31997R0779



Official Journal L 113 , 30/04/1997 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97

ta' l-24 ta' April 1997

li jintroduċi arranġamenti għat-tmexxija ta' l-isforz tas-sajd fil-Baħar Baltiku

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, skond it-termini ta' l-Att ta' Dħul ta' l-1994, arranġamenti transitorji li jiggvernaw id-dħul għal ilmijiet għandhom japplikaw sakemm is-sistema Komunitarja ta' permessi ta' sajd speċjali tiġi introdotta; billi dawn l-arranġamenti huma imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3237/94 [4];

Billi dawn l-arranġamenti jfissru illi miżuri Komunitarji ser jiġu adottati li jistipulaw il-kondizzjonijiet għal aċċess għal ilmijiet u riżorsi u għat-tkomplija ta' attivitajiet ta' sajd u li jintroduċu sistema Komunitarja ta' permessi ta' sajd speċjali; billi dan ir-Regolament jistabbilixxi dawn il-miżuri;

Billi t-tagħrif li hemm bżonn li jinġabar fuq l-isforz tas-sajd impjegat minn bastimenti tal-Komunità fl-industriji tas-sajd li għalihom japplikaw l-arranġamenti, sabiex tintlaħaq fehma aktar ċara ta' l-isfruttament ta' dawk l-industriji tas-sajd;

Billi hija r-responsabbilità ta' l-Istat Membru tal-bandiera li jdaħħal arranġamenti għall-kontroll ta' l-isforz tas-sajd; billi għalhekk jeħtieġ illi tiġi żgurata t-trasparenza u l-ekwità fil-proċeduri ta' tmexxija u kontroll;

Billi l-kontroll ta' l-isforz tas-sajd fil-Baħar Baltiku mhuwiex ser jippreġudika l-iffissar min-naħa tal-Kunsill ta' livelli għall-isforz tas-sajd skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 ta' l-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-industriji tas-sajd u l-akwakultura [5], b'mod partikolari biex iqisu l-kondizzjoni tar-riżorsi f'dik iz-zona,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċedura għall-introduzzjoni ta' sistema għat-tmexxija ta' l-isforz tas-sajd fiz-zoni IBSFC (suddiviżjonijiet 22 sa 32) li jaqgħu taħt is-sovranità jew fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri.

Is-sistema għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1998.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jabbozzaw lista ta' l-ismijiet ta' vapuri tas-sajd li jtajru l-bnadar rispettivi tagħhom li huma awtorizzati li jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet ta' sajd fl-industriji tas-sajd imfissra fl-Anness.

2. L-Istati Membri jistgħu 'l quddiem jbiddlu l-bastimenti mniżżlin fil-listi tagħhom jew jinkludu bastimenti oħra, sakemm il-jeddijiet għas-sajd jeżistu u bil-kondizzjonijiet pertinenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3760/92.

L-Artikolu 3

Kull Stat Membru għandu joħroġ permessi speċjali ta' sajd skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jipprovdi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-permessi speċjali għas-sajd [6] għal bastimenti li jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet ta' sajd fl-industriji tas-sajd imsemmijin fl-Anness.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sa l-iktar tard it-30 ta' Settembru 1997 tagħrif dwar il-listi ta' bastimenti msemmijin li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'intervalli regolari b'kull bidla fit-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi t-tagħrif msemmi fil-paragrafi 1 u 2 lill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 5

Fejn meħtieġ, il-Kunsill, li jimxi skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, jista' jiffissa livelli għall-isforz tas-sajd billi jqis b'mod partikolari l-kondizzjonijiet tal-ħażniet fl-industriji tas-sajd imsemmijin fl-Anness ta' hawnhekk.

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw kontroll a posteriori ta' l-isforz tas-sajd skjerat mill-bastimenti li jtajru l-bnadar tagħhom fl-industriji tas-sajd msemmijin fl-Anness.

2. Qabel il-31 ta' Diċembru 1997, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar proposta sottomessa mill-Kummissjoni, sa l-aktar tard it-30 ta' Ġunju 1997, għal emendi lir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għal politika ta' sajd komuni [7] u b'mod partikolari f'dak illi jirrigwarda it-Titolu IIa dwar ir-reġistrazzjoni ta' tagħrif dwar l-isforz tas-sajd fil-ġurnal tal-bastiment, il-proċeduri biex jintbagħtu il-listi ta' bastimenti msemmijin lill-Kummissjoni, il-ġbir ta' tagħrif dwar l-isforz tas-sajd mill-Istati Membri u li jintbagħat it-tagħrif miġbur dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata konformità ma' l-arranġamenti għat-tmexxija ta' l-isforz tas-sajd imsemmi f'dan ir-Regolament.

L-Artikolu 7

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti li fihom iktar minn 15-il metru bejn il-perpendikolari jew 18-il metru globalment.

2. L-isforz tas-sajd ta' bastiment taħt dak il-limitu għandu jiġi valutat globalment għal kull industrija tas-sajd.

L-Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' April 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

G. J. Wijers

[1] ĠU C 342, ta' l-14.11.1996, p. 9.

[2] ĠU C 132, tat-28.4.1997.

[3] ĠU C 133, tat-28.4.1997.

[4] ĠU L 338, tat-28.12.1994, p. 20.

[5] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mill-Att ta' Dħul ta' l-1994.

[6] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 7.

[7] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 2870/95 (ĠU L 301, ta' l-14.12.1995, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Tifsira ta' industriji tas-sajd

Sajd |

Ger | Speċi Mmarkati | Arji IBSFC |

Gerijiet rmunkati | Speċi demersali | Sotto-diviżjonijiet 22-32 |

Gerijiet statiċi u xbieki kbar | Speċi demersali | Sotto-diviżjonijiet 22-32 |

Gerijiet kollha | Speċi pelagic (aringi, sardin) | Sotto-diviżjonijiet 22-32 li minnu: "Unitá ta' Gestjoni 3" |

Gerijiet kollha | Salamun, trot niexef u ħut ta' l-ilma ħelu | Sotto-diviżjonijiet 22-32 |

--------------------------------------------------