31997L0032



Official Journal L 171 , 30/06/1997 P. 0063 - 0076


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/32/KE

tal-11 ta’ Ġunju 1997

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE dwar il-fanali tar-rivers għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali tar-rivers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata l-aħħar permezz ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi d-Direttiva 77/539/KEE hi waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet stabbilita permezz tad-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li tirreferi għas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vettura japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażati fuq l-Anness VI ta’ dik id-Direttiva sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata; billi ċ-ċertifikat (i) ta’ l-approvazzjoni tat-tip previst fid-Direttiva 77/539/KEE għandu(hom) jiġi(u) emendat(i) kif jixraq;

Billi l-proċeduri jeħtieġ li jkunu simplifikati sabiex tinżamm l-ekwivalenza, stabbilita bl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti meta l-imsemmija regolamenti jkunu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 77/539/KEE għandhom ikunu sostitwiti b’dawk tar-Regolament Nru 23 permezz ta’ cross-reference;

Billi qed issir riferenza għad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u għad-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif emendata l-aħħar permezz ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/539/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponentkomponent għal kull tip ta’ fanal tar-rivers li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar stabbiliti fl-Annessi rilevanti."

2. L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ fanal tar-rivers li huma japprovaw bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, Appendiċi 3."

3. L-Artikolu 4 hu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’kull approvazzjoni li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva."

4. L-Artikolu 9 hu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-makkinarju mobbli kollu."

5. L-Annessi huma mibdula bl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Jannar 1997, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi imsemmija fl-Artikolu 3 ttitardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ fanali tar-rivers:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura jew xi tip ta’ fanal imsemmi hawn fuq, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ fanali tar-rivers,

basta li l-fanali jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/539/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, u li, safejn huma kkonċernati vetturi, dawn ikunu stallati skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998, l-Istati Membri:

- m’għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal kull tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ fanali tar-rivers, u għal kull tip ta’ fanal tar-rivers, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/539/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.

3. Mill-1 ta’ Ottubru 1999 il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/539/KEE dwar il-fanali tar-rivers bħala komponenti, kif emendati b’din id-Direttiva, għandhom japplikaw għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 ta’ hawn fuq, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal fanali tar-rivers, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 77/539/KEE sakemm dawk il-fanali

- ikunu maħsuba li jiġu mwaħħla ma’ vetturi li jkunu diġa’ qed jintużaw, u

- jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu japplikaw meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.

Artikolu 3

Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament Nru 23 UN/ECE imsemmija fl-Anness II, item 2.1, għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta’ Lulju 1997.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1998; iżda, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi imsemmija fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, l-Isati Membri għandhom jikkonformaw ma’ din l-obbligazzjoni sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi imsemmija fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawk it-testi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testijiet tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU Nru L 18, tal-21.1.1997, p. 7.

[3] ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 72.

[4] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 1.

[5] Ara p. 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 96.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: | Dokument ta’ Informazzjoni |

Appendiċi 2: | Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 3: | Mudelli tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent |

L-ANNESS II: | Il-kamp ta’ l-applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi |

L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA’ KOMPONENT

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE dwar xi tip ta’ fanal tar-rivers għandha ssir mill-manifattur.

1.2. Fl-Appendiċi 1 qed jingħata mudell għad-dokument ta’ informazzjoni.

1.3. Dawn li ġejjin għandhom jingħataw lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. Żewġ kampjuni mgħammra b’fanal jew fanali rakkomandati. Jekk il-mezzi mhumiex identiċi iżda huma ugwali u xierqa biex jitwaħħlu waħda fuq in-naħa tax-xellug u waħda fuq il-lemin tal-vettura, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u jkunu xierqa biex jitwaħħlu biss fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-vettura.

2. MARKI

2.1. Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandu jkollhom:

2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

2.1.2. jekk meħtieġ sabiex ikun evitat kull żball fit-twaħħil tal-fanal tar-rivers fuq il-vettura, jkollhom il-kelma ‘FUQ’ immarkata orizzontalment fuq il-parti ta’ fuq nett tal-wiċċ li jixgħel;

2.1.3. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li jista’ jiġi mibdul: it-tip(i) tal-bozza tal-filament preskritta;

2.1.4. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li ma jistax jiġi mibdul: il-vultaġġ u wattage nominali.

2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jixgħel, jew ma’ wieħed mill-uċuh li jixgħelu, tal-mezz. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mgħammar mal-vettura.

2.3. Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1.

3. GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAL-KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti jkunu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk ikun applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

3.2. Fl-Appendiċi 2 qed jingħata mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

3.3. Għandu jiġi assenjat numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għal kull tip ta’ fanal tar-rivers approvat. L-istess Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru għal xi tip ieħor ta’ fanal tar-rivers.

3.4. Meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun mitluba għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ senjalazzjoni bid-dawl li jinkludi xi fanal tar-rivers jew fanali oħra, jista’ jingħata numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent basta li l-fanal tar-rivers jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li dwarhom tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih.

4. MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

4.1. B’żieda mal-marki msemmija fil-punt 2.1 kull fanal tar-rivers li jikkonforma ma’ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva għandu jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti fi:

4.2.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra ‘e’ segwita bin-numru jew ittri li jiddistingwuha ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

9 għal Spanja

11 ghar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portuga

23 għall-Greċja

IRL għall-Irlanda;

4.2.2. fil-viċinanza tal-kaxxa rettangulari in-‘numru ta’ l-approvazzjoni bażika’ li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut b’żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat għall-emenda teknika maġġura l-aktar reċenti għad-Direttiva 77/539/KEE fid-data li ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. F’din id-Direttiva in-numru ta’ sekwenza hu 00;

4.2.3. simbolu addizzjonali li jikkonsisti fl-ittri ‘A’ u ‘R’, imħallta kif muri fil-figura 1 ta’ l-Appendiċi 3.

4.2.4. Fuq fanali li l-angoli tal-viżibbiltà tagħhom jkunu assimetriċi għar-rigward ta’ l-alinjament ta’ riferenza f’direzzjoni rrizzontali, vleġġa li tipponta lejn il-ġenb li fuqha l-kundizzjonijiet fotometriċi jkunu milħuqa sa angolu ta’ 45° H.

4.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha titwaħħal fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma titħassarx u li tkun tidher b’mod sew meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura.

4.4. Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1.

4.5. Meta jinħareġ numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, kif indikat fil-punt 3.4 ta’ hawn fuq, għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun fih xi fanal tar-rivers u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li jkun fiha:

4.5.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra ‘e’ segwita bin-numru li jiddistingwiha jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara punt 4.2.1);

4.5.2. in-numru ta’ l-approvazzjoni bażika (ara punt 4.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza);

4.5.3. jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa, safejn din tirreferi għall-assemblaġġ tal-fanal b’mod sħiħ.

4.6. Din il-marka tista’ tkun tinstab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

4.6.1. din tkun viżibbli wara li jitwaħħlu l-fanali;

4.6.2. l-ebda komponenti li jitrasmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa l-marka ta’ l-approvazzjoni fl-istess ħin.

4.7. Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li bis-saħħa tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun ingħatat, flimkien man-numru ta’ sekwenza (ara punt 4.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, meta meħtieġ, l-ittra ‘D’ u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

4.7.1. jew fuq il-wiċċ proprju li jitrasmetti d-dawl;

4.7.2. jew f’xi grupp, b’tali mod li kull waħda mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament jistgħu jkunu identifikati b’mod ċar.

4.8. Il-qisien tal-komponenti ta’ din il-marka m’għandhomx ikunu anqas mill-qisien minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li bis-saħħa tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

4.9. Eżempji ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanal li huwa raggruppat, kombinat jew inkorporat reċiprokament ma’ fanali oħrajn jinsabu fl-Appendiċi 3, Figura 2.

5. MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦAL APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Bħala regola ġenerali, l-miżuri biex tkun assigurata l-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. Kull fanal tar-rivers għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet fotometriċi speċifikati fil-paragrafi 6 u 8 [1]. Minkejja dan, fil-każ ta’ xi fanal tar-rivers magħżul saltwarjament bħala kampjun minn serje ta’ produzzjoni, il-ħtiġiet dwar l-intensità minima tad-dawl li jiġi trasmess (imkejjel permezz ta’ bozza b’filament standard kif imsemmi fil-paragrafu 7 [2] għandhom jkunu limitati f’kull direzzjoni rilevanti għal 80 % tal-valur minimu preskritt fil-paragrafu 6 [3],

Appendiċi 1

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew il-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:…

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:…

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati,…

il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:…

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:…

1. DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

1.1. Tip ta’ mezz:…

1.1.1. Funzjoni(jiet) tal-mezz:…

1.1.2. Kategorija jew klassi tal-mezz:…

1.2.3. Kulur tad-dawl li joħroġ jew li jkun rifless: …

1.2. Disinn(i) f’dettall biżżejjed li jippermettu identifikazzjoni tat-tip tal-mezz u li juri(juru)…

1.2.1. f’liema pożizzjoni ġeometrika l-mezz għandu jkun imwaħħal fuq il-vettura (ma jgħoddx għall-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara): …

