Official Journal L 008 , 11/01/1997 P. 0002 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 35/97 ta' l-10 ta' Jannar 1997 li jesiġi dispożizzjonijet dwar iċ-ċertifikazzjoni ta ġlud bis-suf u oġġetti koperti bir -Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3245/91 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 tal-4 ta' Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu fil-Komunità ta' nasses li jaqbdu s-saqajn u l-introduzzjoni fil-Komunità ta' ġlud u oġġetti maħduma ta' ċerti annimali slavaġ li joriġinaw minn pajjiżi fejn dawn jinqabdu permezz ta' nasses li jaqbdu s-saqajn jew metodi ta' nsib li m‘humiex konformi man-normi internazzjonali ta' nsib b'mopd uman [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu, Billi, mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2727/95 [3], Regolament (KEE) Nru 3254/91 jista biss ikun implementat kif xieraq permezz ta' ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi li jesportaw jew jesportaw mill-ġdid u billi jesiġi l-ħtiġijiet ta' dawk iċ-ċertifikati; Billi l-miżuri kif hemm dispożizzjoni dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat li hemm riferenza dwaru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Ġlud bis-suf u oġġetti oħra li hemm riferenza dwarhom fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 jistgħu biss ikunu awtoriżżati biex ikunu mogħtija proċedura apparti minn dik għal transitu estern intenzjonata ħalli jkunu trasportati ’l barra mit-territorju doganali tal-Komunità, meta dawn ikunu minn annimali: (a) li kienu maqbuda fil-pajjiż li jidher fil-lista li hemm riferenza dwarha fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u meta l-ispeċji konċernata tkun elenkata biswit dak il-pajjiż; jew (b) kienu maqbuda fi Stat Membru; jew (ċ) kienu mwielda u mkabbra fil-magħluq. 2. Għall-iskop tal-paragrafu 1, l-impurtatur jew ir-rappreżentant awtoriżżat tiegħu għandu jħalli ċertifikat fl-uffiċju doganali tal-fruntiera fil-post ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità li jkun ġie maħruġ minn awtorità kompetenti tal-pajjiż li jesporta jew jesporta mill-ġdid. Artikolu 2 1. Il-formoli li fuqhom isir iċ-ċertifikat li hemm riferenza dwaru fl-Artikolu 1(2) għandhom jitħejjew b'konformità mal-mudell muri fl-Anness. Għandhom ikunu stampati u mimlija f'wahda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Jekk meħtieġ, traduzzjoni f'lingwa oħra tal-Komunità tista tkun meħtieġa. 2. Il-karta tal-formola għandha tkun bajda u tiżen mill-anqas 55 g/m2. Id-daqs tal-formoli għandu jkun bejn wieħed u ieħor 210 x 297 millimetri. 3. L-awtoritajiet kompetenti nominati minn pajjiżi terzi għall-ħruġ taċ-ċertifikati li hemm riferenza dwarhom fl-Artikolu 1(2) għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri u, fuq talba, li xi parti terza li tkun interessata dwar dan. Artikolu 3 1. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 m'għandhomx japplikaw: - għal oġġetti kompluti li jkunu koperti bi proċedura għal dħul temporanju u li ma jkunux għal bejgħ fil-Komunità imma li jkunu ntenzjonali għal esportazzjoni mill-ġdid, lanqas, - għall-oġġetti kompluti għal użu personali jew użu privat, lanqas - fil-każi meta l-ġlud bis-suf jew oġġetti manifatturati minnhom ikunu introdotti mill-ġdid fil-Komunità wara proċedura ta' proċessar ’il barra u prova tingħata li dawn kienu ġew ipproċessati minn ġlid bis-suf jew oġġetti li kienu ġew esportati minn qabel jew esporti mill-ġdid mill-Komunità. 2. Meta l-introduzzjoni fil-Komunità tal-ġlud bis-suf jew oġġetti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 3254/91 jkunu wkoll soġġetti għal preżentazzjoni minn qabel ta' dokument ta' importazzjoni permezz ta' Regolament (KEE) Nru 3626/82, dak id-dokument għandu jkun maħruġ biss jekk il-ġlud jew oġġetti konċernati jissodisfaw il-ħtiġiet taż-żewġ Regolamenti. Meta dokument ta’ l-importazzjoni li hemm dispożizzjoni dwaru fir-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jkun maħruġ, dan għandu jkun aċċettat minflok iċ-ċertifikat li hemm riferenza dwaru fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun applikabbli mill-ewwel jum tat-tielet xahar ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-lista li hemm riferenza dwarha fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Jannar 1997. Għall-Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 308, tad-9.11.1991, p. 1. [2] ĠU L 384, tal-31.12.1982, p. 1. [3] ĠU L 284, tat-28.11.1995, p. 3. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------