31997L0030



Official Journal L 171 , 30/06/1997 P. 0025 - 0048


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/30/KE

tal-11 ta’ Ġunju 1997

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE dwar il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tsat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u l-fanali tal-waqfien ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’rilevenza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 96/79/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u l-fanali tal-waqfien ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

Billi d-Direttiva 76/758/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li jikkonċernaw is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, partikolarment, skond l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, huwa meħtieġ li kull Direttiva separata jkollha mehmuża magħha dokument ta’ informazzjoni kif ukoll ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI għal dik id-Direttiva sabiex din l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata; billi ċ-ċertfikat(i) tal-approvazzjoni tat-tip li hemm previst(i) fid-Direttiva 76/758/KEE għandu (għandhom) ikun(u) emendat(i) kif xieraq;

Billi l-proċeduri għandhom bżonn ikunu simplifikati sabiex tinżamm l-ewkivalenza, stabbilita bl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti li jikkorrispondu tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti meta l-imsemmija regolamenti jkunu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/758/KEE għandhom bżonn jinbidlu b’dawk tar-Regolamenti Nri 7, 87 u 91 permezz ta’ riferenza għal xulxin;

Billi huwa meħtieġ li jiġu nklużi fanali tas-sewqan bi nhar, it-tielet fanali tal-waqfien u fanali li jimmarkaw il-ġnub fi ħdan l-iskop tad-Direttiva 76/758/KEE;

Billi ssir riferenza għad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u għad-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku mwaqqaf bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/758/KEE tiġi emendata kif ġej:

1. It-Titolu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom."

2. L-Artikolu 1(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar stipulati fl-Annessi rilevanti."

3. L-Artikoli 2, 3 u 4 jiġu mibdula b’dan li ġej:

"L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudelli murija fl-Anness I, Appendiċi 3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub li jkunu ġew approvati skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn.

Artikolu 3

1. L-ebda Stat Membru m’għandu jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub għal raġunijiet marbuta mal-kostruzzjoni jew il-metodu tal-iffunzjonar tagħhom jekk dawn ikollhom fuqhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

2. Minkejja dan, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent jekk dawn b’mod konsistenti jonqsu milli jikkonformaw mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, dwar kull approvazzjoni li huma jkunu taw, ċaħdu jew irtiraw skond din id-Direttiva."

4. L-Artikolu 5(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Jekk Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent isib li numru ta’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub li jkollhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent ma jkunux jikkonformaw mat-tip li jkun approva, dan għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli ta’ produzzjoni ikunu jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda, li jistgħu, fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk dawn ikunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar nuqqas ta’ konformità bħal dan."

5. L-Artikoli 6 sa 9 jiġu mibdula b’dan li ġej:

"L-Artikolu 6

Kull deċiżjoni meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, biex tkun irrifjutata jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub, jew biex ikun ipprojbi it-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tiddikjara fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom din tkun ibbażata. Deċiżjonjiet bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata dwar ir-rimedji disponibbli lilha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ rimedji bħal dawn.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kwalunkwe vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub tagħha jekk dawn ikollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent u jkunu mwaħħlin skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub tagħha jekk dawn ikollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent u jkunu mwaħħlin skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha minn ta’ lanqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi għall-agrikoltura u għall forestrija u kull makkinarju ieħor mobbli."

6. l-Annessi jinbidlu bl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta ma’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur jew tip ta’ fanal msemmija fuq, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub,

basta li l-fanali jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/758/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, u li, safejn huma kkonċernati vetturi, dawn ikunu stallati skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998, l-Istati Membri:

- m’għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal kwalunkwe tip ta’ vettura għal raġunijiet li jikkonċernaw fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub, u għal kull tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/758/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.

3. Mill-1 ta’ Ottubru 1999 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/758/KEE dwar fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub bħala komponenti, kif emendata b’din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 fuq, għall-iskopijiet tal-partijiet ta’ tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien, u jawtorizzaw il-bejgħ u d-dħul tagħhom fis-servizz, f’konformità mal-verżjonijiet ta’ qabel tad-Direttiva 76/758/KEE, sakemm fanali bħal dawn:

- ikunu maħsuba li jitwaħħlu ma’ vetturi li diġa qed jintuzaw, u

- ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.

