Official Journal L 022 , 24/01/1997 P. 0001 - 0013
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 119/97 ta' l-20 ta' Jannar 1997 li jimponi dazji definittivi kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti ligaturi li jaħdmu b'mekkaniżmu ta' ċrieki u li ġejjin mill-Malasja u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jiġbor definittivament id-dazju proviżjonali imposti IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 23 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: I. MIŻURI PROVVIŻORJI (1) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru.1465/96 [2] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ ir-Regolament dwar dazji proviżjonali) dazji proviżjonali kontra l-fqigħ tas-suq kienu imposti fuq l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' ċerti ligaturi taċ-ċrieki li jaqgħu fl-ambitu tal-Kodiċi NK ex83051000 li ġejjin mill-Malasja u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. II. PROĊEDURA SUSSEGWENTI (2) Wara l-imposizzjoni ta' dazji proviżorji kontra l-fqigħ tas-suq, ċerti partijiet interessati ssottemettew il-kummenti tagħhom bil-miktub. (3) Dawk il-partijiet li għamlu talba, ingħataw opportunità sabiex instemgħu mill-Kummissjoni. (4) Il-Kummmissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li derilha neċessarju għas-sejbiet definittivi tagħha. (5) Il-partijiet kienu informati bil-fatti l-iżjed essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom kienet intiża li tkun rakkomandata l-imposizzjoni ta'dazji definittivi kontra d-dumping u l-ġabra definittiva ta' l-ammonti garantiti permezz ta' dazji proviżjonali. Dawn ingħatalhom perjodu li fiħ setgħu jagħmlu r-rappresentazzjonijiet wara li ġew żvelati. (6) Il-kummenti orali u bil-miktub mogħtija mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati, u, fejn kien xieraq, kienu meqjusa fis-sejbiet definittivi tal-Kummissjoni. III. PRODOTTI KKUNSIDRATI U PRODOTTI SIMILARI (7) Għall-għanijiet tas-sejbiet preliminari, il-Kummissjoni kkunsidrat il-mekkaniżmu tal-ligaturi biċ-ċrieki (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa RBM) ffabbrikati u mibjugħin fil-Malasja, u dawk esportati lejn il-Komunità mill-Malasja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bħala prodotti similari', fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru. 384/96 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ ir-Regolament bażiku kontra kontra l-fqigħ tas-suq), minħabba li dawn huma jew identiċi jew għandhom karatteristiċi similari ħafna ta' xulxin. (8) Importatur wieħed, anke produttur tal-prodott downstream (jiġifieri, produttur tal-fajlijiet li għandhom ligaturi biċ-ċrieki u prodotti ta' kartolerija oħrajn) reġgħu qalu argumenti li kienu diġà għamlu, jiġifieri li l-mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku m'humiex prodotti similari meta mqabbla ma' mekkaniżmi bi tnejn jew erbà ċrieki standard u għandhom, għalhekk, jkunu esklużi mill-iskop tal-proċeduri. (9) L-importatur żamm, sabiex isaħħaħ l-argument tiegħu, li ssemmew biss mekkaniżmi bi tnejn jew erbgħa ċrieki biss fl-ilment, u tħallew barra il-mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku mill-lista ta' prodotti li allegatament qed jifqgħu s-suq. Għalkemm huwa veru li fil-kalkolazzjonijiet magħmulin fl-ilment bħala evidenza prima faciae ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnha intużaw biss mudelli b' żewġ jew erbgħa ċrieki biss bħala eżempju, għandu jingħad ukoll li, fid-deskrizzjoni tal-prodott imsemmjija fl-ilment, il-mekkaniżmi kollha biċ-ċrieki, bi tnejn jew iżjed ċrieki, kienu inklużi. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li RBM li għandhom, e.g. sitta, 13 jew 16-il ċirku huma mibjugħin fis-suq tal-Komunità. (10) Intqal li, flimkien man-numru ta' ċrieki, mekkaniżmi bi 17- u 23- ċirku għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti, b'mod partikolari iktar tul fil-bażi tagħhom u fil-wisa', u b'hekk huma iktar reżistenti minn mekkaniżmi oħrajn, u għalhekk sinifikantement differenti. Wara eżami ta' dan il-punt, instab li varjazzjonijiet, jekk hemm, jistgħu jkunu meqjusa bħala komparabbli ma' dawk diġa' eżistenti fil-modelli differenti ta' mekkaniżmi b'żewġ jew erba' ċrieki fihom infushom. Għaldaqstant, huwa kkonsidrat li m'hemm l-ebda differenza fiżikali oħra sinnifikanti bejn min-naħa l-waħda l-mekkaniżmi bi 17- sa 23- ċirku, u mekkaniżmi oħrajn min-naħa l-oħra. (11) Intqal ukoll li l-metodi ta' produzzjoni użati u l-ispiża għall-mekaniżmi bi 17- u 23- ċirku huma sostanzjalment differenti minn dawk ta' mekkaniżmi oħrajn. Għandu jiġi nnutat li l-operat u l-makkinarju meħtieġ sabiex ijġu pprodotti ċ-ċrieki, jitwaħħlu ma' l-uċuħ u t-twaħħil ta' l-uċuħ mal-wiċċ tal-mekkaniżmu huma essenzalment l-istess għal kull tip ta' RBM. Il-kontenut ogħla ta' materja prima u l-operazzjoni tat-twaħħil taċ-ċrieki li għandha tkun irrepetuta fil-każijiet ta' mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku jikkawżaw differenza fl-ispiża tal-produzzjoni. Madankollu, din id-differenza, għalkemm sinifikanti, m'hix sproporzjonata meta mqabbla ma' dawk osservati bejn tipi kbar u żgħar ta' mekkaniżmi b'inqas ċrieki. Għalhekk, l-operazzjonijiet tal-produzzjoni partikolari, jekk hemm, u l-ispiża li tirriżulta marbuta ma' mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku mhux b'mod li jalteraw is-similarità tagħhom ma' mekkaniżmi oħtajn. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta' differenzi fil-proċess ta' produzzjoni li setgħu jkunu użati, b'osservanza konsistenti għall-prattika ta' l-Istituzzjonijiet tal-Komunità, dawn id-differenzi huma irrelevanti fl-analiżi tal-prodott similari. (12) Ġie allegat ukoll li l-mekkaniżmi bi 17 jew 23 ċirku kienu għaljin biżżejjed sabiex dawn ikunu kkunsidrati bħala li jappartjenu f'qasam tas-suq separat. Għalkemm setgħet tiġi stabbilita differenza sinifikanti fil-prezz bejn mekkaniżmi bi 17 jew 23 ċirku u mekkaniżmi similari b'inqas numru ta' ċrieki, huwa kkunsidrat li minħabba s-similarità bejn l-użu u l-konsumatur, jista' jkun hemm effett ta' sostituzzjoni f'każ li l-prodotti jesperjenzaw evoluzzjoni diverġenti fil-prezzijiet. Għandu b'hekk jiġi kkunsidrat li s-sehem tas-suq għall-mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku m'għandhomx biżżejjed karatteristiċi differenti sabiex jiġu esklużi mill-iskop ta' l-investigazzojni. (13) Intqal li hemm differenzi ukoll fl-użu tal-legaturi b'mekaniżmi differenti. Filwaqt li legaturi b'mekkaniżmu "standard" huma allegatament intiżi primarjament għall-karta fejn il-konsumatur stess itaqqab il-karta, legaturi bil-mekkaniżmu bi 17- u 23- ċirku huma użati sabiex jiġbru karta diġa mtaqqba kemm minħabba l-prezz tal-punċer speċjali li jkun irid jintuża u l-ammont zgħir ta' toqob li din tkun tista' ttaqqab kull darba. Madankollu, għandu jiġi nnutat li ċertu tip ta' legaturi bħalma huma l-organizzaturi u l-katalogi, li jużaw mekkaniżmi bi tnejn sa sitt ċrieki koperti b'dan il-proċediment jużaw ukoll karta diġa' mtaqqba li tkun mqiegħda diġa fil-prodott finali jew paġni addizzjonali diġa' mtaqqbin, u li l-punċers għall ftit minnhom m'humiex neċessarjament għad-dispożizzjoni tal-klijent. Flimkien ma' dan, karta diġa' mtaqqba għal mekkaniżmi bi tnejn jew erba' ċrieki huma disponibbli u diġa' jinbiegħu fi kwantitajiet sinifikanti fil-Komunità, b'mod partikolari għall-użu għall-iskola (li huwa wkoll is-suq maġġur għall-mekkaniżmi bi 17- u 23- ċrieki.). Jista' b'hekk ikun konkluż li mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku għandhom użu similari għal tipi oħrajn ta' mekkaniżmi. (14) Intqal ukoll li mekkaniżmi li jiftħu u jagħlqu bil-lieva li jaqgħu fl-istess kodiċi KN bħall-RBM u li huma esklużi mill-iskop tal-proċeduri huma iktar similari għall-mekkaniżmi b'żewġt iċrieki milli mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku. F'dan ir-rigward, il-karatteristiċi fiżikali u s-suq għall-mekkaniżmi li jagħlqu bil-lieva instabu li huma differenti biżżejjed minn dawk tal-mekkaniżmi biċ-ċrieki sabiex jiġġustifikaw dawn il-mkkaniżmi li jagħlqu bil-lieva biex ikunu esklużi mill-ilment u mill-iskop tal-proċeduri. (15) Wara eżmi ta' l-argumenti li tqajjmu, huwa kkonfermat li legaturi b'mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku għandhom karatteristiċi similari ħafna ta' RBM oħrajn, u għalhekk il-prodotti similari għall-RBM oħrajn fl-ambitu ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku kontra dumping. Għaldaqstant, it-talba hawn fuq imsemmija hija miċħuda. IV. DUMPING A. L-ekonomija tas-suq f'pajjiż terz (16) Fiż-żmien ta' l-inizjazzjoni, importatur oġġezzjona għall-għażla tal-Malasja bħala suq analogu għall-istabbiliment ta' valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Minħabba li l-argumenti tiegħu ma ġewx issostanzjati u l-anqas ma ppropona pajjiż alternattiv, il-Kummissjoni nnotifikat lill-parti interessata nhar it-22 ta' Novembru 1995 li l-oġġezzjonijiet tiegħu ma ġewx milqugħa. F'ittra li waslet għand il-Kummissjoni nhar is-27 ta' Novembru 1995, l-istess importatur ppropona li tintuża l-ispiża għall-produzzjoni ta' produttur Taljan li ma kienx jifforma parti mill-Industrija tal-Komunità għall-istabbiliment tal-valur normali fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Minħabba li din l-ittra ġiet irċevuta 20 jum wara t-terminu stabbilit fin-Nota ta' l-Inizzjazzjoni, is-suġġeriment ma' setgħax ikun milqugħ. Wara li ġew żvelati l-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet fl-imposizzjoni tal-miżuri proviżjonali, l-importatur irrepeta l-argumenti tiegħu. Għalkemm it-talba saret wara kull limitu taż-żmien applikabbli għall-għażla ta' l-ekonomija tas-suq tal-pajjiż terz, il-Kummissjoni eżaminat jekk xi tibdil fil-metodoloġija kienx ikollha xi impatt fil-livell ta' dazju. Għal dan il-għan, u minħabba l-fatt li l-ispiża għall-produzzjoni ta' produttur wieħed ma tistgħax titqies bħala rappresentattiva tas-sitwazzjoni ta' produtturi oħrajn tal-Komunità, il-Kummissjoni interpretat l-ilment bħala talba sabiex tintuża l-Komunità bħala suq analogu għall-istabbiliment tal-valur normali għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni kkumparat il-prezzijiet mmarkati stabbiliti għall-industrija tal-Komunità (il-prezzijiet attwali li huma taħt l-ispiża tal-produzzjoni) ta' bażi medja-għal-medja ma' prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniża. Din il-kalkolazzjoni tad-dumping uriet li jekk tiġi adottata din il-metodoloġija ma jkun hemm l-ebda effett fuq il-livell tad-dazju finalment propost mill-Kummissjoni minħabba li, taħt metodu jew ieħor, il-marġini ta' dumping misjub eċċeda biċ-ċar il-livell ta' eliminazzjoni ta' danni stabbilit fl-aħħar. B'dawn il-konsiderazzjonijiet u tenut kont li, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping, jekk xieraq, pajjiż b'ekonomija tas-suq soġġetta għall-istess investigazzjoni setgħet tkun użata, il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-għażla tal-Malasja kienet raġonevoli għall-istabbiliment ta' valur normali u li ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex tinbidel l-għażla tal-pajjiż analogu. B. Malasja 1. Valur Normali (17) Importatur qal li l-bejgħ domestiku, li jirrappreżenta 5,8 % tal-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità, ma kienux rappreżentattivi b'mod suffiċċjenti għall-istabiliment ta' valur normali. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku kontra dumping, u li skond dan ir-Regolament, volum ta' bejgħ domestiku ta' 5 % huwa kkonsidrat bħala kwantità suffiċċjenti, għal rappreżentanza tas-suq domestiku. (18) L-istess importatur argumenta li hemm kompetizzjoni limitata fis-suq Malasjan u li konsegwentement il-prezzijiet domestiċi huma għola milli kieku qiegħdin taħt kondizzjonijiet kompetittivi normali. Il-Kummissjoni diġa eżaminat dak il-fatt meta għażlet il-Malasja bħala pajjiż analogu xieraq u indirizzat l-argument fil-premessa Nru. 10 tar-Regolament dwar dazji proviżjonali. Minħabba li ma tqajjem l-ebda argument jew evidenza ġdida, il-Kummissjoni kkonfermat li ċertu livell ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Malasja tista' tiġi garantita bil-preżenza ta' RBM li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. B'hekk, jista' jkun konkluż li l-Malasja hija għażla raġonevoli għall-istabbiliment ta' valur normali fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 2. Marġini ta'dumping (19) Ma tqajjmu l-ebda argumenti oħrajn li setgħu jwasslu għal modifikazzjoni tad-determinazzjoni ta' dumping, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-metodoloġija tal-kalkolazzjoni ta' dumping u s-sejbiet proviżjonali kif deskritti fil-premessi Nru, (18) sa (26) tar-Regolament dwar id-dazju proviżjonali għandhom jiġu kkonfermati. Konsegwentement, il-marġini ta' dumping għall-Malasja hu stabbilit definittivament bħala 42,8 % C. Repubblika Popolari taċ-Ċina 1. Valur Normali (20) Żewġ esportaturi Ċiniżi talbu aġġustament tal-valur normali minħabba differenza fl-istruttura ta' l-ispiża minħabba prezzijiet tax-xogħol baxxi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u differenzi fit-teknoloġija ta' l-operat tal-produzzjoni. Sa fejn huma nvoluti l-prezzijiet tax-xogħol, is-servizzi tal-Kummissjoni jinnotaw li r-raġuni sabiex tintuża l-ekonomija tas-suq ta' pajjiż terz huwa n-nuqqas ta' informazzjoni affidabli dwar in-nefqa u l-prezz fil-pajjiż kkonċernat u li m'għandu ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, huwa mingħajr raġun li jknu argumentat li ċerti spejjeż huma iżjed baxxi fil-pajjiż li m'għandux ekonomija tas-suq milli fil-pajjiż analogu u li għandu jseħħ aġġustament għall-valur normali, meta dan ikun applikat għall-pajjiż li m'għandux ekonomija tas-suq. Fir-rigward tad-differenza fit-teknoloġija, is-servizzi tal-Kummissjoni jikkunsidraw li l-proċess tal-produzzjoni involut sabiex jiġi mmanifatturat prodott partikolari huwa rrelevanti sakemm il-karatteristiċi fiżiċi u l-użu tal-prodott huma similari. F'dan il-każ, id-differenzi allegati ma wasslu għall-ebda differenzi sinifikattivi fil-karatteristiċi essenzali tal-prodott kkonċernat. Għalhekk skond l-Artikolu 2(10) (a) tar-Regolament bażiku kontra dumping, it-talba ma setgħetx tiġi milqugħa. (21) Żewġ partijiet interessati argumentaw li dawn ma kienux kapaċi jikkummentaw fuq il-kalkolazzjoni tal-Kummissjoni tal-valur normali, minħabba li l-figuri assoluti dwar il-kalkolazzjoni tal-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu ma ġewx svelati lill-esportaturi Ċiniżi, fuq il-bażi ta' kunfidenzalità. Ma' l-ittra ta' l-isvelar mibgħuta lill-partijiet, il-Kummissjoni bagħtet ukoll il-karti bil-kalkolazzjonijiet relevanti għall-dawn il-kumpaniji u u stabbiliet il-metodoloġija, fid-dettal, applikata mill-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-valur normali, waqt li tingħata l-attenzjoni xierqa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzali, skond l-Artikolu 20(4) tar-Regolament bażiku kontra dumping. L-isvelar tal-figuri assoluti dettaljati tikser id-dritt leġittimu ta' parti interessata għal trattament kunfidenzali u ma kienitx neċessarja sabiex tinftiehem il-kalkolazzjoni. Għaldaqstant, l-argument ma setgħax jiġi aċċettat. 