31997R0669



Official Journal L 101 , 18/04/1997 P. 0001 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97

ta' l-14 t'April 1997

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti u l-limiti tat-tariffi tal-Komunità, li jistabbilixxi s-sorveljanza tal-Komunità għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe, li jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati li jemendaw u jadattaw dawn il-miżuri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1983/95

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

(1) Billi l-Artikoli 3 u 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra, iffirmat fis-6 ta' Diċembru 1996 [1], li jipprovdi għat-tneħħija tad-dazji doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti ħut u prodotti tal-ħut elenkati fil-Protokoll mehmuż ma "l-imsemmi Ftehim;"

(2) Billi t-tneħħija hija soġġetta għall-kwoti u l-limiti tat-tariffi tal-Komunità u, għal xi wħud minn dawn il-prodotti, s-sorveljanza ta' l-statistika tal-Komunità; billi t-tali kwoti u limiti tat-tariffi tal-Komunità dwar il-prodotti li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe għandhom għalhekk jinfetħu għall-volumi indikati rispettivament fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament u s-sorveljanza ta' l-statistika tal-Komunità stabbilita rigward il-prodotti elenkati fl-Anness III mehmuż;

(3) Billi r-rati preferenzjali tad-dazju indikati fl-Annessi I, II u III japplikaw biss fejn il-prezz liberu fuq il-fruntiera stabbilit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tal-ħut u akwakulturi [2] huwa mill-anqas daqs kull prezz tar-riferenza li kien stabbilit, jew għandu jkun stabbilit, mill-Komunità għall-prodotti jew għall-kategoriji tal-prodotti konċernati;

(4) Billi, għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, dispożizzjoni għandha ssir biex tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex iddaħħal fis-seħħ, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ppreżentata mill-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [3], l-emendi meħtieġa u l-adattamenti tekniċi ta' l-Annessi ta' dan ir-Regolament li joħorġu mil-emendi tan-nomenklatura u l-kodiċi tat-Taric u għall-adattamenti tal-volum, perijodi u rati tal-kwoti li joħorġu minn deċiżjonijiet mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni;

(5) Billi, għall-istess raġunijiet, dispożizzjoni għandha ssir għal din il-proċedura li tkun applikata f'każijiet fejn il-Ftehim imsemmi hawn fuq huwa emendat sal-punt li l-emendi miftehma li jispeċifikaw il-prodotti eliġibbli għall-kwoti tat-tariffi jew soġġetti għal-limiti tat-tariffi jew għas-sorveljanza statistika, volumi tal-kwoti, dazji u perijodi tat-tariffi, u kull kriterju ta' eliġibilità;

(6) Billi l-Ftehim jipprovdi għall-kwoti tat-tariffi, limiti tat-tariffi u sorveljanza ta' l-statistika għal perijodu indefinit; billi, għalhekk, biex jagħmel l-implimentazzjoni tal-miżuri konċernati aktar effiċjenti u aktar faċli, dan ir-Regolament għandu japplika fuq bażi multiannwali;

(7) Billi aċċess indaqs u kontinwu għall-kwoti rigward il-prodotti li x'aktarx jibbenefikaw mill-kwoti tat-tariffi tal-Komunità elenkati fl-Anness I għandhom ikunu żgurati għall-importaturi kollha tal-Komunità u r-rati tad-dazju stipulati għall-kwoti għandhom ikunu applikati b'konsistenza ta' l-importazzjonijiet kollha tal-prodotti in kwestjoni fl-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jinħlew;

(8) Billi l-Komunità għandha tieħu d-deċiżjoni li tiftaħ il-kwoti tat-tariffi fl-eżekuzzjoni ta' l-obbligi internazzjonali tagħha; billi, sabiex tiżgura l-effiċjenza ta' amministrazzjoni komuni ta' dawn il-kwoti, m'hemmx raġuni għalfejn l-Istati Membri m'għandhomx ikunu awtorizzati li jiġbdu mill-volumi tal-kwota l-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu ma' l-importazzjoni attwali; billi dan il-metodu ta' amministrazzjoni jeħtieġ, iżda, kooperazzjoni mill-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li trid tkun kapaċi tissorvelja r-rata li biha l-kwoti qed jintużaw u tavża lill-Istati Membri b'hekk;

