31997R0089



Official Journal L 017 , 21/01/1997 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/97

tal-20 ta' Jannar 1997

li jemenda Regolament Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożsizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 249 tiegħu,

Billi l-verifikazzjonijiet tal-massa netta indikata fid-dikjarazzjoni tad-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' banana toħloq problemi ta' metodoloġija u l-uniformità ta' l-applikar; billi huwa għalhekk xieraq li jkunu speċifikati il-metodi biex ikunu ddetterminati u eżaminati il-massa netta tal-banana;

Billi iżda l-misuri kif ipprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [3] hu emendat kif ġej:

1. L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

"Artikolu 290a

L-eżaminazzjoni ta' banana li tidħol fil-kodiċi CN 08030019 għall-iskopijiet ta' verifikazzjoni tal-massa netta ma' l-importazzjoni għandha tinvolvi minimu ta' 10 % tad-dikjarazzjonijiet kull sena u kull uffiċċju doganali.

L-eżaminazzjoni ta' banana għandha titwettaq fil-ħin tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, bi qbil mar-regoli esiġiti fl-Anness 38b."

2. L-Artikolu 38b li ġej huwa miżjud:

"Anness 38b

1. Għall-iskopijiet ta' l-applikar ta' l-Artikolu 290a, l-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċċju doganali li fih id-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' banana friska tkun ippreżentata għandu jiddetermina l-massa netta, ibbażata fuq kampjun ta' l-unitajiet tal-pakketti għal kull tip ta' l-ippakjar u għal kull post ta' l-oriġini.

2. L-unitajiet ta' l-ippakkjar miżuna għandhom jikkonstitwixxu kampjun rapreżentattiv tad-dikjarazzjoni. Għandha tinvolvi mill-anqas il-kwantitajiet indikati hawn taħt:

Number of units of packaging declared (by type of packing and by origin) | Number of units of packaging to be examined |

— up to 400 | 5 |

— from 401 to 700 | 7 |

— from 701 to 1000 | 10 |

— from 1001 to 2000 | 13 |

— more than 2000 | 15 |

Meta t-tgħabija kollha tkun koperta b'dikjarazzjoni singola, l-uffiċċju doganali jista, sakemm ma jkunx hemm suspett ta' frodi, jibbaża l-kalkolazzjoni tal-massa netta fuq kampjun minimu ta' 15 il-unità ta' pakkjar (ta' l-istess tip ta' l-ippakkjar u mill-istess post ta' l-oriġini).

Il-massa netta għandha tkun iddeterminata kif ġej:

- il-ftuħ ta' mill-anqas unità waħda ta' l-ippakkjar, imbagħad il-kalkolu tal-massa ta' l-ippakkjar.

- il-massa ta' l-ippakjar għandha tkun aċċettat għall-ippakkjar ta' l-istess tip u għandha tkun imnaqqsa mill-massa ta' l-unitajiet kollha ta' l-ippakkjar miżun,

- il-medja tal-massa kull unità ta' l-ippakjar tal-banana hekk stabbilita, ibbażata fuq il-massa tal-kampjun eżaminat, għandha tkun aċċetta bħala l-bażi għal determinar tal-massa netta tal-banana koperta bid-dikjarazzjoni."

Artikolu 2

Qabel l-1 ta' Jannar 1998, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid ir-rata stabbilita fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mil-1 ta' Frar 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-milja tiegħu u direttament ikun japplika fl-Istati Membri kollha.

Mgħamul fi Brussell, 20 ta' Jannar 1997.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 302, 19. 10. 1992, p. 1.

[2] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU Nru L 253, 11. 10. 1993, p. 1.

--------------------------------------------------