’ Inbid Internazzjonali u ta’ l-Inbid; billi dan il-metodu għandu jiġi mizjud mar-Regolament imsemmi;

Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kummitat tal-Ġestjoni ta’ l-inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kapitolu 43 kif muri fl-Anness ta’ ma’ hawn huwa miżjud ma’ l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2676/90.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussel, fis-6 ta’ Mejju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[2] ĠU L 83, tal-25.3.1997, p. 5.

[3] ĠU L 272, tat-3.10.1990, p. 1.

[4] ĠU L 14, tad-19.1.1996, p. 13.

--------------------------------------------------

ANNESS

43. KIF JIĠI STABBILIT IL-PROPORZJON ISOTOPIKU 18O/16O TAL-KONTENUT TA’ L-ILMA FL-INBEJJED

I. ID-DESKRIZZJONI TAL-METODU

1. Il-Mira tal-metodu

Il-mira tal-metodu preżenti huwa li jkejjel il-proporzjon isotopiku 18O/16O ta’ l-ilmijiet ta’ oriġini differenti. Il-proporzjon isotopiku 18O/16O jista’ jiġi espress fid-devjazzjoni fil-proporzjoni tal-valur isotopiku tar-referenza internazzjonali V.SMOW:

δi

=

R

R

x 1000

2. Il-Principju

Il-proporzjon isotopiku 18O/16O jiġi stabbilit bl-ispektrometrija bil-massa tal-proporzjonijiet isotopiċi (SMPI) mill-kurrenti joniċi m/z 46 (12C16O18O) u m/z 44 (12C16O2), prodotti mid-dijossidu tal-karbonju miksub skambju ma’ l-ilma fl-inbid skond ir-reazzjoni:

+++++ TIFF +++++

Id-dijossidu tal-karbonju fil-fażi ġassuża jintuża għall-analiżi.

3. Ir-Reagenti

- Id-dijossidu tal-karbonju għall-analiżi

- is-SMOW (Standard Mean Ocean Water) (L-Ilma Medju Standard ta’ l-Oċjan)

- il-GISP (Greenland Ice Sheet Precipitation) (Il-Preċipitazzjoni tal-Koperta tas-Silġ tal-Grenlandja)

- is-SLAP (Standard Light Arctic Precipitation) (Il-Preċipitazzjoni Standard tad-Dawl Arktiku)

- L-ilma ta’ referenza speċifiku għall-laboratorju standarizzat b’attenzjoni f’relazzjoni mal-kampjun tar-referenża ta’ l-Agenzija Internazzjonali ta’ l-Energija Atomika fi Vjenna (l-IAEA).

4. It-tagħmir tal-laboratorju

- spettrometru tal-massa tal-proporzjonijiet isotopiċi b’kapaċità intera tat-tennija ta’ 0,05 ‰

- kollettur triplu għar-reġistrazzjoni simultanja tal-joni m/z 44, 45 u 46 jew, fin-nuqqas ta’ dan, kollettur doppju sabiex ikejjel il-joni m/z 44 u 46

- sistema ttermostatizzata (± 0,5 °C) sabiex twettaq l-ekwilibrju bejn il-CO2 u l-kontenut ta’ l-ilma fl-inbid

- pompa tal-vakwu li tista’ tilħaq pressa interna ta’ 0,13 Pa

- kunjetti għall-kampjuni li għandhom volum ta’ 15 ml u tubu kapillarju ta’ l-anness b’dijametru intern ta’ madwar 0,015 mm

- Pipetta Eppendorf b’konu tal-plastik li jintrema.

5. Il-mod sperimentali kif jiġu stabbilizzati

5.1. Il-Metodu manuali

Il-Mod operattiv tal-metodu ta’ l-ekwilibrju

L-Introduzzjoni tal-kampjun

- Hu l-pipetta Eppendorf fil-volum iffissat ta’ 1,5 ml, addatta l-konu u ippompja l-likwidu li jrid jiġi analizzat sabiex jiddaħħal fi flixkun bużżieqa. Imbagħad, qiegħed ix-xaħam tas-silikon madwar il-għonq tal-flixkun bużżieqa u waħħal il-flixkun bużżieqa mal-valvola filwaqt li tivverifika li jkun magħluq sewwa,

- Tenni l-ħidma għall kull flixkun bużżieqa fuq ir-rampa tax-xogħol u filwaqt li ddaħħal l-ilma ta’ referenza tal-laboratorju ġo wieħed mill-fliexken bużżieqa.

It-Tneħħija tal-gass mirr-rampa

Iż-żewġ rampi jiġu mkessħa bin-nitroġenu likwidu, u mbagħad is-sistema kollha tiġi ppurgata sa 0,1 mm Hg billi jinfetħu il-valvoli.