(9) Billi, rigward il-prodotti elenkati fl-Anness II u soġġetta għal-limiti tat-tariffi tal-Komunità, is-sorveljanza tal-Komunità tista' tkun affettwata billi l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti jinqatgħu kontra l-limiti tal-livell tal-Komunità hekk kif u meta l-prodotti huma ppreżentati fid-dwana u ddikkjarti għal ċirkolazzjoni libera; billi dan il-metodu ta' amministrazzjoni tal-limiti għandu jippermetti d-dazji doganali li jkunu restawrati hekk kif il-limiti in kwestjoni jilħqu l-livell tal-Komunità;

(10) Billi dan il-metodu ta' l-amministrazzjoni tal-limiti teħtieġ kooperazzjoni mill-viċin u speċjalment ta' malajr bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li jridu jkunu kapaċi li jissorveljaw il-livell milħuq mill-importazzjoni li nqatgħet kontra l-limiti u jkunu avżati l-Istati Membri b'hekk; billi din il-kooperazzjoni għandha tkun mill-viċin biżżejjed biex tippermetti lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tirrestawra d-dazji doganali hekk kif wieħed mil-limiti jintlaħaq;

(11) Billi, għall-prodotti elenkati fl-Anness III, ikun jidher xieraq li jkun hemm rikors għas-sistema tas-sorveljanza ta' l-statistika amministrata mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 1172/95 [4] u (KEE) Nru 2658/87 [5];

(12) Billi r-Regolament (KE) Nru 1983/95 [6], li daħħal fis-seħħ il-miżuri applikabbli skond il-ftehim l-antik, għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I u li joriġina mill-Gżejjer Faroe, għandhom ikunu sospiżi fuq il-livelli u fil-limiti tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità speċifikati fih.

Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni, li tista' tieħu kull miżura amministrattiva li hemm bżonn sabiex tiżgura operazzjoni effiċjenti.

Artikolu 3

Meta importatur idaħħal prodott kopert minn dan ir-Regolament għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru akkumpanjat minn:

- talba għal trattament preferenzjali, u

- ċertifikat ta' moviment, konformi mar-regoli stipulati fil-Protokoll li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva annessa mad-Deċiżjoni 97/126/KE [7],

u d-dikjarazzjoni tiegħu hija aċċettata mill-awtoritajiet doganali, l-Istat Membru konċernat għandu, billi jinnotifika l-Kummissjoni b'hekk, jiġbed kwantità mill-kwota konċernata biex jissodisfa l-ħtieġa.

L-applikazzjonijiet għall-ġbid mill-kwoti għandhom jindikaw id-data li fuqha d-dikjarazzjonijiet kienu aċċettati u għandhom imbagħad jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Il-ġbid għandu jingħata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-data meta d-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera kienet aċċettat mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru konċernat, sakemm il-bilanċ disponibbli huwa biżżejjed.

Fejn Stat Membru jonqos milli juża l-kwantitajiet miġbuda, huwa għandu jirritornhom lura mill-aktar fis possibbli lill-kwota relevanti.

Billi l-kwantitajiet li applikaw għalihom huma aktar mill-bilanċ disponibbli, l-allokazzjoni għandha ssir fil-proporzjon tal-ħtiġijiet. L-Istat Membru għandu jkun infurmat mill-Kummissjoni bil-kwantitajiet miġbuda.

Artikolu 4

1. Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena l-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Gżejjer Faroe, elenkati fl-Annessi II u III, għandhom ikunu soġġetti rispettivament għal-limiti tat-tariffi u s-sorveljanza tal-Komunità.

Id-deskrizzjoni tal-prodotti riferuti fl-ewwel subparagrafu, il-limiti u d-dazji doganali applikabbli huma speċifikati fl-imsemmi l-Annessi.

