31997L0029



Official Journal L 171 , 30/06/1997 P. 0011 - 0024


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/29/KE

ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997

li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE dwar ir-retro-rifletturi għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’rilevanża għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 relatata ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 fuq l-appromazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ir-retro-rifletturi għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata bil-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, Finlandja u l-Isveżja, u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

Billi d-Direttiva 76/757/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE; billi, bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE relatati mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, partikolarment, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jirrikjedu li kull Direttiva separata ikollha mhemuża magħha dokument ta’ informazzjoni kif ukoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip bażat fuq l-Anness VI għal-dik id-Direttiva sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuteriżżata; billi iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip previst fid-Direttiva 76/757/KEE għandu jkun konsegwentement emendat;

Billi l-proċeduri għandhom ikunu simplifikati sabiex iżommu l-ekwivalenza prevista mill-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti li jikkorispondu tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti meta r-regolamenti imsemmija jkunu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/757/KEE għandhom ikunu mibdula minn dawk tar-Regolament Nru 3 permess ta’ referenza għal xulxin;

Bili ssir riferenza għad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5];

Billi diskrepanza fit-terminoloġija teknika użata ġiet notata bejn il-versjoni Ingliża tad-Direttiva 76/757/KEE u l-versjonijiet tal-lingwi oħrajn; billi huwa xieraq li tiġi kkoreġuta l-versjoni ta’ dik il-lingwa;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Adazzjoni għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/757/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. It-frasi tat-titolu ‘riflettur(i) tar-rifless’ hu mibdul bit-terminu ‘retro- rifletturi’.

2. L-Artikolu 1(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent KE għal kull tip ta’ retro-riflettur li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u tat-test stipulati fl-Annessi rilevanti."

3. L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej: ‘Stati Membri għandhom, għal kull tip ta’ retro-riflettur li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent KE li tikonforma mal-mudell muri fl-Anness I, Appendiċi 3.’

4. L-Artikolu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’kull approvazzjoni li jkunu taw, ċaħdu jew irtiraw skond din id-Direttiva."

5. L-Artikolu 9 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajra, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, u kull makkinarju mobbbli."

6. L-Annessi huma mibdula bl-Anness għal-din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi imsemmija fl-Artikolu 3 tittardja ‘l hinn mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma’ retro-rifletturi:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura jew tip ta’ retro-riflettur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-serviżż ta’ retro-rifletturi,

basta li r-retro-rifletturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/757/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, u li, safejn huma konċernati vetturi, huma stallati skond l-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998, Stati Membri:

- ma għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal xi tip ta’ vettura għal raġunijiet relatati ma’ retro-rifletturi, u għal xi tip ta’ retro-riflettur, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/757/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

3. Mill-1 ta’ Ottubru 1999 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/757/KEE relatati mar-retro-rifletturi bħala komponenti, kif emendata b’din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 ta’ hawnfuq, għal-iskopijiet tal-partijiet ta’ tibdil Stati Membri għandhom ikomplu jagħtu tip l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ retro-rifletturi, u jippermettu l-bejgħ tagħhom u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-versjonijiet ta’ qabel tad-Direttiva 76/757/KEE, basta li tali retro-rifletturi

- huma maħsuba biex ikunu mwaħħla fuq vetturi li jkun diġa qed jintużaw, u

- li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għal l-ewwel darba.

Artikolu 3

Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament UN-ECE Nru 3 imsemmi fl-Anness II, punt 2.1. għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta’ Lulju 1997.

Artikolu 4

1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1998; imma, jekk il-pubblikazzjonijiet tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 hija ttardjata ‘l hinn mill-1 ta’ Lulju 1997, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 hija ttardjata ‘l hinn mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawk it-testi.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’riferenza bħal din fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenża għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, 02.23. 1970, p. 1

[2] ĠU L 18, 01.21.1997, p. 7

[3] ĠU L 262, 09.27. 1976, p. 32.

