Official Journal L 125 , 16/05/1997 P. 0001 - 0020
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/19/KE tat-18 ta’ April 1997 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u l-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u l-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 81/333/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi d-Direttiva 70/221/KEE hija waħda mid-direttivi separati fil-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4]; billi, konsegwentement, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għad-Direttiva 70/221/KEE; Billi, b’mod partikolari, skond l-Artikoli 3(4) u 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE huwa neċessarju li kull direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI għad-Direttiva 70/156/KEE sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata; Billi dawn l-emendi jirrelataw biss għad-dispozizzjonijiet amministrattivi kontenuti fid-Direttiva 70/221/KEE; billi mhuwiex neċessarju għalhekk li jiġu invalidati approvazzjonijiet eżistenti skond id-Direttiva 70/221/KEE u lanqas li jiġu pprevenuti r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda koperti b’dawn l-approvazzjonijiet; Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 70/221/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura"; tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għal użu fit-triq, bil-karrozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi 25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija u l-makkinarju mobbli kollu."; 2. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 2: "fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE u installat skond il-ħtiġiet tal-punt II.5 ta’ l-Anness." huwa sostitwit b’: "fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2a tad-Direttiva 70/156/KEE u installat skond il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 5 ta’l-Anness II." (b) fil-paragrafu 3: "fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE, jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti stabbiliti fl-Anness." huwa sostitwit b’: "fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2a tad-Direttiva 70/156/KEE, jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II." 3. L-Artikolu 2a huwa emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 2: "fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE, u installat skond il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt II.5 ta’ l-Anness." huwa sostitwit b’: "fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE u installat skond il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 5 ta’l-Anness II." (b) fil-paragrafu 3, ‘l-Artikolu 9a’ huwa sostitwit bl-‘L-Artikolu 2’; 4. fl-Artikolu 2b, ‘il-punti II.2.1 u II.2.2 ta’ l-Anness’ huwa sostitwit bil-‘punti 2.1 u 2.2 ta’ l-Anness II’; 5. fl-Artikolu 3, ‘il-punt I’ huwa sostitwit bl-’L-Anness I’; 6. l-Anness huwa sostitwit bl-Anness ma’ din id-Direttiva. Artikolu 2 B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1997, Stati Membri - m’għandhomx iktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għall tip ta’ vettura ġdida għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tankijiet tal-karburant likwidu u protezzjoni tal-qiegħ fuq wara, jew għal tip ġdid ta’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara ta’ vetturi mezz bħala unità teknika separata, jekk jonqos li jikkonofrma mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/221/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. Din id-Direttiva m’ għandhiex tinvalida kwalunkwe approvazzjoni mogħtija qabel skond id-Direttiva 70/221/KEE u lanqas tipprevjeni estensjonijiet ta’ dawn l-approvazzjonijiet skond il-kondizzjonijiet tad-Direttiva li taħthom kienu oriġinarjament mogħtija. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Settembru 1997. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikollhom magħhom din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi addottata mill- Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ April 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 76, tas-6.4.1970, p. 23 [2] ĠU Nru L 131, tat-18.5.1981, p. 4. [3] ĠU Nru L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [4] ĠU Nru L 18, tal-21.1.1997, p. 7. -------------------------------------------------- LISTA TA’ L-ANNESSI Anness I: | Tankijiet għal karburant likwidu | Appendiċi 1: | Dokument ta’ informazzjoni | Appendiċi 2: | Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE | Anness II: | Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara | Appendici 1: | Dokument ta’ informazzjoni (vettura) | Appendiċi 2: | Dokument ta’ informazzjoni (unità teknika separata) | Appendiċi 3: | Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (vettura) | Appendiċi 4: | Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (unità teknika separata) | Appendiċi 5: | Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE | -------------------------------------------------- ANNESS I TANKIJIET GĦAL KARBURANT LIKWIDU 1. SKOP 1.1. Dan l-Anness japplika għal vetturi li tapplika għalihom id-Direttiva 70/156/KEE. 2. DEFINIZZJONIJIET Għall-iskop ta’ din id-Direttiva: 2.1. "Tip ta’ vettura fir-rigward ta’ tankijiet ta’ karburant" tfisser vetturi li ma jvarjawx essenzjalment f’aspetti bħal: 2.1.1. l-istruttura, l-forma, d-dimensjonijiet u materjali ta’ tank (ijiet); 2.1.2. il-pożizzjoni tat-tank (ijiet) fil-vettura (lemin u/jew xellug, quddiem, wara, ċentru. 2.2. "Tank" ifisser it-tank (ijiet) maħsuba biex jikkontjenu l-karburant likwidu, kif definit f’2.3, użat primarjament għall-propulsjoni tal-vettura esklużi l-aċċessorji tagħha (il-pajp għall-mili (jekk huwa element separat), it-toqba għall-mili, it-tapp, il-kalibratur, konnessjonijiet mal-makna jew għall-kumpens ta’ pressjoni eċċessiva interjuri, eċċ.). 2.3. "Karburant likwidu" ifisser karburant li huwa likwidu f’kondizzjonijiet ambjentali normali. 3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT- TIP KE 3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tankijiet tal-karburant tagħha skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura. 3.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 1. 3.3. Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq ta’ testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip: 3.3.1. Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata jew tal-partijiet tal-vettura li s-servizz tekniku iqis neċessarji għal testijiet ta’ approvazzjoni. 4. L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE 4.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. 4.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE huwa mogħti fl-Appendiċi 2: 4.3. Numbru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET 5.1. Tankijiet tal-karburant għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jirreżistu l-korrożjoni. Għandhom jissodisfaw it-testijiet ta’ ċarċir imwettqa mill-manifattur bi pressjoni ugwali għad-doppju tal-pressjoni operattiva imma kwalunkwe każ mhux inqas minn 1,3 bar. Kwalunkwe pressjoni eċċessiva jew kwalunkwe pressjoni li teċċedi l-pressjoni operattiva għandha tkun awtomatikament ikkumpensata b’mezz adattat (ventijiet, valvoli ta’ sigurtà, eċċ.). Il-ventijiet għandhom ikunu maħsuba b’ tali mod li jipprevjenu kwalunkwe riskji ta’ nar. Il-karburant m’għandux jgħaddi mit-tapp tat-tank tal-karburant jew mill-mezz provdut sabiexjikkumpensa pressjoni eċċessiva, anke jekk it-tank jinqeleb kompletament: taqtira għandha tiġi ttollerata. 5.2. Tankijiet tal-karburant għandhom jiġu installati b’tali mod li jiġu protetti mill-konsegwenzi ta’ impatt fuq quddiem jew wara tal-vettura; m’għandu jkun hemm ebda partijiet prominenti, truf jaqtgħu, eċċ., ħdejn it-tankijiet. 6. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦAL APPROVAZZJONIJIET 6.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw 7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 7.1. Bħala regola ġenerali, miżuri sabiex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. -------------------------------------------------- Appendiċi 1 L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tiġi tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom. 0. ĠENERALI 0.1 Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2 It-Tip u d-deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali: 0.3 Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): 0.3.1. Il-lok ta’ dak l-immarkar: 0.4. Il-Kategorija tal-vettura (ċ): 0.5. L-Isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.8. L-Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: 1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA 1.1 Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva (stili differenti ta’ karrozzerija biss): 3. L-IMPJANT TA’ L-ENERĠIJA (q) 3.2.2. Karburant: żejt tad-diżil/petrol/LPG/kwalunkwe ieħor [1] 3.2.3. Tank(ijiet) tal-karburant 3.2.3.1. Tank(ijiet) tal-karburant tas-servizz 3.2.3.1.1. In-Numru, l-kapaċità, il-materjal: 3.2.3.1.2. Disinn u deskrizzjoni teknika tat-tank(ijiet) bil-konnessjonijiet kollha u l-linji kollha tas-sistema ta’ arja u ta’ ventijiet, egħluq, valvoli, mezzmezzi ta’ qfil: . 