2. Prezzijiet ta' l-esportazzjoni (22) Esportatur wieħed sostna li l-ammonti eċċessivi kienu mnaqqsa mill-prezz ta' l-esportazzjoni għall-skontijiet diferiti li nstabu fil-fond ta' l-importatur. Il-Kummissjoni tinnota li din il-kumpanija, fir-risposta tagħha għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni naqset milli tirrapporta dan it-tnaqqis, u li nstabu mill-uffiċċjali tal-Kummissjoni waqt investigazzjoni fuq il-post. Għaldaqstant il-Kumissjoni kellha tiddetermina it-tnaqqis fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura dak il-ħin. Barra min hekk, it-talba ta' l-esportatur tirreferi għal figura stmata ta' dan it-tnaqqis, filwaqt li l-ammonti li kienu attwalment imnaqqsa mill-Kummissjoni kienu dawk ivverifikati waqt l-investigazzjoni. (23) Esportatur wieħed żamm li l-marġini tal-profitt mnaqqas mill-Kummissjoni kien għoli wisq, meta mqabbel mal-profitt nett attwali realizzat mill-importatur relatat tiegħu. Minħabba l-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji, il-Kummissjoni ma setgħetx tieħu l-marġini tal-profitt muri fil-kontijiet ta' l-importatur relatat sabiex tistabbilixxi prezz ta' l-esport affidabbli. Konformi mal-prattika tal-Kummissjoni, kien ikkunsidrat bħala raġonevoli l-użu ta' data attwali ta' kumpanijiet indipendenti importaturi tal-prodott kkonċernat fil-Komunità. Sabiex jiġi ddeterminat il-marġini tal-profitt normalment magħmul minn dawn il-kumpaniji, kien ikkunsidrat biss il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, is-7.8 % marġini tal-profitt ma jinkludix xi marġini tal-profitt li jiġu mill-prodotti tal-kartolerija barra mill-RBM. Id-determinazzjoni tal-marġini tal-profitt sar fuq il-bażi ta' data ta' importatur indipendenti li ġiet ivverifikata fil-fond tagħhom, wara li ttieħed kont tal-volum differenti tal-bejgħ tagħhom. 3. Tqabbil (24) Żewġ partijiet interessati staqsew dwar, u ma qablux ftit dwar il-livell ta' l-aġġustament tal-kummerċ li l-Kummissjoni ħadet kont sabiex tqabbel il-Valur Normali Malsjan u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Ċiniż. Parti waħda talbet li dan l-aġġustament kellu jkun iktar sostanzjali. Il-Kumisjsoni tinnota li ħadd mill-esportaturi kkonċernati ma talab għal dan l-aġġustament waqt il-fażijiet differenti ta' l-investigazzjoni u li l-Kummissjoni kkunsidrat fuq inizzjattiva tagħha stess li, fid-dawl ta' tqabbil ġust, kien xieraq jingħata f'dan il-każ. Fin-nuqqas ta' evidenza speċifika mogħtija minn xi ħadd mill-esportaturi kkonċernati, il-Kummissjoni kkunsidrat bħala xieraq, sabiex tiddermina l-ammont ta' dan l-aġġustament b'mod xieraq, li tibbaża l-kalkolazzjonijiet fuq il-prattika f'sitwazzjonijiet simili. 4. Trattament Individwali (25) Il-Kartolerija Madwar id-Dinja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa WWS), li applikat fi stadju kmieni ħafna għal trattament individwali, tenniet it-talba tagħha wara l-imposizzjoni ta' miżuri provizzjonali. Wara evalwazzjoni ulterjuri tal-fatti, is-servizzi tal-Kummissjoni waslu għall-konklużjoni, wara verifika fil-Honk Kong li seta' jingħata trattament individwali lil din il-kumpanija, fid-dawl tas-sostanza u l-implimentazzjoni tal-modalitajiet tal-ftehim tal-produzzjoni bejn il-WWS u r-rappreżentattivi ta' l-awtoritajiet lokali fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Skond dan il-ftehim, il-kumpanija bbażata f'Honk Kong dehret li tikkontrolla l-operat tal-produzzjoni fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, minħabba li din kienet tħallas biss lill-awtoritajiet Ċiniżi lokali pagament ta' trasformazzjoni għal kull tunnellata għall-prodott esportat. Il-makkinarju użat fl-operat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kien propjeta' tal-WWS u kien jidher bħala attiv fil-kontijiet finanzjarji tagħħa. Il-WWS dehret ukoll li qiegħdha fil-kontroll tal-provvista ta' materja prima kif ukoll tal-bejgħ kollu tal-prodott ikkonċernat. F'dawn Iċ-ċirkostanzi, kien meqjus xieraq li jiġi stabbilit marġini individwali ta' dumping għall-WWS u li jiġi ddeterminat dazju individwali kontra dumping. (26) Il-kumpaniji relatati Champion Stationery Manufacturing CO., Ltd, kkunsidrata mill-Kummissjoni bħala kumpanija waħda għar-raġunijiet mogħtija fil-premessa Nru. 5(b) tar-Regolament dwar id-dazju provizzjonali, ma reġħux talbu għal trattament individwali u ma ssottomettew l-eda argument ulterjuri f'dan ir-rigward wara l-imposizzjoni tal-miżuri provizzjonali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejbiet provizzjonali tagħha kif msemmi fil-premessi nru. (37) sa (39) tar-Regolament dwar dazju provizzjonali li permezz tagħhom it-talba għal trattament individwali kienet miċħuda. (27) Fir-risposta tagħha għall-isvelar finali, Bensons ikkritika fl-isem Wah Hing Stationery (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa WHS) Hong Kong li WWS biss għandha tibbenefika minn trattament individwali. Dan allega li WHS kienet ukoll tilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni għal trattament individwali u kienet b'hekk tkun eliġibbli wkoll għal dan it-trattament. Il-Kummissjoni, madankollu, tinnota li WHS ma talbux għal trattament individwali fiż-żmien speċifikat, u qajmu t-talba għal trattament individwali tard fl-istadju ta' l-investigazzjoni. B'hekk il-Kummissjoni ma kienitx f'pożizzjoni li tivverifika, fir-rigward ta' WHS, il-kondizzjonijiet sostanttivi applikabbli, fid-dawl taż-żminijiet stabbiliti statutorjament applikabbli għal din il-proċedura.. B'konsegwenza, il-Kummissjoni ma kienitx f'pożizzjoni li tipproponi trattament individwali għall-WHS. 5. Marġini ta' dumping (28) Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-metodoloġija tal-kalkolazzjoni ta' dumping u s-sejbiet provizzjonali kif deskritti fil-premessa nru.(27) ta (36) tar-Regolament dwar dazji provizzjonali għandhom jiġu kkonfermati. Il-marġini ta' dumping individwali ta' WWS jammonta għal 96,6 %. Il-marġini ta' dumping definit għall-esportaturi oħrajn tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, bħala totali, jammonta għal 1 29.22 %. V. L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ' (29) Fir-rigward ta' l-industrija tal-Kommunità, it-trattament ta' l-importazzjonijiet mill-Ungerija magħmulin minn produttur wieħed tal-KE, inkluż il-ħruġ ta' regoli mhux preferenzali fl-oriġini, ġie eżaminat minn ħafna esportaturi u importatur wieħed, mingħajr, madankollu, ma t-talbiet tagħhom f'dawn ir-rigward ġew sostanzjati. Kif spjegat fil-premessa nru. (43) tar-Regolament dwar dazji provizzjonali, il-Kumissjoni taċċetta l-fatt li l-parti l-kbira tal-prodotti fl-eżaminazzjoni joriġinaw b'mod ċar mill-Ungerija: dan huwa l-każ, per eżempju, meta l-partijiet kollha użati ġew mill-Ungerija u/jew pproċessar sostanzjali isir hemmhekk. Dawn il-prodotti ġew esklużi mill-produzzjoni tal-Komunità, u, b'konsegwenza ta' dan, ma kellha l-ebda rwol fid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Il-bejgħ ta' dawn il-prodotti (li huma, fil-fatt magħmulin l-Ungerija) ma ġewx meqjusa mal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità meta kienet qed tiġi stmata il-ħsara li din l-industrija soffriet. Bil-maqlub il-prodotti li huma kemm kemm mibnijin l-Ungerija minn partijiet magħmulin l-Awstrija kienu kkunsidrati bħala parti mill-produzzjoni tal-Komunità, minħabba li l-operat