[4] ĠU L 262, 09.27. 1976, p. 1.

[5] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: | Dokument ta’ informazzjoni |

Appendiċi 2: | Ċertifikazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip |

Appendix 3: | Mudelli tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent |

L-ANNESS II: | Kamp ta’ applikazzjoni u ħtiġiet tekniċi |

L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

1.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ retro-riflettur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

1.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni jingħata f’Appendiċi 1.

1.3. Dan li ġej għandu jingħata lis-servizz tekniku responsabbli biex jagħmel it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1 fil-każ ta’ retro-rifletturi ta’ Klassi IA jew III A.

1.3.1.1 għaxar (10) kampjuni tal-kulur speċifikat mill-maifattur;

1.3.1.2 jekk neċessarju, żewġ kampjuni f’kuluri oħrajn għall-estensjoni simultanja jew sussegwenti ta’ l-approvazzjoni għal retro-rifletturi f’kuluri oħrajn;

1.3.2. fil-każ ta’ retro-rifletturi ta’ Klassi IV A, għaxar (10) kampjuni u, jekk neċessarju, l-mezz ta’ twaħħil.

2. MARKI

2.1. Il-mezzi sottomessi għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandu jkollhom:

2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

2.1.2. il-marka "TOP" li tidher orizzontalment fin-naħa ta’fuq tal-wiċċ li jillumina, jekk hemm bżonn biex jiddetermina l-angoli bla dubju ta’ xejn l-angolu jew angoli ta’ rotazzjoni speċifikati mill-manifattur.

2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u li ma jitħassarx u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jillumina, jew ma’ wieħed mill-uċuh li jilluminaw, tal-mezz. Għandhom ikunu visibbli min-naħa ta’ barra meta l-mezz hu mwaħħal mall-vettura.

2.3. Kull mezz għandu jkollu spażju biżżejjed għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. Dan l-ispażju għandu jkun indikat fuq id-disinji imsemmija fl-Appendiċi I.

3. GĦOTI TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata

3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE jingħata fl-Appendiċi 2.

3.3. Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ retro-riflettur approvat. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru għal-tip ieħor ta’ retro-riflettur.

3.4 Meta approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tintalab għat-tip mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jikkomprendi i retro-riflettur u fanali oħrajn, numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent wieħed jista’ jkun assenjat basta li r-retro-riflettur jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jifformaw parti mill-mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li għalih hija mitluba l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih.

4. MARKA TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

4.1. Flimkien mall-marki imsemmija fil-punt 2.1. kull retro-riflettur li jikonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti fi:

4.2.1. rettangolu madwar l-ittra "e" segwit bin-numru jew ittri distinti ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugall

23 għall-Greċja

IRL għall-Irlanda

4.2.2. fil-viċininanza tar-rettangolu in-"numru ta’ approvazzjoni bażi" li jinstab fis-sezzjoni 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip msemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut miż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ segwenza assenjat għall-emenda teknika kbira l-aktar reċenti għad-Direttiva 76/757/KEE fid-data li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE kienet ingħatat. F’din id-Direttiva n-numru ta’ segwenza hu 02.

4.2.3. simbolu addizzjonali kif ġej:

4.2.3.1. "I A", "III A" jew "IV A" li juri l-klassi li fiha ir-retro-riflettur kien impoġġi meta approvat.

4.3 Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha tkun imwaħħla fuq il-wiċċ li jitfa’ d-dawl tar-rtetro-riflettur b’mod li tkun ma tistgħax titħassar u li tinqara b’mod ċar anki meta r-retro-riflettur retro hu mwaħħal mal-vettura.

4.4. Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent qed jingħata fl-Appendiċi 3, Figura 1.