2. L-importazzjonijiet għandhom jinqatgħu kontra l-limiti hekk kif u meta l-prodotti huma ppreżentati għad-dwana koperti mid-dikjarazzjonijiet għal ċirkolazzjoni libera akkumpanjati minn ċertifikat tal-moviment kif speċifikat fit-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3.

L-oġġetti għandhom jinqatgħu kontra l-limiti biss jekk iċ-ċertifikat tal-moviment huwa ppreżentat qabel id-data meta l-ġbir tad-dazju doganali jerġa' jibda.

Użu tal-limiti għandu jkun reġistrat fuq livell tal-Komunità fuq il-bażi ta' l-importazzjonijiet maqtugħa kontrihom kif speċifikat fl-ewwel u t-tieni subparagrafi.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'kull operazzjoni ta' l-importazzjoni li ssir skond il-proċedura stabbilita hawn fuq fl-intervalli u fil-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafu 4.

3. Hekk kif il-limiti jintlaħqu, il-Kummissjoni tista', billi tadotta Regolament, terġa tibda l-ġbir tad-dazji doganali applikabbli għal pajjiżi terzi sa l-aħħar tas-sena kalendarja.

4. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-ħmistax ta' kull xahar, id-dikjarazzjonijiet li juru l-kwantitajiet maħruġa matul ix-xahar ta' qabel.

5. Is-sorveljanza ta' l-statistika pprovduta rigward il-prodotti speċifikati fl-Anness III għandha ssir fuq livell tal-Komunità fuq il-bażi ta' l-importazzjoni maħruġa kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u nnotifikati lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej skond ir-Regolamenti (KE) Nru 1172/95 u (KEE) Nru 2658/87.

Artikolu 5

1. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment:

(a) kull emenda jew adattament tekniku li jista' jkun meħtieġ bħala riżultat tal-bidliet tan-nomenklatura magħquda jew il-kodiċi tat-Taric;

(b) kull adattament meħtieġ wara bidla tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gżejjer Faroe, kif approvat minn att tal-Kunsill,

għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2).

2. Id-dispożizzjonijiet adottati skond il-paragrafu 1 ma jawtorizzawx lill-Kummissjoni biex:

- iġġorr kwantitajiet preferenzjali minn perijodu wieħed ta' kwota għal ieħor,

- temenda l-iskedi stipulati fil-Ftehim jew fil-protokolli,

- titrasferixxi kwantitajiet minn kwota waħda għal oħra,

- tintroduċi u tamministra kwoti li jirriżultaw minn ftehim ġodda,

- tadotta l-leġislazzjoni li taffettwa l-amministrazzjoni tal-kwoti soġġetti għaċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Doganali tal-Kodiċi.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jressaq quddiem il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president tiegħu jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha titwassal bil-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu peżati fil-mod ippreżentat f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li jibdew jgħoddu minnufih. Madankollu, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, ikunu mbagħad ikkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeffirixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hija adottat għal tliet xhur mid-data tat-tali komunikazzjoni.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu ta' żmien speċifikat fis-subparagrafu ta' qabel.

3. Il-Kumitat jista' jeżamina kull kwistjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li titqajjem mill-president tagħha jew fuq l-inizjattiva ta' dan ta' l-aħħar jew fuq it-talba ta' Stat Membru.

Artikolu 7

Ir-rati tad-dazju speċifikati fl-Annessi I, II u III għandhom jgħoddu biss fejn il-prezz liberu fuq il-fruntiera stabbilit mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KEE) Nru 3759/92 huwa mill-anqas daqs il-prezz tar-riferenza stabbilit, jew li se jkun stabbilit, mill-Komunità rigward il-prodotti jew il-kategoriji tal-prodotti konċernati.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri kollha li hemm bżonn, b'kooperazzjoni mill-viċin ma' l-Istati Membri, biex tapplika dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1983/95 għandu jitħassar.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 t'April 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Van Aartsen

[1] ĠU L 53, tat-22.2.1997, p. 2.

[2] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3318/94 ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15).

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10.

[5] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[6] ĠU L 192, tal-15.8.1995, p. 1.

