31997L0076



Official Journal L 010 , 16/01/1998 P. 0025 - 0027


Id-Direttiva tal-Kunsill 97/76/KEE

tas-16 ta’ Diċembru 1997

li temenda d-Direttiva 77/99/KEE u d-Direttiva 72/462/KEE rigward ir-regoli applikabbli għall-ikkapuljat, preparati tal-laħam u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffetwaw il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali [3], aġġornata bid-Direttiva 92/5/KEE [4] tipprovdi għall-possibbiltà li jintuża laħam kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/657/KEE fil-preparazzjoni ta’ prodotti tal-laħam;

Billi d-Direttiva 88/657/KEE ġiet imħassra b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1996 u mibdula bid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ laħam ikkapuljat u l-preparamenti tal-laħam [5]; billi, sabiex jassiguraw ċertezza legali, referenzi għad-Direttiva 88/657/KEE għandhom ikunu emendati kif xieraq;

Billi dawk id-disposizzjonijiet li, minħabba n-natura temporanja tagħhom, issa huma skaduti għandhom jitħallew barra mid-Direttiva 77/99/KEE;

Billi, aktar minn hekk, meqjusa l-kondizzjonijiet speċjali tal-produzzjoni tal-kirxa, tal-bżieżaq ta’ l-awrina u l-intestini, l-arranġamenti apparti minn dawk preċedentement stabbiliti bid-Direttiva 77/99/KEE għandhom ikunu applikati dwarhom; billi għandu jkun stipulat limitu ta' żmien raġjonevoli għall-Istati Membri biex ikunu konformi ma’ dawn l-arranġamenti kemm f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni nazzjonali tagħhom kif ukoll l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/99/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Fil-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 2(a)(ii) u 2(d), ir-referenza għad-Direttiva 88/657/KEE għandha tinbidel b’referenza għad-Direttiva 94/65/KEE.

2. Fl-Artikolu 3

(a) it-tieni inċiż tal-punt A.1 għandha tinqara "- bi qbil ma’ l-Artikolu 9(1)…";

(b) is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-punt A.1:

"jew, li jkunu ġew irreġistrati u spezzjonati bi qbil ma’ l-Artikolu 9(2)";

(ċ) il-punt A.9 għandu jkun emendat kif ġej:

- il-paragrafu (a) għandu jkun imħassar,

- il-kliem "(b) mill-1 ta’ Lulju 1993" għandhom jitħassru,

- il-punt (i) għandu jsir il-punt (a) u l-punt (ii) għandu jsir il-punt (b).

3. L-Artikolu 9 (2) huwa emendat kif ġej:

"2. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-deroga li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4, is-sezzjoni A, il-punt (a)(i), u s-sezzjonijiet C, D u E tad-Direttiva 64/433/KEE, dwar il-ftehim li l-ipproċessar tal-prodotti f’dawk l-istabbilimenti għandu jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta’ din id-Direttiva".

4. Fl-Artikolu 13(1)(ċ), il-kliem 'sa l-1 Lulju 1993, iċ-ċertifikat tas-saħħa li hemm provvediment dwaru fl-Anness D' għandu jitħassar.

5. Fis-subparagrafu finali ta’ l-Artikolu 13(1), ir-referenza għad-Direttiva 88/657/KEE għandha tinbidel bir-referenza għad-Direttiva 94/65/KE.

6. L-Artikolu 21 għandu jitħassar;

7. Fl-ewwel u fit-tieni inċiżi tal-punt 2 tal-Kapitolu III ta’ l-Anness B, ir-referenza għad-Direttiva 88/657/KEE għandha tinbidel bir-referenza għad-Direttiva 94/65/KE.

8. Il-ħames inċiż tal-punt 4 tal-Kapitolu V ta’ l-Anness B għandha jkollha l-kelmiet kif ġej:

"— Meta l-leġislazzjoni ta’ Stat Membru tawtorizza l-użu tal-lamtu jew tal-proteini ta' oriġini mill-annimali jew mill-ħxejjex għal skopijiet apparti minn dawk teknoloġiċi, referenza għal użu bħal dan b’konnessjoni mad-deskrizzjoni tal-bejgħ".

9. Il-Kapitolu III ta’ l-Anness Ċ għandu jkun mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 21b tad-Direttiva 72/462/KEE [6], id-data "il-31 ta’ Diċembru 1997" fit-tieni subparagrafu għandha tinbidel bil- "il-31 ta’ Diċembru 1998".

Artikolu 3

Fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat b’dawk il-proposti relevanti li fuqhom il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu, qabel il-31 ta’ Diċembru 2001, jerġa’ jeżamina mill-ġdid id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, bl-għan li jerġa’ jeżamina mill-ġdid il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-istabbilimenti li minnhom ikunu oriġinaw l-intestini.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1999.

Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjonim b'dan.

Meta l-miżuri li hemm referenza dwarhom fl-ewwel paragrafu jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif jagħmlu din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lejn il-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali tagħhom li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-16 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 341, tal-5.12.1994, p. 206.

[2] ĠU C 397, tal-31.12.1994, p. 37.

[3] ĠU L 26, tal-31.1.1997. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/68/KE (ĠU L 332, 30.12.1995, p. 10).

[4] ĠU L 57, tat.-2.3.1992, p. 1.

[5] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10.

[6] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/91/KE (ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 26).

--------------------------------------------------

ANNESS

"KAPITOLU III Il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kirxa, bżieżaq ta’ l-awrina u l-intestini mnaddfa, immellħa jew imqadda u/jew imsaħħna.

B’żieda mal-kondizzjonijiet fl-Anness A u l-Kapitolu II ta’ l-Anness B, l-istabbilimenti li jipproċessaw il-kirxa, l-bżieżaq ta’ l-awrina u l-intestini għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. il-materjali mhux ipproċessati għandhom jiġu minn annimali li, wara l-ispezzjoni ante-mortem u post-mortem ikunu ġew meqjusa bħala tajbin għal konsum mill-bniedem;

2. il-prodotti li ma jistgħux jinżammu f’temperatura ambjentali għandhom jinħażnu sakemm jittieħdu fil-post intiż għal dan l-iskop. B’mod partikolari, il-prodotti li mhumiex immellħa jew imqadda għandhom jinżammu f’temperatura ta’ anqas minn 3 °C;

3. il-materjali mhux ipproċessati għandhom jinġarru mill-biċċerija ta' l-oriġini għall-istabbiliment f’kondizzjonijiet ta’ iġjene sodisfaċenti u, meta xieraq fl-isfond tal-perijodu bejn il-qatla u l-ġbir tal-materjali mhux ipproċessati, imkessħa fi friġġ. Il-vetturi u l-kontenituri għat-trasport ta' materjali bħal dawn għandu jkollhom uċuħ interni lixxi li huma faċli biex jinħasslu, jitnaddfu u biex ikunu ddisinfettati. Il-vetturi għall-ġarr irrefriġerat għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li t-temperatura meħtieġa tista’ tinżamm matul il-perijodu tat-trasport;

4. bini għandu jkun ipprovdut għall-ħażna tal-materjali għat-tgeżwir u l-ippakkjar;

5. it-tgeżwir u l-ippakkjar għandhom isiru f’kondizzjonijiet iġjeniċi f’kamra jew f’post maħsub għal dak l-iskop;

6. l-użu ta’ injam huwa pprojbit; b’danakollu, l-użu ta’ pallets ta’ l-injam huwa awtorizzat għall-ġarr tal-kontenituri tal-prodotti relatati."

--------------------------------------------------