4.5. Meta numru wieħed ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent jinħareġ, kif hemm fil-punt 3.4 fuq, għat-tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jikkomprendi retro-riflettur u fanali oħrajn, marka waħda ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tista’ tkun imwaħħla, li tikkonsisti f’:

4.5.1. rettangolu madwar l-ittra "e" segwit b’numru jew ittri li jiddistingwi Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara il-punt 4.2.1);

4.5.2. in-numru ta’ approvazzjoni bażi (ara il-punt 4.2.2. l-ewwel nofs-sentenza);

4.5.3 jekk neċessarju, l-vleġġa meħtieġa, safejn hi relatata mal-assemblaġġ sħiħ tal-fanal.

4.6. Din il-marka tista’ titqiegħed kullimkien fuq il-fanali li huma raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, basta li:

4.6.1. hi visibbli wara l-installazzjoni tal-fanali;

4.6.2 ebda komponenti li jittrasmettu dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka ta’ approvazzjoni.

4.7. Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li tikkorispondi ma’ kull Direttiva skond liema l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent kienrt ingħatat, flimkien man-numru ta’ segwenza (ara il-punt 4.2.2, tieni nofs-sentenza), u fejn neċessarju, l-ittra "D" u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu immarkati:

4.7.1. jew fuq il-wiċċ li jagħti d-dawl xieraq;

4.7.2. jew fi grupp, b’mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament jista’ jkun identifikat b’mod ċar.

4.8. Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta’ din il-marka ma għandhomx ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-marki individwali mid-Direttivi varji li skond liema l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent kienet ingħatat.

4.9 Eżempji tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanal li hu raggruppat, kombinat jew inkorporat b’mod reċiproku ma’ fanali oħrajn jingħataw fl-Appendiċi 3, Figura 2.

5. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ tal-modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

5.2 Meta approvazzjoni tat-tip hija estiża għal retro-riflettur li hu differenti biss fil-kulur, il-kampjuni ta’ kull kulur ieħor, sottomessi skond il-punt 1.3.1.2 fuq, għandhom jikkonformaw biss ma’ l-ispeċifikazzjonijiet kolorometriċi; it-testijiet l-oħrajn ma hemmx bżonn ikunu ripetuti.

Dan il-paragrafu ma japplikax għal retro-rifletturi tal-klassi IV A.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Bħala regola ġenerali, miżuri biex jassiguraw il-konformità ta’ produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. F’termini mekkaniċi u geometriċi, il-konformità għandha tkun konsiderata sodisfaċenti jekk id-differenżi mhumiex aktar mill-varjazzjonijiet li jeżiżtu fil-produzzjoni industrijali.

6.3. Konformità tal-produzzjoni ma għandiex tkun invalidata jekk il-kejl fotometriku kollu mwettaq fuq kampjuni li ntgħażlu b’mod saltwarju jissodisfaw mill-inqas 80 % ta’ l-ispeċifikazzjoni.

6.4. Jekk il-kondizzjoni stipulata fil-paragrafu 6.3 ma tintlaħaqx, kampjun ieħor ta’ ħames unitajiet għandu jkun magħżul b’mod saltwarju. Il-medja ta’ kull tip ta’ kejl fotometriku għandha tilħaq l-ispeċifikazzjoni u ebda kejl individwali ma jista’ jkun inqas minn 50 % ta’ l-ispeċifikazzjoni.

Appendiċi 1

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew il-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.5. Isem u indiriżż tal- manifattur:

0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1. DESKRIZZJONI TAL-MEZZ.

1.1. Tip ta’ mezz:

1.1.1. Funzjoni(jiet) tal-mezz:

1.1.2. Kategorija jew klassi tal-mezz:

1.1.3. Kulur tad-dawl mitfugħ jew hu rifless:

1.2. Disinn(i) f’dettal biżżejjed biex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip tal-mezz u li juri

1.2.1. f’liema pożizzjoni geometrika l-mezz għandue jkun immontat fuq il-vettura (mhux applikabbli għall-fanali fuq pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara):

1.2.2. l-assi ta’ osservazzjoni li għandha tittieħed bħala l-assi ta’ riferenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ riferenza fit-testijiet imsemmija (mhux applikabbli għal mezzi retro-rifletturi u fanali fuq pjanċi ta’reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara):