[7] ĠU L 53, tat-22.2.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Ħut u prodotti tal-ħut soġġetti għall-kwoti tat-tariffi

Nru ta' l-Ordni | Kodiċi tan-NM | Suddiviżjoni tat-Taric | Deskrizzjoni | Rata tad-dazju | Volum tal-kwota (tunnellati metriċi) |

09.0671 | 0301 | | Ħut ħaj: | | 700 |

| | — ħut ħaj ieħor: | |

ex03019190 | 10 | — — — Salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

0302 | | Ħut, frisk jew imkessaħ, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

| | — Salmonidas, li jeskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

ex03021190 | 10 | — — Salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

0303 | | Ħut, frisk jew imkessaħ, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

ex03032190 | 10 | — — — Salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), frisk, imkessaħ jew iffriżat: | |

030410 | | — Frisk jew imkessaħ: | |

| | — — Fetet: | |

| | — — — ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | |

ex03041011 | 10 | — — — — ta' salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

| | — — ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | |

ex03042011 | 10 | — — — — Ta' salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

030490 | | — Oħrajn: | |

ex03049010 | | — — — ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | |

| 11 | — — — — Ta' salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

09.0673 | 0301 | | Ħut ħaj: | | 4925 |

| | — ħut ħaj ieħor: | |

030199 | | — — Ieħor: | |

| | — — — Ħut ta' l-ilma ħelu: | |

ex03019911 | | — — — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | |

| 20 | — — — — — — żgħir | 0 |

| 30 | — — — — — — ieħor | 0 |

0302 | | Ħut, frisk jew imkessaħ, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

ex03021200 | 10 | — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

0303 | | Ħut, iffriżat, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

ex03032200 | 30 | — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), frisk, imkessaħ jew iffriżat: | |

030410 | | — Frisk jew imkessaħ: | |

| | — — Fetet: | |

| | — — — ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | |

ex03041013 | 10 | — — — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

| | — — ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | |

ex03042013 | 10 | — — — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

030490 | | — Oħrajn: | |

ex03049010 | | — — — ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | |

| 13 | — — — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

09.0675 | 1604 | | Ħut ippreparat u ppriservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreprati mill-bajd tal-ħut: | | 400 |

| | — Ħut, sħaħ jew f'biċċiet, imma mhux ikkapuljat: | |

ex16041100 | | — — Salamun: | |

| 30 | — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

160419 | | — — Ieħor: | |

ex16041910 | | — — — Salmonidae, barra s-salamun: | |

| 10 | — — — — Salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

160420 | | — Ħut ieħor ippreparat jew ippriservat: | |

ex16042010 | | — — Ta' salamun: | |

| 30 | — — — ta' Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

ex16042030 | | — — ta' Salmonidae, barra s-salamun: | |

| 10 | — — — — ta' salamun ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

09.0677 | 1604 | | Ħut ippreparat u ppriservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreprati mill-bajd tal-ħut: | | 150 |

| | — Ħut, sħaħ jew f'biċċiet, imma mhux ikkapuljat: | |

160412 | | — — Aringa: | |

16041210 | | — — — Fetet nejjin, miksija biss b'taħlita ta' ħwawar jew frak tal-ħobż, kemm jekk mixwija minn qabel fiż-żejt jew le, iffriżati f'temperatura baxxi ħafna | 0 |

160415 | | — — Kavall: | |

| | — — — Ta' l-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus: | |

ex16041511 | | — — — — Fetet: | |

| 10 | — — — — — Ta' l-ispeċi Scomber scombrus | 0 |

ex16041519 | | — — — — Ieħor: | |

| 10 | — — — — — Ta' l-ispeċi Scomber scombrus | 0 |

160420 | | — Ħut ieħor ippreparat jew ippriservat: | |

ex16042050 | | — — — Tas-sardin, bonito, kavalli ta' l-ispeċi Scomber scombrus u comber japonicus, ħut ta' l-ispeċi Orcynopsis unicolor. | |

| 40 | — — — — Tal-kavall ta' l-ispeċi Scomber scombrus | 0 |

ex16042090 | | — — — Ta' ħut ieħor: | |

| 10 | — — — — ta' aringa | 0 |

09.0679 | 1605 | | Krustaċeju, molluski u invertebrati oħra tal-baħar, ippreparati jew ippriservati: | | 2000 |

