31997R0408



Official Journal L 062 , 04/03/1997 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 408/97

ta' l-24 ta' Frar 1997

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' koperazzjoni fis-settur tas-sajd fil-baħar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja u li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien ma' l-Artikolu 228 (2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, fl-20 ta' Ġunju 1996, il-Komunità u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja inizjalaw Ftehim dwar koperazzjoni fis-settur tas-sajd fil-baħar li jipprovdi opportunitajiet ta' sajd għas-sajjieda Komunitarji f'ilmijiet li fuqhom il-Mawritanja għandha sovranita jew ġurisdizzjoni;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan il-Ftehim;

Billi, biex ikunu mmaniġġati b'mod effiċjenti, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Komunità fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja għandhom ikunu allokati bejn l-Istati Membri;

Billi l-attivitajiet tas-sajd koperti b'dan ir-Regolament huma suġġetta għall-kontroll pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd [2];

Billi, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim imsemmi, huwa meħtieġ għall-Istati Membri li jiżguraw li sidien il-bastimenti jikkonformaw ruħhom ma' l-obbligi tagħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni relevanti kollha;

Billi skond ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 [3] u skond l-arranġamenti maqbula fil-Ftehim imsemmi qabel, l-Istat Membru tal-bandiera u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li applikazzjonijiet għal liċenzi tas-sajd jikkonformaw ruħhom ma' dawk l-arranġamenti u r-regoli Komunitarji applikabbli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar koperazzjoni fis-settur tas-sajd fil-baħar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja, minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalih bħala ‘il-Ftehim, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament [4].

Artikolu 2

L-opportunitajiet tas-sajd li joħorġu (ikkawżati) mill-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għandhom ikunu applikati skond it-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Sa fejn għandhom x'jaqsmu ċefalopodi, l-allokazzjoni annwali ta' l-opportunitajiet bejn l-Istati Membri mill-1 ta' Awwissu 1997 għandha tkun deċiża sat-30 ta' Ġunju kull sena skond il-proċedura li jipprovdi għaliha l-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92 [5].

Fejn, f'kategorija tas-sajd, Stat Membru jimla applikazzjonijiet għal-liċenza għal inqas mit-tunnellaġġ allokat lilu, il-Kummissjoni għandha toffri lil sidien ta' bastiment mill-Istati Membri l-oħra l-opportunita li jissottomettu applikazzjonijiet.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom:

(a) jikkontrollaw li d-data mogħtija fil-formoli ta' l-applikazzjoni għal-liċenza li jipprovdi għalihom l-Appendiċi 1 ma' l-Anness I mal-Ftehim taqbel ma' dik fir-reġistru Komunitarju tal-bastimenti tas-sajd stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/94 [6], u jirrapportaw lill-Kummissjoni kull bidliet f'dik id-data meta jsiru applikazzjoniet sussegwenti.

Bl-istess mod huma għandhom jivverifikaw iċ-ċertezza tad-data l-oħra meħtieġa għall-kitba tal-liċenzi;

(b) jissottomettu l-applikazzjonijiet tal-liċenzi lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 3317/94, mhux iktar tard minn jumejn tax-xogħol qabel l-iskadenza preskritta fil-punt 2.1 tal-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim;

(ċ) jipprovdu lill-Kummissjoni kull xahar b'lista ta' bastimenti li l-liċenzi tagħhom kienu sospiżi mad-data, bil-port, li fiha liċenza kienet ċeduta u d-data li fiha ġiet restitwita;

(d) jittrasmettu lill-Kummissjoni s-sommarji tar-rapporti ta' spezzjoni li jirreferi għalihom il-punt 2 tal-Kapitolu IV ta' l-Anness II mal-Ftehim. Is-sommarji għandhom jiddeskrivu l-ispezzjonijiet imwettqa, ir-riżultati miksuba u l-azzjoni meħuda;

(e) jittrasmettu lill-Kummissjoni kull xahar kopja tar-rapporti ta' l-osservaturi xjentifiċi li jipprovdi għalihom il-punt 14 tal-Kapitolu V ta' l-Anness II mal-Ftehim;