tal-bini tagħhom li dawn il-prodotti kienu jgħaddu minnu fl-Ungerija ma kienx jikkonferixxi oriġini Ungeriża lill-prodott lest. Din id-determinazzjoni kienet ibbażata fuq regoli mhux preferenzali applikabbli tal-pajjiż ta' l-oriġini, minħabba li hi l-prattika ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità li jibbażaw, fil-prinċipju, il-konklużjonijiet tagħhom waqt l-investigazzjonijiet tagħhom fuq dawn ir-regoli. L-użu ta' regoli preferenzali tal-post minn fejn joriġinaw stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-protokoll nru. 4 tal-ftehim ta' Assoċċjazzjoni bejn il-KE u l-Ungerija la jkun xieraq kif ukoll ma jistgħax ikun garantit fil-kuntest ta' proċeduri kontra d-dumping. (30) B'konklużjoni, is-sejbiet fir-Regolament dwar dazji provizzjonali li ż-żewġ produtturi tal-Komunità li lmentaw jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku kontra dumping huwa kkonfermat. VI. DANNI A. Kumment preliminari (31) Fir-Rigward tal-Metodoloġija użata sabiex jiġu stabbiliti d-danni, stabbilit fil-premessa nru. (46) tar-Regolament dwar dazji provizzjonali, għandu jitqies li l-Kummissjoni diġa' analizzat d-data marbuta mal-perjodu 1992 sa Settembru 1995, u l-iskop ġeografiku ta' l-investigazzjoni fuq dan il-perjodu kien il-Komunità kif komposta fiż-żmien ta' l-inizzjazzjoni i.e. inklużi il-ħmistax-il Stat Membru kollha. (32) Ħafna esportaturi tennew l-argument, li l-Kummissjoni diġa' indirizzat fil-premessa nru. 46 tar-Regolament dwar dazji provizzjonali, li sabiex jiġu ddeterminati d-danni, data marbuta ma' l-industrija ta' l-Awstrijaka tista' tiġi meqjusa sakemm din tkun relatata mal-perjodu wara l-1 ta' Jannar 1995, meta l-Awstrija sare Membru ta' l-Unjoni Ewropea. Esportatur argumenta li d-dispożizzjonijiet kkombinati ta' l-Artikoli nru. 3(4) u 4 tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI ta' GATT 1994 teskludi lill-pajjiżi mhux membri mid-definizzjoni ta' l-industrija domestika, u ħafna esportaturi argumentaw li la l-Artikolu VI ta' GATT 1994 u lanqas il-Ftehim taż-ŻEE, ma jiġġustifika id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti d-danni fuq il-bażi ta' data dwar l-Awstrija u relatata mal-perjodu bejn Jannar 1992 u Diċembru 1994. Fir-rigward ta' dan l-argument, għandu jiġi nnutat li l-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI ta' GATT 1994 jirrikjedi li kwalunkwe imposizzjoni ta' miżuri fuq territorju għandu jkun bbażat fuq investigazzjoni formali għall-effetti ta' l-allegat dumping fl-istess territorju. B'hekk, l-investigazzjoni li saret f'dan il-każ kopriet il-ħmistax-il Stat Membru. Dan seta' jkun possibbli b'mod partikolari minħabba l-integrazzjoni tas-suq soġġett għall-analiżi qabel it-tkabbir tal-Komunità. Huwa kkonfermat għaldaqstant, lil-produttur Awstriakk kien ġustament ikkunsidrat bħala parti mill-Industrija tal-Komunità (kif definita skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bżiku kontra d-dumping) u li hu intitolat sabiex jaġixxi bħala parti li qed tressaq l-ilmenti. Għal din ir-raġuni, huwa kkonfermat li, sabiex jerġgħu jiġu stmati d-danni soffruti, kellhom jiġu stabbiliti prattiċi għall-Industrija tal-Komunità kif definiti fiż-żmien ta' l-inizzjazzjoni ta' dan il-proċediment, fuq numru ta' snin. B. Konsum tal-Komunità (33) Fuq il-bażi tal-konsum per capita ta' legaturi, importatur argumenta li l-konsum ta' RBM fis-suq tal-Komunità kien ta' 400 miljun unit u mhux 283 milljun unit kif intqal fir-Regolament dwar dazju provizzjonali. Għandu jingħad ukoll li l-Kummissjoni bbażat is-sejbiet provizzjonali tagħha fuq l-informazzjoni li irċiviet mill-esportaturi, importaturi u produtturi tal-Kommunità. Minħabba l-livell għoli ta' koperazzjoni f'dan il-każ. Id-data għall-kumpaniji l-kbar kollha preżenti fis-suq ġiet analizzata, bl-ebda parti ma kienet kapaċi tagħti indikazzjoni fuq produttur/importatur li setgħet tkun injorata waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni u li l-bejgħ tagħhom seta' jfisser id-differenza bejn l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u d-daqs allegatament differenti tas-suq. Huwa b'hekk kkunsidrat li d-data miġjuba mill-kumpaniji f'dan il-każ toffri bażi Iżjed preċiża għall-kalkolazzjoni milli stima bbażata fuq ir-rata ta' konsum per capita. B'hekk, is-sejbiet stabbiliti fil-premessa nru. (47) tar-Regolament dwar dazju provizzjonali huma kkonfermati. C. Fatturi u konsiderazzjonijiet relatati ma' l-importazzjonijiet soġġetti għall-dumping (34) Esportatur wieħed ssottometta li għandha titqies differenza fil-kwalità sabiex tassigura komparament ġust bejn il-bejgħ mill-esportazzjonijiet tal-prodott siimlari fil-Komunità u l-bejgħ mill-industrija tal-Komunità. L-esportatur qal li hu jipproduċI RBM b'bażi iktar dejqa u li huma allegatament bejn 12 sa 17,5 % irħas mill-mekkaniżmi b'bażi wiesgħa mibjugħin mill-parti li qed tagħmel l-ilment. L-esporttur ikkonċernat żamm li dan għandu jitqies fil-forma ta' aġġustamenti meta jiġI kkalkolat l-livell ta' l-inżul tal-prezz. Wara li ġiet eżminata l-allegazzjoni ta' l-esportatur, il-Kummissjoni ivverifikat li mudelli b'wisa' similari biss (f'differenza ta' 1 mm) kienu mqabbla, u nstab li, fi kwalunkwe eventwalità, ma setgħu jiġu stabbiliti l-ebda differenzi kostanti fil-prezz bejn il-mekkaniżmi b'wisa' differenti. Għal dawn ir-raġunijiet, is-sejbiet msejmmijin fil-premessi nru. (52) sa (54) u l-metodoloġija deskritta fil-premessa nru. (84) tar-Regolament dwar dazju provizzjonali huma kkonfermati. D. Sitwazzjoni ta' l-Industrija tal-Komunità (35) Esportatur argumenta li l-prattiċi negattivi ta' l-industrija tal-Komunità tal-produzzjoni, bejgħ u impjiegi kienu kkawżati minn rilokazzjoni progressiva ta' eks produttur Brittaniku għal-Lvant Imbiegħed. Għandu jiġi nnutat li, minħabba li l-produttur fil-kwistjoni waqqaf l-operat tal-manifattura fil-Komunità fl-1991, ma ġiex inkluż fid-definizzjoni ta' l-industria tal-Komunità għall-għanijiet ta' dan il-proċediment, u l-indikaturi tad-danni stabbiliti f'dan il-każ ma kienux bażati fuq id-data tiegħu. B'konsegwenza, dan l-argument ma intlaqax. (36) L-ebda argument sostanzjat addizzjonali ma ġie ppreżentat fir-rigward tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi nru. (55) sa (62) tar-Regolament dwar dazju provizzjonali. E. Konklużjoni fuq l-investigazzjoni (37) Fid-dawl ta' dan kollu u fin-nuqqas ta' argumenti oħrajn, huwa kkonfermat li l-industrija tal-Komunità soffriet danni materjali fis-sens ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku kontra dumping. VII. KAWŻANTI (38) Esportatur wieħed argumenta li d-danni soffruti mill-industrija tal-Komunità kienu dovuti minħabba r-ristrutturar li għamel. Kif spjegat fir-Regolament dwar dazji provizzjonali, u b'mod partikolari fil-premessi tagħha nru. 61 u 65, is-sitwazzjoni attwali turi li l-industrija tal-Komunità kienet prekluża milli tibbenefika mir-ristrutturar tiegħu minħabba, fid-dawl ta' l-importazzjonijiet oġġetti ta' dumping, ma setgħatx tikseb riżultati finanzjarji pożittivi u lanqas tikseb stabbilità fis-sehem tas-suq. B'hekk huwa kkonsidrat li d-danni soffruti ma kienux kawżati mir-ristrutturar ta' l-industrija tal-Komunità u dan l-argument, għal din ir-raġuni, ma ġiex milqugħ. (39) L-istess esportatur tenna l-argument li d-danni soffruti mill-industrija tal-Komunità kienu kkawżati mit-trasferiment parzjali ta' operat ta' produttur tal-Komunità għall-Ungerija. Minħabba li ma kienet sottomessa l-ebda prova ġdida sabiex tissostanza din l-alegazzjoni, is-sejbiet