160520 | | — Gambli u gambli kbar: | |

16052010 | | — — F'kontenituri mitbuqa | 0 |

| | — — Ieħor: | |

16052091 | | — — — F'pakketti immedjati ta' kontenut nett li ma jaqbiżx iż-2kg | 0 |

16052099 | | — — — Ieħor | 0 |

ex16054000 | | — Krustaċej oħrajn: | |

| 20 | — — Nephrops norvegicus | 0 |

09.0681 | 1604 | | Ħut ippreparat u ppriservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreprati mill-bajd tal-ħut: | | 1200 |

| | — Ħut, sħaħ jew f'biċċiet, imma mhux ikkapuljat: | |

16041992 | | — — — — — Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) | 0 |

16041993 | | — — — — — Coalfish (Pollaciu virens) | 0 |

16041994 | | — — — — — Marlozz (Merluccius spp.Urophycis spp.) | 0 |

16041995 | | — — — — — Bakkalljaw ta' l-Alaska (Theragra chalcogramma) u bakkalljaw (Pollachius pollachius) | 0 |

16041998 | | — — — — — Ieħor | 0 |

160420 | | — Ħut ieħor ippreparat u ppriservat: | |

16042005 | | — — Preparazzjonijiet ta' surimi | 0 |

ex16042090 | | — — — Ta' ħut ieħor: | |

| 20 | — — — — Coalfish imsajjar ippriservat | 0 |

| | — — — — Brisling jew sardina (Sprattus sprattus) | |

| 30 | — — — — — F'laned mitbuqa | 0 |

| 35 | — — — — — Ieħor | 0 |

| 40 | — — — — Tal-kavalli (Scomber australasicus) | 0 |

| 50 | — — — — L-ispeċi fil-ġeneru Petromyzon | 0 |

| 90 | — — — — Ieħor | 0 |

09.0683 | 0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħa jew iffriżati: | | 110 |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

| | — — — Tal-merluzz ta' l-ispeċi Merlucciuc | |

03042058 | | — — — — Ieħor | 0 |

030490 | | — Ieħor: | |

03049047 | | — — — — — Tal-marlozz ta' l-ispeċi Merluccius | 0 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Ħut u prodotti tal-ħut soġġetti għal-limiti tat-tariffi tal-Komunità

Nru ta' l-Ordni | Kodiċi tan-NM | Suddiviżjoni tat-Taric | Deskrizzjoni | Rata tad-dazju | Volum tal-kwota (tunnellati metriċi) |

17.0011 | 0302 | | Ħut, frisk jew imkessaħ, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | | 2000 |

030240 | | — Aringa (Clupe harengu, Clupea pallasii), li teskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

03024005 | | — — mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Frar | 0 |

03024098 | | — — mis-16 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru | 0 |

0303 | | Ħut, iffriżat, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

030350 | | — Aringa (Clupe harengu, Clupea pallasii), li teskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

03035005 | | — — mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Frar | 0 |

03035098 | | — — mis-16 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru | 0 |

0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħa jew iffriżati: | |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

03042075 | | — — Ta' aringa (Clupe harengu, Clupea pallasii) | 0 |

030490 | | — Ieħor: | |

| | — — — — ta' aringa (Clupe harengu, Clupea pallasii): | |

03049020 | | — — — — — mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Frar | 0 |

03049027 | | — — — — — mis-16 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru | 0 |

17.0013 | 0302 | | Ħut, frisk jew imkessaħ, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | | 3000 |

030264 | | — — Kavall (Scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus): | |

ex03026405 | | — — — mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Frar | |

| 10 | — — — — — Kavall (Scomber scombrus) | 0 |

ex03026498 | | — — — mis-16 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru | |

| 10 | — — — — — Kavall (Scomber scombrus) | 0 |

17.0015 | 0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħa jew iffriżati: | | 25000 |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