Artikolu 3

Il-Paragrafi u l-Annessi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE) Regolamenti Nri 7, 87 and 91 msemmija fl-Annessi II, III u IV, il-punt 2.1, għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea qabel l-1 ta’ Lulju 1997.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 1998; iżda, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja wara l-1 ta’ Lulju 1997, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja wara l-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjoniet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 18, tal-21.1.1997, p. 7.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 54.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 1.

[5] Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 96

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I | Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: | Dokument ta’ informazzjoni |

Appendiċi 2: | Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 3: | Mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent |

L-ANNESS II | Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi għal fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien |

L-ANNESS III | Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi għal fanali tas-sewqan bi nhar |

L-ANNESS IV: | Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi għal fanali li jindikaw il-ġnub |

L-ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. DAN L-ANNESS JITTRATTA L-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ KOMPONENT

1.1. fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien maħsuba għall-użu fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II;

1.2. fanali tas-sewqan bi nhar maħsuba għall-użu fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness III;

1.3. fanali li jindikaw il-ġnub maħsuba għall-użu fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet taghom u li jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness IV;

2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub għandha tkun sottomessa mill-manifattur.

2.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni qed jingħata fl-Appendiċi 1.

2.3. Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:

2.3.1. Żewġ kampjuni, mgħammra bil-bozza jew bozoz rakkomandati; jekk l-approvazzjoni tkun applikata għal mezzi li ma jkunux identiċi iżda huma simmetriċi u adatti biex jiġu armati wieħed fuq ix-xellug u l-ieħor fuq il-lemin tal-vettura, u/jew, alternattivament, wieħed lejn ‘l quddiem u l-ieħor lejn wara, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u adatti biex jintramaw wieħed fuq il-lemin biss u l-ieħor fuq ix-xellug biss tal-vettura u/jew, alternattivament, lejn ‘l quddiem biss jew lejn wara biss; fil-każ ta’ fanal tal-waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn żewġ kampjuni tal-partijiet li jikkostitwixxu s-sistema li tiżgura żewġ livelli ta’ intensità.

3. IMMARKAR

3.1. Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandhom ikollhom:

3.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

3.1.2. fil-każ ta’ fanali b’sorsi ta’ dawl li jinbidlu; it-tip(i) ta’ bozza bil-filament preskritt(i);

3.1.3. fil-każ ta’ fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux; il-vultaġġ u wattage nominali.

3.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar, ma jitħassrux u għandhom jitwaħħlu fuq il-wiċċ li jdawwal, jew fuq wieħed mill-uċuħ li jdawwlu, tal-mezz. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mwaħħal fuq il-vettura.

3.3. Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq it-tpinġijiet msemmija fl-Appendiċi 1.

4. GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

4.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti jkunu ntlaħqu, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandha tingħata skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.2. Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mogħti fl-Appendiċi 2.

4.3. Numru tal-approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li jkun ġie approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jagħti l-istess numru tal-approvazzjoni għal tip ieħor ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub.

4.4. Fejn l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun meħtieġa għal tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun jikkomprendi fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar jew fanal li jindika il-ġnub u fanali oħra, numru wieħed ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent jista’ jkun assenjat basta li l-fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar jew fanal li jindika il-ġnub jkun konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull wieħed mill-fanali l-oħra li jkunu jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ikun konformi mad-Direttiva separata li għalih din tkun tapplika.

5. MARKA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

5.1. Barra mill-marki msemmija fil-punt 3.1, kull fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

5.2. Din il-marka għandha tkun tikkonsisti f’:

5.2.1. rettangolu li jdawwar l-ittra "e", segwita min-numru jew ittra distintiv/a tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għall-Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għal Svezja

6 għall-Belġju

9 għall-Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugall

23 għall-Greċja

IRL. għall-Irlanda.