3.2.3.1.3. Disinn li juri b’mod ċar il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura: 3.2.3.2. It-Tank(ijiet) ta’ karburant ta’ riżerva 3.2.3.2.1. In-Numru, l-kapaċità, il-materjal: 3.2.3.2.2. Disinn u deskrizzjoni teknika tat-tank(ijiet) bil-konnessjonijiet kollha u l-linji kollha tas-sistema ta’ arja u ta’ ventijiet, egħluq, valvoli, mezzi ta’ qfil: . 3.2.3.2.3. Disinn li juri b’mod ċar il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura: . (Data, file) [1] Ħassar fejn mhux applikabbli -------------------------------------------------- Appendiċi 2 ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE Timbru ta’ approvazzjoni Komunikazzjoni li tikkoncerna: - l-approvazzjoni tat-tip [1], - l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2], - iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3], - l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4], ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward tad-Direttiva…/…/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip: Raġuni għall-estensjoni: SEZZJONI I 0.1.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. It-Tip u d-deskrizzjoni(ijiet) ġenerali kummerċjali: 0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni ta-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata [6] [7]: . 0.3.1. Il-lok ta’ dak l-immarkar: 0.4. Il-Kategorija tal-vettura [8] [9]: 0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE: 0.8. L-Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: SEZZJONI II 1. Informazzjoni addizzjonali (meta applikabbli): ara l-Addendum 2. Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet: 3. Id-data tar-rapport tat-test: 4. In-numru tar-rapport tat-test: 5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum 6. Il-Post: 7. Id-Data: 8. Il-Firma: 9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. 1. Informazzjoni addizzjonali 1.1. Il-Materjal: 1.2. Il-Kapaċità: 1.3. Il-lokal (ijiet): 1.4. Il-Karburant: żejt tad-diżil/petrol/kwalunkwe ieħor [10] 5. Rimarki: [1] Ħassar fejn mhux applikabbli [2] Ħassar fejn mhux applikabbli [3] Ħassar fejn mhux applikabbli [4] Ħassar fejn mhux applikabbli [5] Ħassar fejn mhux applikabbli [6] Ħassar fejn mhux applikabbli [7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip jikkontjeni karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura, komponent jew unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: "?" (eż. ABĊ??123??) [8] Ħassar fejn mhux applikabbli [9] Kif definit fl-Anness II is-Sezzjoni A mad-Direttiva 70/156/KEE [10] Ħassar fejn mhux applikabbli -------------------------------------------------- L-ANNESS II IL-PROTEZZJONI TAL-QIEGĦFUQ WARA 1. ĠENERALI Il-vetturi koperti b’din id-Direttiva għandhom jiġu ddisinjati sabiex jipprovdu protezzjoni effettiva kontra underruning minn wara minn vetturi tal-kategoriji M1 u N1 [1]. 2. DEFINIZZJONIJIET 2.1. It-Tip ta’ vettura għall-iskopijiet ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara L-espressjoni ‘tip ta’ vettura għall-iskopijiet ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara’ tfisser vetturi li ma jvarjawx essenzjalment fir-rigward tal-karatteristiċi prinċipali li ġejjin: 2.1.1. il-wisa’ tal-fus ta’ wara, l-istruttura, d-dimensjonijiet, il-forma u l-materjali tal-parti ta’ wara tal-vettura sa fejn għandhom effett fuq il-ħtiġiet ta’ 5.1 sa 5.4.5.5; 2.1.2. il-karatteristiċi ta’ sospensjoni sakemm għandhom effett fuq il-ħtiġiet ta’ 5.1 sa 5.4.5.5; 2.1.3. it-tip ta’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara, jekk imwaħħal. 2.2. It-Tip ta’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara L-espressjoni ‘tip ta’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara’ tfisser mezzi li ma jvarjawx essenzjalment fir-rigward tal-karatteristiċi prinċipali li ġejjin: 2.2.1. il-forma; 2.2.2. id-dimensjonijiet; 2.2.3. it-twaħħil; 2.2.4. il-materjali. 3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE 3.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura 3.1.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura. 3.1.