03042031 | | — — Ta' coalfish (Pollachius virens) | 0 |

030490 | | — Ieħor: | |

03049041 | | — — — — — Ta' coalfish (Pollachius virens) | 0 |

17.0017 | 0305 | | Ħut, imnixxef, immellaħ jew ġos-salmura, kemm jekk imsajjar qabel jew waqt il-proċess tat-tisjir bid-duħħan jew le, dqiq, qalba tal-qmuħ u gerbubi tal-ħut tajbin għall-konsum tal-bniedem: | | 5000 |

030530 | | — Fetet tal-ħut, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura, iżda mhux imsajrin: | |

03053050 | | — — Ta' lingwata iżgħar jew ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides), immelħa jew fis-salmura | 0 |

03053090 | | — — Ieħor | 0 |

17.0019 | 0305 | | Ħut, imnixxef, immellaħ jew ġos-salmura, kemm jew imsajjar qabel jew waqt il-proċess tat-tisjir bid-duħħan, dqiq, qalba tal-qmuħ u gerbubi tal-ħut tajbin għall-konsum tal-bniedem: | | 1000 |

| | — Ħut imsajjar, inklużi l-fetet: | |

ex03054100 | 10 | — — — Salamun Atlantiku (Salmo salar) | 0 |

030549 | | — — Ieħor: | |

03054910 | | — — — Ta' lingwata iżgħar jew ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) | 0 |

03054920 | | — — — Lingwata ta' l-Atlantiku (Hippoglossus hippoglossus) | 0 |

ex03054930 | | — — — Kavall (Scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus) | |

| 10 | — — — — Kavall (Scomber combrus) | 0 |

ex03054945 | 10 | — — — — Trota ta' l-ispeċi Oncorbynchus mykiss | 0 |

03054950 | | — — — Salluri (Anguilla spp.) | 0 |

03054980 | | — — — Ieħor | |

17.0021 | 0302 | | Ħut, frisk jew imkessaħ, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ l-intestatura Nru 0304: | | 12600 |

| | — Ħut ieħor li jeskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

030269 | | — — Ieħor: | |

| | — — — — Redfish (Sebastes spp.): | |

03026931 | | — — — — — ta' l-ispeċi Sebastes marinus | 0 |

ex03026933 | | — — — — — Ieħor: | |

| 10 | — — — — — — ta' l-ispeċi Sebastes mentella | 0 |

0303 | | Ħut, iffriżat, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

| | — Salmonidae ieħor li jeskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

030379 | | — — Ieħor: | |

| | — — — Ħut ta' l-ilma baħar: | |

| | — — — — Redfish (Sebastes spp.): | |

03037935 | | — — — — — ta' l-ispeċi Sebastes marinus | 0 |

ex03037937 | | — — — — — Ieħor: | |

| 10 | — — — — — — Ta' l-ispeċi Sebastes mentella | 0 |

0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħa jew iffriżati: | |

030410 | | — Friski jew imkessħa: | |

| | — — Fetet: | |

| | — — — Oħrajn: | |

03041035 | | — — — — Ta' redfish (Sebastes spp.): | 0 |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

| | — — ta' Redfish (Sebastes spp.): | |

03042035 | | — — — ta' l-ispeċi Sebastes marinus | 0 |

ex03042037 | | — — — Ieħor: | |

| 10 | — — — — Ta' l-ispeċi Sebastes mentella | 0 |

17.0023 | 0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħa jew iffriżati: | | 3000 |

030410 | | — Friski jew imkessħa: | |

| | — — Fetet: | |

| | — — — Ieħor: | |

03041033 | | — — — — Ta' coalfish (Pollachius virens) | 0 |

03041038 | | — — — — Ieħor | 0 |

17.0025 | 0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħa jew iffriżati: | | 550 |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

03042043 | | — — Ta' linarda (Molva spp.) | 0 |

17.0027 | 0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħa jew iffriżati: | | 1800 |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

ex03042096 | | — — Oħrajn: | |

| 40 | — — — ta' imsell kaħlani (Micromesitius poutassou jew Gadus poutassou) | 0 |