stabbiliti fil-premessa nru. (71) tar-Regolament dwar dazji provizzjonali huma kkonferamti. (40) L-allegazzjoni li d-danni soffruti jirriżultaw minn prattiċi anti-kompetittivi tal-passat li kienu tqajjmu qabel ir-Regolament dwar id-dazji provizzjonali, reġgħu tqajjmu minn numru ta' partijiet. Il-partijiet li għamlu dawn l-allegazzjonijiet ma pprovdew l-ebda evidenza f'dan ir-rigward, u għandu jiġi mfakkar li ma sar l-ebda ilment ma' xi awtorità dwar il-kompetizzjoni fil-Komunità. Għal din ir-raġuni ma setgħax jingħata każ ta' din l-allegazzjoni. (41) Bħala konklużjoni, minħabba li ma rċevew l-ebda argument b'konnessjoni ma' ssejbiet fil-premessi nru, (67) sa (74) tar-Regolamet dwar dazju addizjonali, dawn is-sejbiet kienu kkonfermati. VIII. INTERESS TALL-KOMUNITÀ' A. Ġenerali (42) Għandu jiġi mfakkar li mill-premessa nru. 75, et seq, tar-Regolament provizjonali dwar d-dazji li sar apprezzament ta' l-interessi kollha tal-Komunità, inklużi l-interessi ta' l-industria tal-Komunità u l-utenti u li l-Kummissjoni kkonkludiet provizzjonalment li m'hemmx raġunijiet sabiex ma tittieħidx azzjoni kontra l-importazzjoniijet msemmija. Sussegwentement, saret eżaminazzjoni ulterjuri tal-materji li ġew meqjusa relevanti fl-analiżi tad-domanda dwar l-interess tal-Komunità. B. Impatt fuq l-utenti 1. Introduzzjoni (43) Ħafna partijiet interessanti tennew l-argumenti tagħhom, ppreżentati fil-premessi nru (77) sa (88) tar-Regolament dwar id-dazju provizzjonali, li l-miżuri kontr dumping jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-legaturi fil-Komunità. 2. Ġbir ta' l-informazzjoni (44) Il-konklużjonijiet stabbiliti hawn taħt huma bbażati fuq sottomissjonijiet li ġew irċevuti minn varjetà ta' utenti interessati, b'kollox kien hemm seba' u għoxrin, id-data kwantitattiva li teżisti jew li hi relevanti għal disa' minnhom li bejniethom jirrapreżentaw 17 % ta' l-konsum annwali tal-Komunità ta' RBM. L-affidabilità ta' din id-data, fejn hu possibbli, kienet ivverifikata waqt il-viżti fil-kumpaniji. 3. Impatt industrijali ta' l-industrija downstream (45) Sabiex ikun stabbilit id-daqs ta' l-industrija downstream li tista' tkun affettwata minn miżuri dwar l-RBM, il-parti dwar il-kumpaniji tal-kartolerija dwar il-prodotti użati fl-uffiċċju barra l-legaturi għandhom jiġu esklużi. Fuq il-bażi tal-produzzjoni annwali ta' legaturi tal-Komunità u l-proporzjon tal-produttività misjuba fis-sottomissjonijiet, huwa kkonsidrat li l-impjiegi fl-industrija tal-Komunità tal-legaturi jammontaw għall-6000 impjegat. (46) Fir-rigward ta' l-istruttura ta' l-industrija tal-legaturi, ġiet stabbilita l-eżistenza ta' żewġ kategoriji ta' prodotti, dawk standard u dawk magħulin apposta. Fuq il-bażi tal-livell tal-produttività għal dawn iż-żewġ kategoriji, u fuq dak tas-sehem tas-suq ta' l-utenti kkonċernati, huwa kkunsidrat li s-suq tal-legaturi magħmulin apposta jirrappreżenta terz ta' l-industrija tal-legaturi tal-Komunità kemm fil-volum u kemm bħala 50 % tal-valur tal-bejgħ totali. (47) Xi partijiet argumentaw li miżuri kontra dumping fuq RBM jeskludi l-RBM importat mis-suq tal-Komunità, sabiex is-sorsi tal-provista jkun mnaqqas għall-żewġ produtturi tal-Komunità. Kien argumentat ukoll li, minħabba d-daqs kbir ta' wieħed miż-żewġ produtturi tal-Komunità, il-provvista tas-suq setgħat issir monopolju fil-futur viċin. Għandu jiġi nnutat, madankollu, li d-differenza fid-daqs taż-żewġ produtturi tal-Komunità hija limitata u b'mod li tista' x'aktarx twassal għall-egħluq ta' waħda minnhom. Barra minn dan, ma ġiet riċevuta l-ebda evidenza fir-rigward ta' l-ewwel parti ta' dan l-argument. Is-sejbiet stabbiliti fil-premessi nru. (78) tar-Regolament dwar dazji provizzjonali huma b'hekk ikkonfermati. 4. Impatt finanzjarju dirett fuq l-industrija downstream (48) L-ewwel, kien allegat li għal ċertu tip ta' legaturi, l-RBM kien is-sors sa' 30 % tan-nefqa għall-manifattura ta' legatur. F'dan ir-rigward, instab li l-mekkaniżmu huwa l-iżjed parti kbira ta' legatur lest, u li n-numru u d-daqs taċ-ċrieki għandhom influwenza qawwija fuq il-proporzjon u l-prezz tal-legatur lest. B'din il-varjetà, huwa kkonsidrat li analiżi serja ta' l-influwenza tal-prezz ta' RBM ma tistgħax tkun bbażata fuq mudell partikolari ta' legatur, imma għandha ssir fuq bażi globali għal kull kumpanija, waqt li jingħata każ tat-taħlita attwali tal-bejgħ tal-prodott. Kien b'hekk ikkunsidrat li l-ispiża totali tal-provvista ta' RBM għall-kumpanija għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-valur totali tal-bejgħ tal-legaturi. Dan irriżulta fi proporzjon ta' medja ta' piż ta' 10,8 % (proporzjon ta' kemm jiswa), li kien pjuttost omoġenu għall-kumpanji eżaminati. Għalkemm kienu jeżistu differenzi bejn kumpaniji ddedikati għall-produzzjoni ta' legaturi standard meta mqabbla ma' oħrajn ddedikati għall-produzzjoni ta' legaturi apposta, l-ebda kumpanija ma uriet, fuq medja, proporzjon għola minn 13 %. (49) Sa fejn hu kkonċernat l-impatt tal-prezz possibbli ta' RBM fuq prodotti standard, sottomissjoni waħda riċevuta wara l-aħħar żvelar jirreferi għall-14,4 % tal-propozjon tal-prezz. Dan huwa allegatament miġjub mill-fatt li l-prezz ta' legatur maħdum apposta huwa għola bid-doppju ta' dak ta' legaturi standard, u li l-proporzjon tal-prezz għalihom għandu b'hekk ikun nofs ta' wieħed standard. Dan l-approċċ ma jagħtix każ totalment tal-fatt li dawn iż-żewġ kategoriji ta' legaturi m'humiex neċessarjament magħmulin bl-istess mekkaniżmi. Tipi speċjali ta' mekkaniżmi, f'serje żgħar, huma għaljin u użati fil-legaturi magħmulin apposta. Dan ifisser li ż-żewġ valuri tal-proporzjon ta' l-ispiża huma differenti, u li għalkemm il-proporzjon tal-prezz għall-legaturi standard huwa għola minn dak tal-legaturi magħmulin apposta, m'huwiex għola bid-doppju. Kif spjegat fil-premessa nru, (48) huwn fuq, l-ebda proporzjon tal-prezz għola minn 13 % ma seta' jinstab. Aktar minn dan, xi kumpaniji huma esklussivament ddedikati għal prodotti standard. (50) It-tieni, u minn parti fuq il-bażi ta' l-allegazzjoni msemmija hawnhekk, fuq il-proporzjon tal-prezz, kien allegat li l-imposizzjoni ta' miżuri kontra dumping ikollhom impatt negattiv serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-legaturi. Dawn l-allegazzjonijiet dwar l-impatt tal-miżuri li jista' jkun prevvist kienu eżaminati fid-dettal. Sa fejn il-prezzijiet tal-bejgħ fir-rigward ta' l-RBM huma kkonċernati, x'aktarx li l-industrija tal-Komunità, b'sehem tas-suq ta' 35 %, ma tkunx kapaċi tgħolli l-prezzijiet ‘l fuq minn ċertu livell limitat, (li jista' jkun stmat għall inqas minn 10 %) mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li ssaħħaħ it-tendenza attwali l-isfel fir-rigward tas-sehem tas-suq. Flimkien ma dan, importazzjonjiet mill-pajjiżi mhux kkonċernati b'dan il-proċediment jirrappreżentaw 9 % tas-suq ta' l-RBM, u huwa mistenni li dawn il-produtturi ma jkunux iridu jew ma jkunux jistgħu jikkontrollaw iż-żieda tal-prezzijiet. Fir-rigward ta' l-importazzjonijiet mill-Malasja, għandu jiġi mfakkar li l-livell ta' eliminazzjoni ta' danni prevvist għal dan il-pajjiż huwa konsiderevolment iktar baxx minn tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Bis-sehem tas-suq tal-mekkaniżmi li ġejjin miċ-Ċina ikun dak ta' 45 %, kien stabbilit li anki jekk dawn il-mekkaniżmi kellhom jesperjenzaw żieda fil-prezz ta' 20 % fil-livell tal-bejgħ, u dawk li ġejjin minn pajjiżi oħrajn barra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ż-żieda fil-prezz assunta f'dan il-paragrafu, ż-żieda