Wara, agħlaq il-valvoli u ħalli kollox jisħon. Iċ-ċiklu tat-tneħħija tal-gass jiġi mtenni sakemm ma tibqa’ l-ebda varjazzjoni fil-pressa.

L-ekwilibrazzjoni ta’ l-ilma u l-CO2

Kessaħ ir-rampi tax-xogħol għal -70 °C (nitrogenu likwidu u taħlita ta’ l-alkoħol) għalbiex tiffriża l-ilma u qiegħdu kollu f’vakwu. Wara li l-vakwu jistabbilizza ruħu, iżola r-rampa billi tħaddem il-valvola u tippurga s-sistema ta’ l-introduzzjoni tal-CO2. Daħħal il-CO2 gassuż fir-rampa tax-xogħol u, wara li tkun iżolajtha mil-bqija tas-sistema, daħħal ir-rampa fil-banju ttermostatizzat f’temperatura ta’ 25 °C (± 0,5 °C) għal 12-il siegħa (lejl wieħed). Biex tottimizza l-ħin meħtieġ għall-ekwilibrazzjoni, huwa tal-parir li l-kampjuni jiġu mħejjija fl-aħħar tal-jum sabiex il-bilanċ joqgħod matul il-lejl.

It-trasferiment tal-CO2 skambjat fiċ-celloli tal-kejl

Jiġi addattat apparat li jżomm il-kampjun li jappoġġja kemm ċelloli tal-kejl daqs il-fliexken bużżieqa li jkun fihom il-CO2 skambjat fuq il-linja vojta maġenb ir-rampa tax-xogħol. Iċ-ċelloli vojta jiġu ppurgati bl-attenzjoni u il-gassijiet skambjati li jkunui fil-fliexken bużżieqa jiġu ttrasferiti wieħed wara l-ieħor, għal ġoċ-ċelluli tal-kejl li jkunu ġew imkessħa bin-nitrogenu likwidu. Imbagħad iċ-ċelloli tal-kejl jitħallew jisħnu għal temperatura ambjentali.

5.2. L-użu ta’ l-apparat ta l-iskambju awtomatiku

Sabiex titwettaq l-ekwilibrazzjoni, il-kunjetti kampjun jiġu mimlijin b’2 ml inbid jew b’2 ml ilma (referenza tax-xogħol tal-laboratorju) u ffriżati għal -18 °C. Il-ħġiġiet kampjun li jkun fihom il-prodotti ffriżati jiġu addattati għas-sistema ta’ l-ekwilibrazzjoni, u wara li jkunu ħolqu vakwu fis-sistema, jiġi introdott id-dijossidu tal-karbonju bi pressa ta’ 800 hPa.

Il-bilanċ jintlaħaq f’temperatura ta’ 22 ± 0,5 °C wara perjodu minimu taż-żmien ta’ ħames sigħat u b’aġitazzjoni moderata. Ġaladarba t-tul taż-żmien ta’ l-ekwilibrazzjoni jiddependi mill-geometrija tal-kunjett, it-tul taż-żmien ottimu għandu jiġi l-ewwel stabilit għas-sistema wżata.

Id-djossidu tal-karbonju li jkun fil-kunjetti jiġi mbagħad ittransferit lejn il-kamra ta’ introduzzjoni ta’ l-ispettrometru bil-massa b’tubu kapillaju u jitwettaq il-kejl skond protokoll speċifiku għall-kull tip ta’ tagħmir.

6. Il-kalkolu u l-espressjoni tar-riżultati

Id-differenza relattiva δ’ ta’ l-intensitajiet tal-proporzjon tal-joni m/z 46 u 44 (l46/l44) bejn il-kampjun u ir-referenza jiġi espress fi ‰ permezz ta’ l-ekwazzjoni li ġejja:

δ

txt

txt

x 1000

It-180 kotent tal-kampjun pparagunat mar-referenza V.SMOW fuq l-iskala V.SMOW/SLAP, jiġi mogħti bir-relazzjoni:

δ

O =

x 55,5

Il-valur aċċettat għas-SLAP huwa egwali għal -55,5 ‰ pparagunat mal-V.SMOW. Il-proporzjon isotopiku tar-referenza jrid jiġi stabbilit wara kull serja ta’ 10 kejlijiet fuq kampjuni mhux magħrufa.

7. Il-fedeltà

- il-kapaċità tat-tennija (r) hija egwali għal 0,24 ‰

- il-kapaċità tar-riproduzzjoni (R) hija egwali għal 0,50 ‰.

--------------------------------------------------