5.2.2. viċin ir-rettangolu "n-numru tal-approvazzjoni bażi" li hemm fis-Sezzjoni 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut minn żewġ ċifri li juru n-numru tas-sekwenza assenjat lill-iktar emenda teknika maġġuri l-aktar reċenti għall-Anness relevanti tad-Direttiva 76/758/KEE fid-data li ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. F’din id-Direttiva n-numru tas-sekwenza huwa

- 02 għall-Anness II,

- 00 għall-Anness III,

- 00 għall-Anness IV,

5.2.3. simbolu(i) addizzjonali kif ġej:

5.2.3.1. fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf u fanali ta’ pożizzjoni (tal-ġenb) ta’ quddiem l-ittra ‘A’;

5.2.3.2. fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-t-tarf u fanali ta’ pożizzjoni (tal-ġenb) ta’ wara l-ittra ‘R’;

5.2.3.3. fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati l-fanali tal-waqfien, l-ittra ‘S’ segwita mill-figura ‘1’ meta l-mezz ikollu livell wieħed biss ta’ intensità, bil-figura ‘2’ meta l-mezz ikollu żewġ livelli ta’ intensità, u bil-figura ‘3’ meta l-mezz ikun jilħaq il-ħtiġiet speċifiċi għal fanali tal-waqfien tal-kategorija S3;

5.2.3.4. fuq mezzi li jikkomprendu kemm fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanal tal-waqfien u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati fanali bħal dawn, l-ittri ‘R’ u ‘S1’ jew ‘S2’, skond il-każ, separati b’sing orizzontali;

5.2.3.5. fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati fanali tas-sewqan bi nhar, l-ittra ‘RL’;

5.2.3.6. fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati fanali li jindikaw il-ġnub, wieħed mis-simboli ‘SM1’ jew ‘SM2’ jiddependi mill-kategorija tal-mezz;

5.2.3.7. fuq id-dwal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara li l-angoli ta’ viżibilità tagħhom ikunu assimmetriċi fejn għandhom x’jaqsmu l-assi ta’ riferenza f’direzzjoni orizzontali, vleġġa li tipponta lejn in-naħa li fuqha l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi huma sodisfatti sa angolu ta’ 80° H;

5.2.3.8. fuq fanali li jistgħu jintużaw bħala fanali weħidhom u bħala parti minn assemblaġġ ta’ żewġ fanali, l-ittra addizzjonali ‘D’ fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.4.

5.3. Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha tkun imwaħħla mal-lenti tal-fanal jew ma’ waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar u tkun tista’ tinqara b’mod ċar anke meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura.

5.4. L-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

5.4.1. Fanali indipendenti:

Eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent qed jingħataw fl-Appendiċi 3, Figura 1.

5.4.2. Fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati:

5.4.2.1. Meta jkun inħareġ numru wieħed tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, skond il-punt 4.4 fuq, għal tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl u li jkun jikkomprendi fih fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda biss tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li tkun tikkonsisti f’:

5.4.2.1.1. rettangolu li jdawwar l-ittra "e", segwita min-numru jew ittra distintiv/a tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara l-punt 5.2.1);

5.4.2.1.2. in-numru tal-approvazzjoni bażi (ara l-punt 5.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza);

5.4.2.1.3. jekk neċessarju, il-vleġġa meħtieġa, safejn din ikollha x’taqsam mal-assemblaġġ ta’ fanali bħala ħaġa sħiħa.

5.4.2.2. Din il-marka tista’ tkun tinsab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati basta li:

5.4.2.2.1. din tkun tidher wara li tkun saret l-istallazzjoni tal-fanali;

5.4.2.2.2. l-ebda komponenti li jittrasmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka tal-approvazzjoni.

5.4.2.3. Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal li tikkorrispondi għal kull Direttiva li skondha tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, flimkien man-numru tas-sekwenza (ara l-punt 5.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, fejn meħtieġ, l-ittra ‘D’ u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

5.4.2.3.1. jew fuq il-wiċċ xieraq li jitfa’ d-dawl;

5.4.2.3.2. jew fi grupp, b’tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.

5.4.2.4. Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta’ din il-marka ma jistgħux ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li skondhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

5.4.2.5. Eżempji ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanal raggruppat, kombinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħra qed jingħataw fl-Appendiċi 3, Figura 2.