1.2.3. il-pożizzjoni maħsuba għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent:

1.2.4. għall-fanali fuq il-pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara, il-pożizzjoni geometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal f’relazzjoni ma’ l-ispazju li għandu jkun okkupat mill-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, u l-kontorn tal-post illuminat biżżejjed:

1.2.5. għall-headlamps u fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, dehra frontali tal-fanali u dettalji tar-ribbing tal-lenti, jekk hemm, u l-cross section:

1.3. Deskrizzjoni teknika qasira li tgħid, partikolarment, bl-eċċezzjoni ta’ fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu, il-kategorija jew kategoriji ta’ sorsi ta’ dawl preskritti li għandu jkun wieħed jew aktar ta’ dawk li jinstabu fid-Direttiva 76/761/KEE (mhux applikabbli għall-mezzi retro-rifletturi):

1.4. Informazzjoni speċifika

1.4.1. Għall-fanali tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz hu maħsub li jillumina pjanċa wiesa/twila/kemm wiesa u kemm twila:

1.4.2. Għall-headlamps

1.4.2.1. informazzjoni jekk il-headlamp hi maħsuba li tipprovdi kemm raġġ dipped u raġġ prinċipali jew biss wieħed minn dawk ir-raġġi:

1.4.2.2. informazzjoni fil-każ li l-headlamp hu maħsub li jipprovdi raġġ dipped, jekk hu ddisenjat għal traffiku kemm fuq ix-xelug kif ukoll fuq il-lemin jew għal traffiku fuq ix-xellug jew fuq il-lemin biss:

1.4.2.3. jekk il-headlamp hu magħmmar b’riflettur aġġustabbli, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) ta’ mmuntar tal-headlamp f’relazzjoni ma’ l-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlamp hu għall-użu f’dik (dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss:

1.4.3. Għall-fanali ta’ pożizzjoni, fanali tal-waqfien u indikaturi tad-direzzjoni

1.4.3.1. jekk il-mezz jista’ wkoll jintuża f’assemblaġġ ta’ żewġ fanali ta’ l-istess kategorija:

1.4.3.2. fil-każ ta’ mezz b’żewġ livelli ta’ intensità (fanali tal-waqfien u indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 2b) dijagramma ta’ arranġament u speċifikazzjoni tal-karatteristiċi tas-sistema li jassiguraw iż-żewġ livelli ta’ intensità:

1.4.4. Għall-mezzi ta’ retro-rifletturi, deskrizzjoni qasira li tagħti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-materjali ta’ l-unità ottika retro-riflettur:

1.4.5. Għall-fanali tar-rivers, dikjarazzjoni jekk il-mezz hux maħsub li jkun stallat fuq il-vettura esklużivament f’par:

Appendiċi 2

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru ta’ amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna

- l-approvazzjoni tat-tip [1],

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2],

- iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3],

- l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4],

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward tad-Direttiva…/…/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE)

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

SEZZJONI I

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur:

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika [6] [7]:

0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:

0.4. Kategorija tal-vettura [8] [9]:

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

SEZZJONI II

1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara Addendum

2. Serviżż tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3. Data tar-rapport tat-test:.

4. Numru tar-rapport tat-test:

5. Kummenti (jekk hemm): Ara Addendum

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

1. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

1.1. Fejn applikabbli, indika għal-kull fanal

1.1.1. Il-kategorija (i) ta’ l-mezz(i):

1.1.2. In-numru u l-kategorija tas-sorsi ta’ dawl (mhux applikabbli għal retro-riflettur) [10]

1.1.3. Kulur tad-dawl mitfugħ jew hu rifless:

1.1.4. Approvazzjoni mogħtija biss għall-użu bħala parti li tista tinbidel fuq vetturi diġa fis-serviżż: Iva/Le [11]

1.2. Informazzjoni speċifika għal ċerti tipi ta’ mezzi ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl

1.2.1. Għall-mezzi retro-rifletturi: F’isolazzjoni/parti ta’ assemblea ta’ l-mezzi [12]

1.2.2. Għall-fanali fuq il-pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara: Mezz li jillumina pjanċa twila/pjanċa wiesa [13]