1.2.2. l-assi ta’ l-osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-alinjament ta’ riferenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru tar-riferenza fl-imsemmija testijiet (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi u l-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara …

1.2.3. il-pożizzjoni maħsuba għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent …

1.2.4. għall-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, il-pożizzjoni ġeometrika li fiha għandu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq: …

1.2.5. għall-headlamps u l-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem, veduta minn naħa ta’ quddiem tal-fanali bid-dettalji tar-ribbing tal-lenti, jekk ikun hemm, u l-cross section: …

1.3. Deskrizzjoni teknika fil-qosor li tiddikjara, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni tal-fanali li ma jkollhomx sorsi tad-dawl li jistgħu jinbidlu, l-kategorija jew kategoriji tas-sorsi tad-dawl preskritti li għandhom ikunu waħda jew aktar minn dawk li jinsabu fid-Direttiva 76/761/KEE (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi):…

1.4. Informazzjoni Speċifika…

1.4.1. Għar-rigward ta’ fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, dikjarazzjoni li tgħid jekk il-mezz ikunx maħsub li jdawwal pjanċa wiesa’/għolja/kemm wiesa’ u għolja:…

1.4.2. Għal headlamps,…

1.4.2.1. informazzjoni jekk il-headlamp tkunx maħsuba li tipprovdi kemm raġġ dipped u raġġ prinċipali jew biss wieħed minn dawk ir-raġġi: …

1.4.2.2. informazzjoni fil-każ li l-headlamp tkun maħsubha li tipprovdi raġġ dipped, jekk tkun iddisinjata kemm għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin jew kemm għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss jew fuq in-naħa tal-lemin biss:.. …

1.4.2.3. jekk il-headlamp ikun mgħammar b’riflettur li jista’ jkun aġġustat, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) ta’ muntaġġ tal-headlamp meta mqabbla ma’ l-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlamp ikun se jintuża f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss: …

1.4.3. Għal fanali ta’ pożizzjoni, fanali ta’ waqfien u indikaturi tad-direzzjoni,…

1.4.3.1. jekk il-mezz jista’ jintuża wkoll fl-immuntar ta’ żewġ fanali ta’ l-istess kategorija:…

1.4.3.2. fil-każ ta’ xi mezz b’żewġ livelli ta’ intensità (fanali ta’ waqfien u indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 2b), diagramm tat-tqassim u qisien tal-karatteristiċi tas-sistema li tassigura ż-żewġ livelli ta’ intensità: …

1.4.4. Għal mezzi retro-rifletturi, deskrizzjoni fil-qosor li tagħti l-qisien tekniċi tal-materjali ta’ l-unità ottika retro-reflettiva:…

1.4.5. Għal fanali tar-rivers, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz ikunx maħsub li jkun stallat fuq xi vettura esklussivament f’par mezzi:…

Appendiċi 2

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni dwar

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]

- iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3]

- l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta’ xi tip ta’ xi vettura/komponent/unità teknika separata [5] għar-rigward tad-Direttiva…/…/KEE, kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva…/…/KE

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip: …

Raġuni għall-estensjoni:…

TAQSIMA I

0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

0.2. Tip u deskrizzjoni (jiet) kummerċjali ġenerali:…

0.3. Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]:…

0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:…

0.4. Kategorija tal-vettura [8] [9]: …

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:…

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:. …

TAQSIMA II

1. Informazzjoni addizzjonali (jekk ikun il-każ): Ara l-Addendum

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:…

3. Data tar-rapport tat-test:…

4. In-Numru tar-rapport tat-test:…

5. Kummenti (jekk ikun hemm): Ara l-Addendum

6. Post: …

7. Data: …

8. Firma:…

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

1. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

1.1. Meta jkun il-każ, indika għal kull fanal

1.1.1. Il-kategorija(i) tal-mezz(i): …

1.1.2. In-numru u l-kategorija tas-sorsi tad-dawl (mhux applikabbli għal retro-riflettur) [10]…

1.1.3. Il-kulur tad-dawl li joħroġ jew li jkun rifless: …

1.1.4. L-approvazzjoni tingħata biss għall-użu bħala parti ta’ tibdil fuq vetturi li diġa qed joperaw: Iva/Le [11]…

1.2. Informazzjoni speċifika għal ċerti tipi ta’ mezzi ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl…

1.2.1. Għall-mezzi retro-rifletturi: F’iżolament/parti minn xi assemblaġġ ta’ mezzi [12]…

1.2.2. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: Mezz li jdawwal pjanċa twila/pjanċa wiesgħa [13]…