5.4.3. Fanali inkorporati reċiprokament ma’ fanali oħra, li l-lenti tagħhom tista’ wkoll tintuża għal tipi oħra ta’ headlamps:

5.4.3.1. id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.4.2 fuq għandhom japplikaw;

5.4.3.2. barra minnhekk, fejn tkun użata l-istess lenti, din ta’ l-aħħar jista’ jkollha l-marki differenti tal-approvazzjoni li huma konċernati mat-tipi differenti ta’ headlamps jew unitajiet ta’ fanali, sakemm il-parti ewlenija tal-headlamp, anke jekk ma tkunx tista’ tiġi separata mil-lenti, tkun tikkomprendi wkoll l-ispazju deskritt fil-punt 3.3 fuq u jkollha l-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali;

5.4.3.3. jekk tipi differenti ta’ headlamps ikunu jikkomprendu l-istess parti ewlenija, din ta’ l-aħħar jista’ jkollha marki differenti ta’ l-approvazzjoni.

5.4.3.4. Eżempji ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanali reċiprokament inkorporati ma’ headlamp qed jingħataw fl-Appendiċi 3, Figura 3.

6. MODIFIKI GĦAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

6.1. Fil-każ li jkun hemm xi modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu japplikaw.

7. KONFORMITA’ TAL-PRODUZZJONI

7.1. Bħala regola ġenerali, il-miżuri li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jiġu adottati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

7.2. Kull mezz imsemmi fil-punt 1.1 fuq għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet fotometriċi u kalorimetriċi speċifikati fil-paragrafi 6 u 8 [1]. Minkejja dan, fil-każ ta’ mezz li jintgħażel saltwarjament mill-produzzjoni tas-serje, il-ħtiġiet li jikkoċenraw l-intensità minima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b’fanal standard kif imsemmi fil-paragrafu 7 [2]) għandhom ikunu limitati f’kull direzzjoni rilevanti għal 80 % tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 6.1 u 6.2 [3].

7.3. Kull mezz imsemmi fil-punt 1.2 fuq għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 7, 8, 9 u 11 [4]. Minkejja dan, fil-każ ta’ mezz li jintgħażel saltwarjament mill-produzzjoni tas-serje, il-ħtiġiet li jikkonċernaw l-intensità minima u massima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b’fanal standard kif imsemmi fil-paragrafu 10 [5]) għandhom ikunu minn ta’ lanqas 80 % tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 7.1 u 7.2 [6] u m’għandhomx jeċċedu aktar minn 120 % tal-valuri massimi speċifkati fil-paragrafu 7.3 [7].

7.4. Kull mezz imsemmi fil-punt 1.3 fuq għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 7 u 8 [8]. Minkejja dan, fil-każ ta’ mezz magħżul saltwarjament mill-produzzjoni tas-serje, l-intensità tad-dawl li toħroġ f’kull direzzjoni rilevanti għandha tkun minn ta’ lanqas 80 % tal-valuri minimi u m’għandhomx jeċċedu aktar minn 120 % tal-valuri massimi speċifikati fil-paragrafu 7.1 [9].

Appendiċi 1

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7 Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

0.8. Indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: …

1. DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

1.1. Tip ta’ mezz: …

1.1.1. Il-funzjoni(ijiet) tal-mezz: …

1.1.2. Kategorija jew klassi ta’ mezz: …

1.1.3. Kulur tad-dawl mitfugħ jew li jiġi rifless: …

1.2. Disinn(ji) f’dettal suffiċjenti li jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip tal-mezz u li juri(u) …

1.2.1. f’liema pożizzjoni ġeometrika l-mezz għandu jkun armat fuq il-vettura (mhux applikabbli għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara): …

1.2.2. L-assi ta’ osservazzjoni li għandha tittieħed bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ riferenza fit-testijiet imsemmija (mhux applikabbli għal mezzi retro-rifletturi u l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara): …

1.2.3. il-pożizzjoni maħsuba għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent …

1.2.4. għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, il-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jitwaħħal f’relazzjoni mal-ispazju li għandu jkun okkupat bil-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-linja ta’ barra taż-żona mdawwla b’mod adekwat: …

1.2.5. għall-headlamps u l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, dehra minn quddiem tal-fanali b’dettalji tar-ribbing tal-lentijiet, jekk ikun hemm, u s-sezzjoni: …