1.2.3. Għall-headlamps: Jekk mgħammra b’riflettur aġġustabbli, l-pożizzjoni(jiet) ta’ mmuntar tal-headlamp f’relazzjoni mall-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlamp huwa għall-użu f’dik (dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss:

1.2.4. Għall-fanali tar-rivers: Dan il-mezz għandu jkun stallat fuq tip ta’ vettura biss bħala parti minn par ta’ mezzi: Iva/Le [14]

5. RIMARKI

5.1. Disinnji

5.1.1. Għall-fanali fuq pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara: id-disinn mehmuż Nru… juri il-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal b’relazzjoni ma’l-ispazju li għandu jkun okkupat mill-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, u l-kontorn tal-post illuminat biżżejjed;

5.1.2. Għall-mezzi retro-rifletturi: it-tpinġija imwaħħla Nru… turi il-pożizzjoni geometrika li fih l-apparat se jkunu mwaħħla mal-vettura;

5.1.3. Għad-dawl kollu ieħor u l-mezzi li jagħtu d-dawl: id-disinn mehmuż Nru… juri l-pożizzjoni geometrika li fiha l-mezz li għandu jkun imwaħħal mal-vettura, u l-assi ta’ riferenza u ċ-ċentru ta’ riferenza tal-mezz.

5.2. Għall-headlamps: Mod ta’ operazzjoni użat matul it-test (il-punt 5.2.3.9 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/761/KEE):

Appendiċi 3

EŻEMPJI TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri fuq hu retro-riflettur ta’ klassi I A, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (el) skond din id-Direttiva (02) bin-numru ta’ approvazzjoni bażi 1471

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Nota:

It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u C jirrapreżentaw it-tliet varjanti possibbli tal-markar ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar huma parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (el) bin-numru ta’ approvazzjoni bażi 1712 u li jikkonsisti:

F’ retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skond id-Direttiva 76/757/KEE, segwenza Nru 02:

Indikatur tad-direzzjoni ta’ wara ta’ kategorija 2° approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE (ĠU No L 262, 27. 1976, p. 71), segwenza No 01;

Fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE (ĠU No L 262, 27, 1976, p. 54), segwenza Nru 02;

Fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE, segwenza Nru 00:

Fanal tar-rivers (AR) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE (ĠU No L 220, 29. 1977, p. 60), segwenza Nru 00;

Fanal tal-waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva 76/758/KEE, segwenza Nru 02:

Fanal tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara (L) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE (ĠU No L 262, 27. 1976, p. 85), segwenza Nru 00.

L-ANNESS II

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tapplika għar-retro-rifletturi għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

2. ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stipulati fil-paragrafi 2, 6 sa 7 u l-Annessi 1 u 4 sa 15 tar-- Regolament UN-ECE Nru 3 li jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

- is- serje ta’ emendi 01 u 02 [1];

- is-Suppliment tas- serje ta’ emendi 01 sa 02 [2];

- is-Suppliment tas-serje ta’ emendi 2 sa 02 [3];

- is-Suppliment tas-serje ta’ emendi 3 sa 02 [4];

minbarra li:

2.1.1. Fejn issir riferenza għar-"Regolament Nru 48", dan għandu jkun miftihem bħala "Direttiva 76/756/KEE".

"

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

[7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).

[8] Ħassar fejn ma japplikax.

[9] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

[10] Għall-fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux, indika n-numru u l-wattage total tas-sorsi ta’ dawl.

[11] Ħassar fejn ma japplikax.

[12] Ħassar fejn ma japplikax.

[13] Ħassar fejn ma japplikax.

[14] Ħassar fejn ma japplikax.

[1]

[2]

[3]

[4] TRANS/WP29/446.

--------------------------------------------------