Official Journal L 184 , 12/07/1997 P. 0031 - 0032
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/38/KE ta' l-20 ta' Ġunju 1997 li temenda l-Anness Ċ tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE dwar sistema ġenerali sekondarja għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissupplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar sistema ġenerali sekondarja għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE [1], kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/43/KE [2], u partikolarment mill-Artikolu 15 ta' dan, Billi l-gvern tar-Renju Unit għamel talba raġunata sabiex ineħħi tlieta mill-korsijiet ta' taħriġ mill-Anness Ċ ta' din id-Direttiva; Billi r-Renju Unit biddel il-kors ta' edukazzjoni u taħriġ tiegħu għal uffiċjal xjentifiku tal-laboratorju mediku, bir-riżultat li dan il-kors issa jeħtieġ tliet snin ta' edukazzjoni għolja u għalhekk jidħol taħt id-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE [3]; billi, skond dan, il-kors ta' edukazzjoni u taħriġ għall-professjoni ta' uffiċjal xjentifiku tal-laboratorju mediku m' għandux aktar ikun inkluż fl-Anness Ċ billi d-detenturi ta' kwalifiki miksuba taħt ir-regolament ta' qabel u li huma koperti mid-Direttiva 92/51/KEE jistgħu, permess ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 89/48/KEE, japplikaw sabiex jiġu ttrattati bl-istess mod; Billi l-professjoni ta' prostetista preżentament m'hijiex regolata fir-Renju Unit; Billi l-professjoni ta' uffiċjal tal-probation m'għadhiex aktar regolata fir-Renju Unit; Billi l-miżuri pprovduti mid-direttiva preżenti huma konformi ma' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/51/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness Ċ tad-Direttiva 92/51/KEE qiegħed hawnhekk jiġi emendat kif muri fl-Anness ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex huma jkunu jistgħu jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel it-30 ta' Settembru 1997. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' din ir-referenza għandhom jitġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 1997. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 25. [2] ĠU L 184, tat-3.8.1995, p. 21. [3] ĠU L 19, ta' l-24.1.1989, p. 16. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness Ċ tad-Direttiva 92/51/KEE huwa emendat kif ġej:Taħt "5. Korsijiet tar-Renju Unit akkreditati bħala Kwalifiki Nazzjonali Vokazzjonali jew Kwalifiki Vokazzjonali Skoċċiżi" l-inċiżi li ġejjin qegħdin jiġu mħassra: "— uffiċjal xjentifiku tal-laboratorju mediku, — uffiċjal tal-probation, — prostetista." --------------------------------------------------