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni immedjatament b'kull ksur li jinkixef mill-informazzjoni li tkun f'dawn ir-rapporti u l-azzjoni meħuda;

Huma għandhom jirreġistraw id-data xjentifika li tkun f'dawn ir-rapporti f'database elettronika. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal dawn id-databases;

(f) jittrasmettu lill-Kummissjoni, u fl-istess ħin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Mawritanja, kopja ta' l-avviż ta' missjonijiet ta' spezzjoni ppjanati taħt il-punt 4 tal-Kapitolu VI ta' l-Anness II mal-Ftehim u, fejn relevanti, tan-notifika li osservatur ikun ser jieħu sehem;

Huma għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni kopja tar-rapport ta' l-osservaturi maħtura mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tagħhom skond il-punt 3 tal-Kapitolu VI ta' l-Anness II mal-Ftehim;

(g) jadottaw id-disposizzjonijiet meħtieġa biex jieħdu azzjoni xierqa u jibdew proċeduri amministrattivi, kif jipprovdi għalihom il-punt 15 tal-Kapitolu V ta' l-Anness II mal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifika li jipprovdi għaliha l-Artikolu 16 tal-Ftehim [7].

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Frar 1997.

Għal-Kunsill

Il-President

H. Van Mierlo

[1] ĠU C 380, tas-16.12.1996.

[2] ĠU No L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2870/95 (ĠU L 301, ta' l-14.12.1995, p. 1).

[3] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3317/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jippreskrivi disposizzjonijiet ġenerali rigward l-awtorizazzjoni għas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiż terz taħt ftehim dwar is-sajd (ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 13).

[4] Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 334, tat-23.12.1996, p. 20.

[5] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 ta' l-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għal-postijiet tas-sajd u ta' l-akwakultura (ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1). Regolament kif emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994

[6] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/94 tad-19 ta' Jannar 1994 dwar ir-reġistru Komunitarju ta' bastimenti tas-sajd (ĠU L 19, tat-22.1.1994, p. 5). Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/96 (ĠU L 72, tal-21.3.1996, p. 12).

[7] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

ANNESS

Allokazzjoni proviżjonali ta' opportunitajiet tas-sajd bejn Stati Membri

Kategoriji ta' sajd | Stat Membru | Tunnellaġġ/numru ta' bastimenti permessi |

01.08.1996. sal- 31.07.1997. | 01.08.1997. sal- 31.07.1998. | 01.08.1998. sal- 31.07.1999. | 01.08.1999. sal- 31.07.2000. | 01.08.2000. sal- 31.07.2001. |

Krustaċeji barraminn awwista mxewka (GRT) | Spanja | 4000 | 4000 | 4000 | 4000 | 4000 |

L-Italja | 1000 | 1000 | 1000 | 1000 | 1000 |

Il-Portugall | 500 | 500 | 500 | 500 | 500 |

Marlozz iswed (GRT) | Spanja | 8500 | 8500 | 8500 | 8500 | 8500 |

Speċi tal-qiegħ barra minn marlozz iswed xibka tat-tkarkir net (GRT) | Spanja | 5500 | 5500 | 5500 | 5500 | 5500 |

Speċi tal-qiegħ barra minn marlozz iswed tagħmir ieħor (GRT) | Spanja | 1200 | 1200 | 1200 | 1200 | 1200 |

Il-Portugall | 2000 | 2000 | 2000 | 2000 | 2000 |

Franza | 1000 | 1000 | 1000 | 1000 | 1000 |

Ċefalopodi (bastimenti) | Spanja | 22 | | | | |

L-Italja | 3 | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

Awwista mxewka (GRT) | Il-Portugall | 300 | 300 | 300 | 300 | 300 |

Speċi pelaġiċi (bastimenti) | | 22 | 22 | 22 | 22 | 22 |

Tartaruni tat-tonn (bastimenti) | Spanja | 22 | 22 | 22 | 22 | 22 |

Franza | 18 | 18 | 18 | 18 | 18 |

Pole-and-line bastimenti tat-tonn u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ (bastimenti) | Spanja | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 |

Il-Portugall | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 |

Franza | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 |

--------------------------------------------------