1.2.3. Għal headlamps: jekk mgħammra b’riflettur li jista’ jkun aġġustat, il-pożizzjoni(jiet) ta’ muntaġġ tal-headlamp meta mqabbla ma’ l-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlampikun se jintuża f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss: …

1.2.4. Għal fanali tar-rivers: Dan il-mezz għandu jkun stallat fuq xi vettura biss bħala parti minn par mezzi: Iva/Le [14]…

5. RIMARKI

5.1. Disinni

5.1.1. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: in-Nru tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha għandu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq;

5.1.2. Għall-mezzi retro-rifletturi: in-Nru. tad-disinn mehmuż… juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura;

5.1.3. Għall-mezzi l-oħrajn kollha ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl: in-Nru. tad-disinn mehmuż… juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura, u l-assi tar-riferenza u ċentru tar-riferenza tal-mezz.

5.2. Għal headlamps: mod ta’ operazzjoni użat matul it-test (punt 5.2.3.9. ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/761/KEE):…

Appendiċi 3

EŻEMPJI TA’ L-APPROVAZZJONI TAL-MARKA TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri hawn fuq hu fanal tar-rivers, li t-tip tiegħu hu approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471. Il-vleġġa tindika l-ġenb li fuqu l-qisien fotometriċi meħtieġa ġew milħuqa sa angolu ta’ 45°H.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Nota:

It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A. B. u C jirrappreżentaw varjanti possibbli tal-marka ta’ xi mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (el) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1712 u tinkorpora:

Retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skond id-Direttiva 76/757/KEE, sekwenza Nru 02;

Indikatur tad-direzzjoni ta’ wara ta’ kategorija 2a approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 32);

Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 70), sekwenza Nru 02;

Fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 54);

Fanal tar-rivers (AR) approvat skond id-Direttiva 77/539/KEE, sekwenza Nru 00;

Fanal ta’ waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva 76/758/KEE sekwenza Nru 02;

Fanal tal-pjanċa tar-reġistarazzjoni ta’ wara (L) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 85), sekwenza Nru 00;

L-ANNESS II

IL-KAMP TA’ L-APPLIKAZZJONI U L-ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tgħodd għal fanal tar-rivers għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

2. ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1, 5 sa 8 u l-Annessi 3 u 4 tar-Regolament Nru 23 UN-ECE li hu magħmul mill-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

- ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) li jiġbor fih is-Supplimenti 1 sa 4 tar-Regolament Nru 23 u Korrezzjoni [1]

- Suppliment 5 għar-Regolament 23 [2]

minbarra li:

2.1.1. Fejn issir riferenza għal "Regolament Nru 48", din għandha tinftiehem bħala riferenza għal "Direttiva 76/756/KEE".

2.1.2. Fejn issir riferenza għal "Regolament Nru 37", din għandha tinftiehem bħala "L-Anness VII tad-Direttiva 76/761/KEE".

2.1.3. Fil-paragrafu 6.4, it-taqsima ta’ qabel ta’ l-aħħar, is-sentenza "(ara paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament)" għandha tinftiehem bħala "(ara Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 ta’ din id-Direttiva)".

2.1.4. Fil-paragafu 6.4, l-aħħar taqsima, is-sentenza "dikjarazzjoni fil-paragrafu 11 "Kummenti" tal-forma ta’ Komunikazzjoni (ara l-Anness I ta’ dan ir-Regolament)" għandha tinftiehem bħala "dikjarazzjoni fl-Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip (ara l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva)".

"

[1] tad-dokumenti msemmija fil-punt 2.1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva preżenti.

[2] tad-dokumenti msemmija fil-punt 2.1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva preżenti.

[3] tad-dokumenti msemmija fil-punt 2.1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva preżenti.

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

[7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?": (e.ż. ABC??123??).

[8] Ħassar fejn ma japplikax.

[9] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

[10] Għall-fanali li s-sorsi tad-dawl tagħhom ma jiġux mibdula, indika n-numru u l-wattage globali tas-sorsi tad-dawl.

[11] Ħassar fejn ma japplikax

[12] Ħassar fejn ma japplikax

[13] Ħassar fejn ma japplikax

[14] Ħassar fejn ma japplikax

[1]

[2] E/ECE/324Rev. 1/Add. 22/Rev. 1/Amend. 1.’E/ECE/TRANS/505

--------------------------------------------------