1.3. Deskrizzjoni teknika fil-qosor li tiddikjara, partikolarment, bl-eċċezzjoni ta’ fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux, il-kategorija jew kategoriji ta’ sorsi ta’ dawl preskritti li għandhom ikunu wieħed jew aktar minn dawk li hemm fid-Direttiva 76/761/KEE (mhux applikabbli għal mezzi retro-rifletturi): …

1.4. Informazzjoni speċifika …

1.4.1. Għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz huwiex maħsub biex idawwal pjanċa wiesa’/twila/kemm wiesa u kif ukoll twila: …

1.4.2. Għall-headlamps, …

1.4.2.1. informazzjoni dwar jekk il-headlamp huwiex maħsub li jipprovdi kemm raġġ dipped u raġġ prinċipali jekk inkella wieħed minn dawn biss: …

1.4.2.2. informazzjoni, f’każ li l-headlamp ikun maħsub li jipprovdi raġġ dipped, jekk dan ikunx iddisinjat kemm għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug u għal dak tan-naħa tal-lemin jew inkella għal tan-naħa tax-xellug jew għan-naħa tal-lemin biss: …

1.4.2.3. jekk il-headlamp ikun mgħammar b’riflettur aġġustabbli, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) tal-armar tal-headlamp f’relazzjoni mal-art u l-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jekk il-headlamp huwa għall-użu f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss: …

1.4.3. Għal fanali ta’ pożizzjoni, fanali tal-waqfien u indikaturi tad-direzzjoni …

1.4.3.1. jekk il-mezz jistax jintuża wkoll f’assemblaġġ ta’ żewġ fanali tal-istess kategorija: …

1.4.3.2. fil-każ ta’ mezzi b’żewġ livelli ta’ intensità (fanali tal-waqfien u indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 2b), diagramm ta’ l-arranġament u speċifikazzjoni tal-karatteristiċi tas-sistema li tiżgura ż-żewġ livelli ta’ intensità: …

1.4.4. Għal mezzi retro-rifletturi, deskrizzjoni fil-qosor li tagħti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-materjali tal-unità ottika tar-retro-riflettur: …

1.4.5. Għal fanali tar-rivers, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz huwiex maħsub li jkun stallat fuq vettura esklussivament bħala par: …

Appendiċi 2

IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

It-timbru tal-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-:

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2],

- ċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3],

- il-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward tad-Direttiva …/…/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva …/…/KE)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni ta’ l-għamla, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]: …

0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar: …

0.4. Il-kategorija ta’ vettura [8] [9]: …

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

0.8. Indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: …

TAQSIMA II

1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet: …

3. Id-data tar-rapport tat-test: …

4. In-numru tar-rapport tat-test: …

5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum

6. Post: …

7. Data: …

8. Firma: …

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Fejn applikabbli, indika għal kull fanal

1.1.1. Il-kategorija(i) tal-mezz(i): …

1.1.2. In-numru u l-kategorija tas-sorsi tad-dawl (mhux applikabbli għal retro-riflettur [10]: …

1.1.3. Kulur tad-dawl mitfugħ jew jiġi rifless: …

1.1.4. Approvazzjoni mogħtija biss għall-użu bħala parti li tinbidel fuq vetturi diġa fis-servizz: Iva/Le [11]

1.2. Informazzjoni speċifika għal ċerti tipi ta’ mezzi ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl

1.2.1. Għal mezzi retro-rifletturi: Parti iżolata/parti minn assemblaġġ ta’ mezzi [12]

1.2.2. Għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: il-mezz li jdawwal pjanċa tawwalija/wiesa’ [13]

1.2.3. Għall-headlamps: Jekk il-headlamp ikun mgħammar b’riflettur aġġustabbli, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) tal-armar tal-headlamp f’relazzjoni mal-art u l-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jekk il-headlamp huwa għall-użu f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss: …

1.2.4. Għall-fanali tar-rivers Dan il-mezz għandu jkun stallat fuq vettura biss bħala parti minn par ta’ mezzi: Iva/Le [14]

5. Rimarki

5.1. Disinji

5.1.1. Għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: in-numru tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal f’relazzjoni mal-ispazju li għandu jkun okkupat bil-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-linja ta’ barra taż-żona mdawwla b’mod adekwat;

5.1.2. għal mezzi retro-rifletturi: in-numru tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal fuq il-vettura;

5.1.3. Għal kull mezz ieħor ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl: in-numru tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jitwaħħal fuq il-vettura, u l-assi ta’ riferenza u ċ-ċentru ta’ riferenza tal-mezz.