030490 | | — Oħrajn: | |

03049059 | | — — — — ta' imsell kaħlani (Micromesitius poutassou jew Gadus poutassou) | 0 |

17.0029 | 0305 | | Ħut, imnixxef, immellaħ jew ġos-salmura, kemm jekk imsajjar qabel jew waqt il-proċess tat-tisjir bid-duħħan jew le, dqiq, qalba tal-qmuħ u gerbubi tal-ħut tajbin għall-konsum tal-bniedem: | | 1400 |

| | — Ħut, immellaħ iżda mhux imnixxef jew imsajjar, u ħut fis-salmura: | |

030569 | | — — Ieħor: | |

03056990 | | — — — Ieħor | 0 |

17.0031 | 0306 | | Krustaċej, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħaj, frisk, imkessaħ, iffriżat, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; krustaċej, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew b'ilma jagħli, kemm jekk imkessaħ iffriżat, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; dqiq, qalba tal-qmuħ u gerbubi tal-ħut tajbin għall-konsum tal-bniedem: | | 11000 |

| | — Iffriżati: | |

030613 | | — — Gambli: | |

03061310 | | — — — Tal-familja Pandalidae | 0 |

17.0033 | 0305 | | Ħut, imnixxef, immellaħ jew ġos-salmura, kemm jekk imsajjar qabel jew waqt il-proċess tat-tisjir bid-duħħan jew le, dqiq, qalba tal-qmuħ u gerbubi tal-ħut tajbin għall-konsum tal-bniedem: | | 500 |

| | — Ħut, immellaħ iżda mhux imnixxef jew imsajjar, u ħut fis-salmura: | |

03056100 | | — — Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii) | 0 |

1604 | | Ħut ippreparat jew ippriservat, kavjar jew sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut: | |

| | — Ħut, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikapuljat: | |

160412 | | — — Aringi: | |

| | — — — Oħrajn: | |

16041291 | | — — — — F'kontenituri mitbuqa | 0 |

16041299 | | — — — — Oħrajn | 0 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Ħut suġġett għas-sorveljanza statistikali

Nru ta' l-Ordni | Kodiċi tan-NM | Suddiviżjoni tat-Taric | Deskrizzjoni | Rata tad-dazju |

17.0035 | 0302 | | Ħut, frisk jew imkessaħ, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

| | — Ħut ċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae u Citharidae), li jeskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

030229 | | — — Ieħor: | |

03022910 | | — — — Megrim (Lepidorhombus spp.) | 0 |

03022990 | | — — — Ieħor | 0 |

17.0037 | | | — Ħut ieħor, li jeskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

030269 | | — — Ieħor: | |

| | — — — Ħut ta' l-ilma baħar: | |

03026999 | | — — — — Ieħor | 0 |

17.0039 | 0303 | | Ħut, iffriżat, li jeskludi l-fetet tal-ħut u laħam ieħor tl-ħut ta' l-intestatura Nru 0304: | |

| | — Ħut ieħor, li jeskludi l-fwied u l-għanqud tal-bajd: | |

030379 | | — — Ieħor: | |

| | — — — Ħut ta' l-ilma baħar: | |

03037996 | | — — — — Ieħor | 0 |

17.0041 | 0304 | | Fetet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), frisk, imkessaħ jew iffriżat: | |

030420 | | — Fetet iffriżati: | |

ex03042096 | | — — Oħrajn: | |

| 20 | — — — Ta' lingwata (Reinhardtius hippoglossus, Hippoglossus hippoglossus, Hippoglossus stenolepis) | 0 |

| 30 | — — — Tal-ħut ta' l-ispeċi Allocyttus u ta' l-ispeċi Pseudocyttus maculatus | 0 |

| 70 | — — — Ta' l-ispeċi Macrurus fabricii Patagonian (Macruronus magellanicus) u merluzz Argentine (Solilota australis) | 0 |

| 90 | — — — Ieħor | 0 |

17.0043 | 030490 | | — Ieħor: | |

03049005 | | — — Surimi | 0 |

03049097 | | — — — — Ieħor | 0 |

--------------------------------------------------