tal-prezz medja fis-suq bħala sħiħ ikun stmat għal xi 12 %. B'konsegwenza ta' dan, fid-dawl tal-proporzjon medju stabilit fil-premessa nru. (48), huwa kkonsidrat li l-impatt totali fuq il-valur tal-bejgħ li x'aktarx ikun esperjenzat mill-industrija tal-legaturi wara imposizzjoni ta' miżuri ikun dak ta' 12 % ta' 10,8 %, i.e. 1,3 %. Anke fl-eventwalità ta' riflessjoni totali ta' l-ogħla dazju kontra duping proposta fil-prezz tal-bejgħ ta' l-RBM, i.e. 39,4 % fuq CIF jew 29,9 % fil-livell ta' bejgħ RBM, jista' jiġi prevvist impatt ta' mhux aktar minn 3,2 % fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi. (51) Ġie argumentat ukoll li żieda fl-ispejjeż tal-legaturi ma setgħatx tkun riflessa fiż-żieda tal-prezz tal-prodott finali minħabba li l-offerta tal-legaturi taqbeż id-domanda tas-suq, għal tibdil fid-distribuzzjoni tal-legaturi u minħabba l-biża' tat-tnaqqis fid-domanda. Fid-dawl tal-fatt li l-medja taż-żieda tal-prezzijiet tal-legaturi li seħħ f'livell tal-konsumatur li jixtri bl-imnut jew fuq xogħol kummerċjali ikun iktar baxx minn 1 % (ara l-premessa nru. (50) fejn iż-żieda tal-prezz li kien tal-fabbrika għal-legaturi huwa stmat għal 1,3 %) huwa kkunsidrat li ma tista' sseħħ l-ebda kontradizzjoni sinifikanti u li l-impatt, jekk hemm, fuq is-sitwazzjoni tal-konsumaturi tal-legaturi jkun minimali. Barra minn dan, għandu jiġi nnutat li sostituti għal-legaturi li jkunu f'sitwazzjoni hekk kompetittiva li jkollhom jiġu mibdula anke fuq l-iċken differenza fil-prezz ma jidhrux li jeżistu. Xi ftit kumpaniji fil-kummerċ tal-legaturi ikkonfermaw ukoll li m'hemm l-ebda previżjoni ta' tibdil fil-mod tal-konsum għall-ħames sa għaxar snin li ġejjin. Huwa konkluż, b'hekk, li la il-kompetizzjoni relattivament qawwija bejn il-produtturi tal-legaturi, u la l-prodotti ta' sostituzzjoni fi ħdan il-KE x'aktarx li jipprevjenu l-produtturi tal-legaturi milli jżidu l-prezzijiet tagħhom skond l-ispejjeż tagħhom, b'kunsiderazzjoni partikolari tad-daqs limitat taż-żieda bżonnjuża sabiex tirrifletti l-impatt tad-dazji kontra dumping tal-manjitudni proposta. 5. Kompetizzjoni minn pajjiżi terzi (52) Ħafna partijiet interessati tennew l-argumenti tagħhom msemmija fil-premessa nru. (79) tar-Regolament dwar dazji proviżjonali li miżuri kontra dumping jaffettwaw il-pożizzjoni kompettitiva tal-produtturi tal-legaturi tal-KE meta mqabbla ma' produtturi tal-pajjiżi terzi. Dawn l-esportaturi setgħu jibbenefikaw minn spejjeż irħas għall-mekkaniżmi u politika globali għall-fornituri ta' ċerti distributuri ta' legaturi standard kbar u li qed isiru dejjem aktar influenti fis-suq. Kien allegat li dan seta' jirriżulta fl-industrija downstream tal-Komunità titlef is-sehem tas-suq tagħha u b'hekk tkun imħajjra li tirrijalloka il-produzzjoni tagħha fil-pajjiżi ġirien. Fir-risposta ta' din l-allegazzjoni għandu jiġi mfakkar li s-suq tal-legaturi jista' jkun maqsum f'żewgt oqsma, legaturi magħmulin apposta u legaturi standard. (a) Prodotti magħmulin apposta (53) Għandu jerġa' jintqal li, għal dik il-parti tas-suq li hi orjentata għal xogħol bejn entitajiet kummerċjali, huwa fondamentali li l-produtturi jkunu jinsabu viċin tal-klienti tagħhom, u li jkollhom flessibilità fil-produzzjoni sabiex tilħaq id-domanda u s-servizz meħtieġa. Barra minn dan, għal dan it-tip ta' prodott, l-impatt ta' l-RBM fuq il-prezz finali jista' jkun iktar baxx mill-medja kkalkolata u stabbilita fil-premessa nru. 48. Għandu jintqal, b'hekk, li l-punt dwar il-pożizzjoni kompetittiva għal dan il-qasam tas-suq huwa relevanti l-aktar fit-termini ta' l-esiztenza tal-prodotti standard importati sabiex imbagħad jiġu mibdul apposta. F'dan il-kuntest, hemm importi ta'prodotti tal-polypropylene b'finitura mil-Lvant Imbiegħed, inlużi l-iżgħar mudelli ta' legaturi. Fir-rigward tas-sostennibilità li tista' teżisti bejn dawn il-prodotti u l-legaturi magħmulin apposta, madankollu, għandu jingħad li legatur mibni apposta mhux sempliċiment legatur standard b'logo stampat fuqu. Legaturi magħmulin apposta fir-realtà huma dipendenti fuq numru ta' materja prima differenti u metodi ta' teknika differenti sabiex jinbena' użati sabiex jiġi prodott numru żgħir ta' prodotti totalment individwalizzati. Għal raġunijiet ta' relazzjonijiet pubbliċi, bidla minn dan il-prodott partikolari għal-legatur standard wara ż-żieda ta' logo tirrikjedi differenza fil-prezz tant relevanti li din il-bidla x'aktarx li ma tkunx kkawżata mil-effett ta' miżuri kontra dumping. (b) Prodotti magħmulin standard (54) Sa fejn huma kkonċernati il-produtturi ta' legaturi standard tal-Komunità, kien allegat li s-suq tagħhom kien mmexxi mill-influenza tad-distribuzzjoni tal-legaturi. Din-id-distribuzzjoni hi mmakata dejjem aktar bi ktajjen ta' ħwienet li jkollhom politika ta' fornitura li tippermettilhom jieħdu l-okkażjoni ta' l-irħas prezzijiet fid-dinja għall-prodotti komparabbli, dawn il-politiki huma limitati biss bl-ispiża għat-trasport. F'dan ir-rigward kien stabbilit li l-ispejjeż tat-trasport bl-użu tat-triq fuq distanza normali fi Stat Membru jew bejn pajjiżi ġirien li wieħed minnhom mhux parti mill-KE u l-Komunità ma jkunx inqas minn 5 % tal-valur tal-prodott. Fuq distanza itwal bejn pajjiż li mhux parti mill-KE u l-Komunità, jekk kellu jintuża trasport bil-baħar, l-ispejjeż tat-trasport jistgħu jilħu 10 % tal-valur tal-prodott. (55) Bħala konsegwenza tal-proporzjon massimu ta' l-ispejjeż msemmi fil-premessa nru. (49), huwa kkonsidrat li impatt tal-prezz prevedibbli fuq il-legatur standard ikun limitat għal 13 %(proporzjon massimu standard tal-prezz) bi 12 % (żieda stmata tal-prezz), ugwali għal 1,6 %. Fuq din il-bażi, l-analiżi għandha tiddistingwi bejn kompetizzjoni min-Norveġja, mill-pajjiżi taċ-Ċentru u tal-Lvant (CEEC) u pajjiżi tal-Lvant Imbiegħed. (b.1) Kompetizzjoni min-Norveġja (56) Ġie allegat li importazzjonijiet min-Norveġja kkostitwixxu l-ikbar theddida għall-industrija attwali tal-legaturi tal-KE, minħabba li l-importazzjonijiet minn dan il-pajjiż huma diġa' sinnifikanti u qed jiżdiedu. Minħabba li l-ebda ilment jew prova sostanzjata ma kienet sottomessa fir-rigward ta' prattiċi kummerċjali mhux ġusti, jidher raġonevoli li l-industrija tal-legaturi tal-KE tiġi kkunsidrata li għandha spejjeż li jmorru oltre l-bżonnijiet tal-fabbrika u li huma similari għal dawk tal-kompetituri tan-Norveġja. Il-Kummissjoni tikkonsidra li ż-żieda fl-ispejjeż li jistgħu jesperjenzaw il-produtturi tal-legaturi tal-KE tista' xorta tippermettilhom li jkunu kompetittivi, minħabba li l-ispejjeż tat-trasport sabiex il-kompetituri min-Norveġja jkunu jistgħu jbiegħu fil-KE f'dan il-każ ikun ta' l-anqas tlett darbiet għola (5 %) miż-żieda prevedibbli ta' l-ispejjeż (1,6 %). (b.2) Kompetizzjoni mill-CEEC (57) Intqal li l-CEEC huma f'sitwazzjoni kompetittiva biżżejjed sabiex jibnu industrija kapaċi li tikkompeti mas-suq tal-KE. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li sa issa id-daqs ta' l-industrija tal-legaturi f'dawn il-pajjiżi baqa' wieħed żgħir u l-istatistika ta' l-importazzjonijiet ta' prodotit għall-uffiċju turi importazzjonijiet żgħar. Madanakollu, t-tkabbir ta' din l-industrija jew il-vantaġġi komparattivi f'termini ta' l-infieq għall-ħaddiema ma jistgħux ma jitqiesux. It-tnaqqis fin-nefqa tal-produzzjoni li tista' tinġieb f'dawn il-pajjiżi meta mqabbla mal-Komunità jmorru oltre l-ispejjeż għat-trasport lejn is-suq tal-Komunità. Madankollu, għandu jitqies li l-kreazzjoni ta' industrija orjentata lejn l-esportazzjoni fil-pajjiżi ġirien x'aktarx li tirriżulta mir-rilokazzjoni ta' l-operat tal-produzzjoni tal-KE. Għalkemm saret referenza għall-pjanijet ta' kummerċ għall-biddla fil-produzzjoni lejn dawn il-pajjiż, l-elementi irċevuti mill-Kumissjoni kkonsistew biss mit-tqabbil bejn in-nefqa attwali għall-ħaddiema u n-nefqa għat-trasport. Fuq din il-bażi, anke qabel l-introduzzjoni ta' kwalunkwe miżura kontra d-dumping fuq RBM, dan it-tqabbil jimmilitaw favur ir-rilokazzjoni immedjata ta' l-industrija tad-legaturi. Dan juri li, waqt li tittieħed deċiżjoni maniġerjali sabiex tiġi rilokata l-produzzjoni, azjenda tqis ukoll fatturi importatni oħrajn. F'dan il-kuntest, l-ispiża sabiex tinbidel il-lokazzjoni tal-faċilitajiet ta' produzzjoni, u, fuq kollox, l-inċertezza marbuta ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw b'rata mgħaġġla għandhom jitqiesu. Huwa kkunsidrat li fid-deċiżjonijiet sabiex il-produzzjoni tkun rilokata għall-CEEC, l-impatt possibbli ta' żieda fil-prezz ta' RBM, minħabba l-ammont limitat ta' medja ta' 1,6 %, ikollha effett minimu, jekk ikollha. B'konsegwenza ta' dan, ma kienet irċevuta l-ebda evidenza qawwija li turi li l-imposizzjoni ta' dazju fuq l-RBM twassal għal-rilokazzjoni ta' l-industrija tal-legaturi fil-CEEC u għall-tibdil qawwi fl-importazzjonijiet li ġejjin minn dawn il-pajjiżi. (b.3) Kompetizzjoni mil-Lvant Imbiegħed (58) Esportatur wieħed issottometta informazzjoni li sostniet li legaturi lesti mil-Lvant Imbiegħed setgħu jiġu importati bi prezzijiet taħt l-ispiża tal-produzzjoni tal-Komunità. Statistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat turi li l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' l-uffiċju tal-plastik li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi huma relattivament baxxi u stabbli. Għalhekk, kważi l-produtturi tal-legaturi kollha tal-Komunità, azjendi żgħar kif ukoll dawk importanti, jnaqqsu l-impatt kompetittiv ta' dawn l-importazzjonijiet. B'hekk huwa kknusidrat li s-sitwazzjoni kompettitiva bejn il-produtturi tal-Lvant Imbiegħed u tal-KE deskritta hawn fuq x'aktarx li ma tinbidilx mill-imposizzjoni ta' miżuri fuq l-importi ta' RBM mill-Komunità. (ċ) Konklużjoni dwar il-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi (59) Bħala konklużjoni, ma setgħax jiġi stabbilit li l-imposizzjoni ta' miżuri kontra dumping fuq l-RBM ikunu b'mod li jaffettwaw is-sitwazzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-KE b'mod sinifikanti fir-rigward tal-produtturi tal-legaturi li jinsabu barra mill-Komunità. Din il-konklużjoni tgħodd kemm fir-rigward ta' legaturi magħmulin apposta kif ukoll għal dawk standard. C. Impatt fuq l-industrija tal-Komunità (60) Fir-rigward tal-konsegwenzi għall-industrija tal-Komunità fil-każ ta' nuqqas ta' miżuri kontra dumping, kien stabbilit fi stadju proviżżjonali (premessa nru. 76 tar-Regolament dwar dazji provizzjonali) li dan jwassal għal sitwazzajoni finanzjarja agħar għall-industrija tal-Komunità. It-telf rikorrenti sa mill-1992, ikompli, nonostante ir-ristrutturar qawwi li diġa' sar. Għandu jingħad ma' dan li l-ekwita' netta baxxa u l-ammont ta' dejn fuq perjodu qasir ma jkunux sostenibbli. Min-naħa kummerċjali, kwalunkwe tnaqqis fil-varjeta' tal-prodotti magħmula mill-industrija tal-Komunità bħala reazzjoni għall-prezzijiet baxxi m'hi l-ebda soluzzjoni. Filfatt, jekk il-produtturi tal-Komunità jkunu mħajjrin jagħmlu dan, dawn jitilfu wieħed mill-vantaġġi kompetittivi li għandhom, u minħabba n-natura ta' konsumaturi mifruxa, ma jkunux kapaċi jilħqu volumi għoljin fil-produzzjoni u l-bejgħ neċessarju f'din it-tip ta' industrija. Fl-industrija, l-investimenti fl-awtomazzjoni kienu kemm importanti kif ukoll b'suċċess kbir, b'riżultat ta' industrija kompetittiva ħafna fuq livell dinji. Bil-livell milħuq ta' awtomazzjoni u integrazzjoni milħuqa, u billi ċerti apparat bħal installazzjonijiet għat-trattament tal-metall huma uniċi għal kull azjenda, l-abbandun ta' ċerti linji ta' prodotti ma jkunx sostenibbli mingħajr ma jġib għall-agħar is-sitwazzjoni tal-bqijja. Għal dawn ir-raġunijiet, u bħala konsegwenza tal-kompetizzjoni mhux ġusta mill-importazzjonijiet oġġetti ta' dumping, il-produzzjoni fil-Komunità, fi żmien qasir, ma jibqgħax ikollha prospetti vijabbli, u b'hekk tieqaf f'daqqa. D. Konklużjoni (61) Fid-dawl ta dan kollu, il-konklużjonijiet magħmula mill-Kummisjsoni fir-rigward ta' l-interess tal-Komunità dwar ir-Regolament dwar dazji proviżjonali huma kkonfermati. Fil-fatt, wara eżami ta' l-aspetti u l-interessi varji involuti, ma nstabu l-edba raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li jekk jiġu fis-seħħ il-miżuri dawn ma jkunux fl-interess tal-Komunità, skond l-Artikolu nru. 21 tar-Regolament bażiku kontra dumping. IX. MIŻURI KONTRA DUMPING A. Ġenerali (62) Għandu jingħad li l-kalkolazzjonijiet dettaljati użati sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tad-danni fl-istadju proviżżjonali kienu bbażati fuq il-livell tal-prezzijiet, għal kull kategorija ta' mudelli li għandhom l-istess karatteristiċi speċifiċi, (bbażati fuq medja ta' prezz għall-piż tal-produzzjoni, inklużi fil-profitti) ta' l-mudelli li l-iktar jinbiegħu ta' l-industrija tal-Komunità (60 % bħala volum). Dan kien imqabbel mal-pezz tal-bejgħ tal-prodotti importati jew, fejn kien xieraq, mal-prezz cif ta' l-importazzjonijiet aġġustati għal-livell fejn il-prodott ikun mwassal lill-klijent, għal kull kategorija korrispondenti. Sabiex ikun assigurat tqabbil ġust, ġew mqabbla flimkien kategoriji li għandhom karatteristiċi bażiċi similari, u kien ikkunsidrat li għal kategoriji similari, id-dazju għandu jkopri d-differenzi bejn il-livell tal-prezzijiet li ma jagħmilx ħsara u l-prezzijiet tal-bejgħ attwali ta' l-impotrazzjonijiet fil-Komunità. Iż-żieda tal-prezzijiet għal kull kategorija stabbilita ġiet espressa bħala perċentwali tal-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Komunità ta' l-importazzjonijiet ta'oġġetti għall-kull kategorija. Livell wieħed ta' eliminazzjoni għal kull pajjiż soġġett għal proċedura kien stabbilit billi ġiet kkalkolata l-medja tal-piż tal-livell ta' danni għal kull kategorija. (63) F'dan ir-rigward, importatur sostna li l-Kummissjoni bl-użu ta' approċċ bbażat fuq il-medja, għat-tqabbil bejn il-marġini ta' dumping u l-livell ta' eliminazzjoni, naqset milli teżamina s-sitwazzjonijiet differenti prevalenti fl-oqsma differenti tas-suq. Dan saqsa l-Kummissjoni sabiex tqabbel, għal kull sehem tas-suq (e.g mekkaniżmi b'żewġt iċrieki) il-livell ta' eliminazzjoni tad-danni misjub bil-marġini kontra dumping, u sabiex iżżomm biss l-inqas marġini għal kull settur fil-kalkolazzjoni tal-medja finali ta' dazju wieħed għal kull qasam. Għandu jiġi nnutat f'dan ir-rigward li l-metodu ta' kalkolazzjoni użat f'dan il-każ huwa skond ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku kontra dumping u bi prattika preċedenti dwar il-kalkolazzjoni ta' dazju inqas mill-margini ta' dumping f'każijiet fejn dan id-dazju huwa adegwat sabiex jitneħħew d-danni għall-industrija tal-Komunità. Dan l-approċċ huwa ġġustifikat mill-fatt li l-investigazzjoni preżenti kontra dumping tkopri l-bejgħ ta' prodott similari wieħed li fih instabu li l-varji kategoriji u mudelli qegħdin jikkompetu bejniethom. (64) Taħt dawn il-kondizzjonijiet, il-metodoloġija tal-livell ta' eliminazzjoni ta' danni kif stabbilita fil-premessi nru. (82) sa (84) tar-Regolament dwar dazji proviżjonali huma hija kkonfermata. B. Livell u forma tad-dazji (65) Fuq bażi tal-konklużjonijiet msemmija hawn fuq, dwar danni