5.2. Għall-headlamps: Il-mod tat-tħaddim użat matul it-test (il-punt 5.2.3.9 tal-Anness I għad-Direttiva 76/761/KEE): …

Appendiċi 3

EŻEMPJI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

Il-vleġġa turi l-ġenb li fuqu l-ispeċfikazzjonijiet fotometriċi meħtieġa huma milħuqa sa angolu ta’ 80° H.

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara(tal-ġenb), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471, li jista’ jintuża wkoll f’assemblaġġ ta’ żewġ fanali ta’ pożizzjoni (tal-ġenb) ta’ wara.

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa mezz li jinkludi kemm fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u kif ukoll fanal tal-waqfien b’livell ta’ intensità wieħed, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal tal-waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal tas-sewqan bi nhar, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness III għal din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal li jimmarka l-ġenb tal-kategorija 1, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness IV għal din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Nota:

It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u Ċ jirrappreżentaw tliet varjanti possibbli ta’ mmarkar ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu jiffurmaw parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki tal-approvazzjoni juru li l-mezz kien ġie approvat fil-Ġermanja (e1) skond in-numru bażi tal-approvazzjoni 1712 u jikkomprendi:

Retro-riflettur ta’ wara u tal-ġenb tal-klassi IA approvat f’konformità mad-Direttiva 76/757/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Indikatur tad-direzzjoni ta’ wara tal-kategorija 2A approvat f’konformità mad-Direttiva 76/759/KEE, Numru tas-sekwenza 01;

Fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat f’konformità mad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat f’konformità mad-Direttiva 77/538/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

Fanal tar-rivers (AR) approvat f’konformità mad-Direttiva 77/539/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

Fanal tal-waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat f’konformità mal-Anness II għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Fanal li jimmarka l-ġenb tal-kategorija 1 (SM1) approvat f’konformità mal-Anness IV għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Nota:

L-erba’ eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B, Ċ u D jirrappreżentaw erba’ varjanti possibbli ta’ mmarkar ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu jiffurmaw parti mill-istess unità ta’ fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki tal-approvazzjoni juru li l-mezz kien ġie approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi tal-approvazzjoni 7120 u jikkomprendi:

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (A) approvat f’konformità mal-Anness II għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Headlamp (HCR) b’raġġ ta’ mgħoddija iddisinjat għat-traffiku tan-naħa tal-lemin u dak tan-naħa tax-xellug u b’dawl ta’ sewqan b’intensità massima li tikkomprendi bejn it-86,250 u l-101,250 candelas (kif indikat bin-numru 30) approvata skond l-Anness V għad-Direttiva 76/761/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Fanal li tixgħel bi nhar (RL) approvat f’konformità mal-Anness III għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

Indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem tal-kategorija 1a approvat f’konformità mad-Direttiva 76/759/KEE, Numru tas-sekwenza 01;

+++++ TIFF +++++

L-eżempju ta’ fuq jikkorrispondi għall-marka ta’ lenti maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ headlamps jiġifieri:

Jew | headlamp b’raġġ ta’ mgħoddija iddisinjat għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku u dawl ta’ sewqan b’luminożità massima li tikkomprendi bejn it-86,250 u l-101,250 candelas (kif muri bin-numru "30") approvata fil-Ġermanja (e1) bin-numru bażi ta’ approvazzjoni 7120 f’konformità mal-ħtiġiet tal-Anness IV għad-Direttiva 76/761/KEE, Numru tas-sekwenza 04, li hija inkorporata reċiprokament ma’ fanal li tixgħel bi nhar approvat skond l-Anness III għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 00, |

jew | headlamp b’raġġ ta’ mgħoddija u b’dawl ta’ sewqan, idisinnjat għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku u approvat fil-Ġermanja (e1) bin-numru bażi tal-approvazzjoni 7122 f’konformità mal-ħtiġiet tal-Anness II għad-Direttiva 76/761/KEE, Numru tas-sekwenza 01, li huwa reċiprokament inkorporat mal-istess fanal li tixgħel bi nhar bħal fuq. |

jew | waħda mill-headlamps imsemmija fuq u approvata bħala fanal waħdieni. |

Il-parti ewlenija tal-headlamp għandu jkollha in-numru tal-approvazzjoni validu biss, per eżempju:

+++++ TIFF +++++

jew

+++++ TIFF +++++

jew

+++++ TIFF +++++

jew

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS II

IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness japplika għal fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien għall-vetturi u l-karrijiet tagħhom.

2. ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 sa 8 u l-Annessi 1, 4 u 5 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE) Regolament Nru 7 li jikkonsisti f’konsolidament ta’ dawn id-dokumenti li ġejjin:

- is-serje 01 u 02 tal-emendi li jinkorporaw is-Suppliment 1 għas-serje 02 tal-emendi u diversi korrezzjonijiet [1],

- l-Erratum [2],

- is-Suppliment 2 tas-serje 02 tal-emendi [3],

- il-Korriġendum 1 għas-Suppliment 2 u s-Suppliment 3 għas-serje 02 tal-emendi [4],

barra fejn:

2.1.1. Fejn issir referenza għar-"Regolament Nru 48", din għandha tiftiehem bħala d-"Direttiva 76/756/KEE".

2.1.2. Fejn issir referenza għar-"Regolament Nru 37", din għandha tiftiehem bħala d-"l-Anness VII għad- Direttiva 76/761/KEE".

2.1.3. In-nota [5] fit-tabella tal-paragrafu 6.1 għandha tiftiehem kif ġej:

"L-istallazzjoni tal-mezzi msemmija fuq f’vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom hija prevista fid-Direttiva 76/756/KEE."

L-ANNESS III

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness japplika għal fanali tas-sewqan bi nhar għal vetturi bil-mutur.

2. ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 2 u 6 sa 11 u l-Annessi 3, 4 u 5 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE) Regolament Nru 87 li jikkonsisti f’konsoldiament ta’ dawn id-dokumenti li ġejjin:

- ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) [1],

- il-Korriġendum 1 għar-Regolament Nru 87 [2],

- is-Suppliment 1 għar-Regolament Nru 87 [3],

barra fejn:

2.1.1. Fejn issir riferenza għar-"Regolament Nru 48", din għandha tiftiehem bħala d-"Direttiva 76/756/KEE".

L-ANNESS IV

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness japplika għal fanali li jimmarkaw il-ġnub għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

2. ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 2 u 6 sa 9 u l-Annessi 1, 4 u 5 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE) Regolament Nru 91 li jikkonsisti f’konsoldiament ta’ dawn id-dokumenti li ġejjin:

- ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) [1],

- il-Korriġendum 1 għar-Regolament Nru 91 [2],

barra fejn:

2.1.1. Fejn issir riferenza għar-"Regolament Nru 48", din għandha tiftiehem bħala d-"Direttiva 76/756/KEE".

2.1.2. Fejn issir riferenza għar-"Regolament Nru 37", din għandha tiftiehem bħala d-"l-Anness VII għad- Direttiva 76/761/KEE".

"

[1] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness II għal din id-Direttiva.

[2] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness II għal din id-Direttiva.

[3] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness II għal din id-Direttiva.

[4] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness III għal din id-Direttiva.

[5] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness III għal din id-Direttiva.

[6] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness III għal din id-Direttiva.

[7] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness III għal din id-Direttiva.

[8] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness IV għal din id-Direttiva.

[9] Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness IV għal din id-Direttiva.

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

[7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).

[8] Ħassar fejn ma japplikax.

[9] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

[10] Għal fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux, indika n-numru u l-wattage totali tas-sorsi ta’ dawl.

[11] Ħassar fejn ma japplikax.

[12] Ħassar fejn ma japplikax.

[13] Ħassar fejn ma japplikax.

[14] Ħassar fejn ma japplikax.

[1]

[2]

[3]

[4]

[5]

[1]

[2]

[3]

[1]

[2]

--------------------------------------------------