kkawżati minn dumping, rabta każwali u l-interess tal-Komunità, saret eżaminazzjoni dwar liema forma u livell ta' miżuri kontra dumping ikollhom jittieħdu sabiex jitneħħew l-effetti li jaffettwaw b'mod negattiv il-kummerċ li għandu d-dumping, u sabiex jerġgħu jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni fis-suq ta' RBM tal-Komunità. (66) Minħabba li l-livell ta' prezzijiet li fihom l-effetti negattivi ta' l-importazzjonijiet jitneħħew kien iktar baxx mill-marġini ta' dumping taż-żewġ pajjiżi esportaturi kkonċernati, il-livell ta' eliminazzjoni intuża sabiex jkun ddeterminat il-livell ta' miżuri. (67) L-għotja ta' trattament individwali għall-WWS instab li taffettwa is-sejbiet provizjonali. Il-metodoloġija hawn fuq deskritta ġiet applikata sabiex jiġi kkalkolat il-livell individwali ta' eliminazzjoni ta' danni għal din l-azjenda, u li għaliha 32,5 % livell ta' eliminazzjoni ta' danni kien stabbilit. (68) Il-livell ta' eliminazzjoni ta' danni mnaqqas għall-WWS irriżulta f'żieda, minn 35,4 % għal 39,4 % tal-livell ta' eliminazzjoni ta' danni għall-esportaturi l-oħrajn kollha mir-Repubblika popolari taċ-Ċina. (69) Fuq din il-bażi, id-dazji definittivi kontra dumping, fil-forma ta' dazji ad valorem, għandhom jkunu imposti kif ġej: Rata ta' dazju - | Malasja: | 10,5 % | - | Repubblika Popolari taċ-Ċina: | | | - | WWS: | 32,5 % | | - | Dazji residwali għall-kumpaniji l-oħrajn kollha: | 39,4 % | C. Forma ta' dazju għall-mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku (70) Madankollu intqal li l-imposizzjoni ta' dazju ad valorem fuq mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku, bl-istess rata ta' dak applikabbli għall-mekkaniżmi l-oħrajn, ma kien xieraq fid-dawl tad-differenzi fil-prezz bejn dawn iż-żewġ kategoriji. F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat li l-prezz ta' l-importazzjonijiet fir-rigward tal-mekkaniżmi bi 17 jew 23 ċirku huwa sostanzjalment għola mill-prezz medju ta' importazzjonijiet għall-mekkaniżmi kollha. F'dawn iċ-ċirkostanzi, fid-dawl tan-natura esklussiva ta' ftit mill-użi ta' dawn il-mekkaniżmi u l-fatt li dawn m'humiex tqal biex jintgħarrfu, huwa kkunsidrat li, fuq bilanċ, waqt il-kalkolazzjoni tal-livell ta' eliminazzjoni tad-danni, għandha tingħata bizzejjed kunsiderazzjoni għall-prezz partikolarment għoli tal-mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku u lill-intensità tal-kompetizzjoni bejn ċerti oqsma tas-suq billi jiġi assigurat li dan mhux affettwat b'diskrepanzi sproporzjonati fil-prezz. Dan jista' jintlaħaq billi jiġi assigurat li mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku huma importati bi prezz għola minn ċerti livell adegwat, għall-RBM oħrajn, milli jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġetti ta' dumping. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-istabbiliment ta' miżuri f'forma differenti minn dazju ad valorem kien meqjus xieraq. Fuq bażi ta' tqabbil tal-prezzijiet li sar (ara l-premessa nru. 62) kien ikkunsidrat li, billi jiġi garantit li l-prezz ta' l-importazzjoni cif għall-mekkaniżmi bi 17 jew 23 ċirku jiżdied għal minimu ta' ECU 325 għal kull 1000 biċċa, ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq huma sodisfatti. X. IMPRIŻI (71) Skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku kontra dumping, it-terminu għar-rappreżentazzjonijiet wara l-aħħar svelar kien applikabbli ukoll għall-offerti possibli mill-impriżi. L-esportatur Ċiniż li li ngħatalu t-trattament individwali bagħat ittra ftit wara li skada t-terminu tiegħu li tindika l-volonta' tiegħu li joffri impriża. F'dan ir-rigward huwa kkonsidrat li, minħabba n-numru kbir ta' tipi ta' RBM esportati mill-Kumpanija kkonċernata,f'dan il-każ ikun virtwalment impossibbli li impriża tkun stabbilita u kkontrollata. Ma ġiet riċevuta l-ebda offerta formali għal impriża min-naħa ta' l-esportatur. XI ĠABRA TAD-DAZJI PROVIŻJONALI (72) Fid-dawl ta' kobor tal-marġini ta' dumping li nstau għall-produtturi li jesportaw u l-pajjiżi, u fid-dawl tas-serjeta' tad-danni kkawżati lill-industrija tal-Komunità, kien ikkunsidrat neċessarju li l-ammonti garantiti bħala dazji provizjonali kontra dumping għal transazzjonijiet li jinvolvu l-prodott ikkonċernat għandhom jiġu miġbura definittivament fil-livell ta' dazji definittivi. (73) Fir-rigward ta' WWS, il-ġabra ta' dazji proviżjonali kontra dumping għandu jkun limitat għar-rata ta' dazju definittivament imposta, i.e, 32,%. (74) Fejn seta' jintwera', għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet tad-dwana, li l-garanziji saru fir-rigward tal-mekkaniżmi bi 17 u 23 il-ċirku il-ġabra ta' l-ammonti għandu jkun limitat għad-dazji definittivmanet imposti għal dawn it-tipi ta' RBM, jekk inqas minn dak garantit. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazji definittivi kontra dumping huma b'dan imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti legaturi li għandhom mekkaniżmi li jaqgħu fil-kodiċi CN ex830510 000 li joriġinaw mill-Malasja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-mekkaniżmi tal-legaturi taċ-ċrieki jikkonsistu minn żewġ pjanċi rettangolari tal-metall jew wajers li ta' l-anqas għandhom erba' nofs ċrieki magħmulin mill-azzar iffissati fuqhom u li huwa miżmumin flimkien permezz ta' għatu ta' l-azzar. Jistgħu jinfetħu billi jitferrqu n-nofs ċrieki jew permezz ta' lieva ta' l-azzar mwaħħla mal-mekkaniżmu tal-legatur. 2. Ir-rata ta'dazju applikabbli għall-prezz nett liberu tal-fruntiera tal-Komunità għandu jkun kif ġej: (a) Għall-mekkanizmi bi 17 u 23 ċirku (kodiċi Taric: 83051000*20) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Malasja, l-ammont ta' dazju għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz minimu ta' l-importazzjoni ta' ECU 325 għall kull 1000 biċċa u l-liberi fil-fruntiera tal-Komunità li ma għaddewx mill-prezz tad-dwana; (b) għal mekkaniżmi oħrajn li mhux bi 17 u 23 ċirku (kodċi Taric: 83051000*10): | Rata ta' dazju | Kodiċi addizzjonali Taric | Malasja | 10,5 % | — | Repubblika Poplari taċ-Ċina | | | — WWS | 32,5 % | 8934 | — il-kumpaniji l-oħrajn kollha | 39,4 % | 8900 | 3. Sakemm mhux speċifikat xort'oħra, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom jgħoddu. Artikolu 2 1. L-ammonti garantiti permezz ta' dazju professjonali kontra dumping taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1465/96 għandhom jiġu miġbura definittivament kif ġej: (a) għall-amonti garantiti li għalihom jista' jkun stabbilit, għas-sodisfazzjon ta' l-awtroitajiet tad-dwana, li huma marbuta ma' l-mekkaniżmi importati bi 17 jew 23 ċirku, l-ammonti miġbura għandhom ikunu daqs dak assigurat, imma limitati għal ammont kkalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(2) (a), jekk inqas minn dak assigurat. Jekk ma jistgħax jiġi stabbilit li l-ammonti garantiti huma marbuta ma' mekkaniżmi bi 17 jew 23 ċirku, għandu japplika s-subinċiż (b) hawn taħt; (b) għall-ammonti garantiti fir-rigward ta' mekkaniżmi oħrajn barra dawk bi 17 u 23 ċirku, il-ġabra għandha tkun b'rata ta' dazju definittivament imposta jekk inqas jew daqs dak garantit. Fil-każ l-ieħor, il-ġabra għandha tkun limitata għal dak garantit. 2. Ammonti garantiti li huma iktar mir-rata definittiva ta' dazju kontra dumping għandhom jiġu rilaxxati. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel,20 Jannar 1997. Għall-Kunsill Il-President H. Van Mierlo [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. [2] ĠU L 187, tas-26.7.1996, p. 47. --------------------------------------------------