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 1. 3.1.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip. 3.2. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward ta’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara kkunsidrat unità teknika separata 3.2.1. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ mezz prottetiv tal-qiegħ fuq wara kkunsidrat unità teknika separata fis-sens ta’ l-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tal-mezz għall-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara. 3.2.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 2. 3.2.3. Kampjun wieħed tat-tip ta’ mezz protettiv tal-qiegħ fuq wara li għandu jiġi approvat għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku li jmexxi t-testijiet. Dak is-servizz jista’, jekk huwa kkunsidrat neċessarju, jitlob kampjun ieħor. Il-kampjuni għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u b’mod li ma jitħassarx bl-isem kummercjali ta’ l-applikant jew bit-trade mark tieghu u bid-deskrizzjoni tat-tip. 4. L-GĦOTI TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE 4.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jingħataw. 4.2. Mudell għac-certifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa muri f’: 4.2.1. L-Appendiċi 3 għal applikazzjonijiet imsemmija f’3.1; u 4.2.2. L-Appendiċi 4 għal applikazzjonijiet imsemmija f’3.2. 4.3. Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat għall kull tip ta’ vettura, jew kull tip ta’ mezz ta’ protezzjoni fuq wara approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jagħti l-istess numbru lil tip ieħor ta’ vettura, jew lil tip ieħor ta’ mezz ta’ protezzjoni fuq wara. 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET 5.1. Il-vetturi kollha għandhom ikunu mibnija u/jew mgħammra sabiex joffru protezzjoni effettiva fuq il-wisa’ kollu tagħhom kontra underrunning fuq wara minn vettura tal-kategoriji M1 u N1 [2]. 5.2. Kwalunkwe vettura f’waħda mill-kategoriji M1, M2, M3, N1, O1 jew O2 [3] titqies li tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita f’5.1: - jekk tissodisfa il-kondizzjonijiet stabbiliti f’5.3, jew - jekk id-distanza mill-art tal-parti ta’ wara tal-vettura mhux mgħobbija ma teċċedix 55ċm fuq wisa’ li mhijiex iqsar min dik tal-fus ta’ wara b’aktar minn 10ċm fuq kull naħa (eskluż kwalunkwe tyre espost viċin l-art). Meta hemm aktar minn fus ta’ wara wieħed, il-wisa’ li għandha tiġi kkunsidrata hija dik ta’ l-iktar wiesgħa. Din il-ħtieġa għandha tiġi sodisfatta mill-inqas fuq linja f’distanza ta’ mhux aktar min 45ċm mill-estremità tan-naħa ta’ wara tal-vettura. 5.3. Kwalunkwe vettura f’waħda mill-kategoriji N2, M3, O3 jew O4 [4] tities li tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita f’5.1 basta li: - il-vettura hija mgħammra b’mezz protettiv speċjali tal-qiegħ fuq wara skond il-ħtiġiet ta’5.4, jew - il-vettura fuq in-naħa ta’ wara hija hekk maħsuba u/jew mgħammra sabiex minħabba il-forma u karatteristiċi tagħha, l-partijiet komponenti tagħha jistgħu jitqiesu bħala li jissostitwixxu l-mezz protettiv tal-qiegħ fuq wara. Komponenti li l-funzjoni kombinata tagħhom jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti f’5.4 huma meqjusa li jiffurmaw mezz protettiv tal-qiegħ fuq wara. 5.4. Mezz għal protezzjoni kontra underrunning fuq wara, hawnhekk iżjed ‘il quddiem magħruf bħala ‘l-mezz’, ġeneralment jikkonsisti fi ‘cross-member’ u komponenti ta’ konnessjoni marbuta mas-side members tax-chassis jew ma’ kwalunkwe ħaġa li tissostitwihom. Għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin: 5.4.1. il-mezz għandu jkun imwaħħal viċin kemm jista’ jkun għan-naħa ta’wara tal-vettura. Meta l-vettura ma tkunx mgħobbija [5] it-tarf l-iktar baxx tal-mezz ma’ għandu f’ebda punt ikun iktar minn 55ċm ‘l fuq mill-art; 5.4.2. Il-wisa’ tal-mezz ma għandu f’ebda punt jeċċedi l-wisa’ tal-fus ta’ wara mkejjel mill-punti l-aktar fuq barra tar-roti, u eskluża l-projjezzjoni tat-tyres qrib l-art, u lanqas m’għandha tkun aktar minn 10ċm iqsar fuq kull naħa. Meta hemm aktar minn fus wieħed fuq wara, il-wisa’ li għandha tiġi kkunsidrata hija dik l-aktar wiesgħa. 5.4.3. l-għoli tas-sezzjoni tal-cross-member m’għandux ikun anqas minn 10ċm. L-estremitajiet laterali tal-cross-member m’għandhomx jitgħawġu għan-naħa ta’ wara jew ikollhom tarf jaqta’ fuq barra; din il-kundizzjoni hija sodisfatta meta l-estremitajiet laterali tal-cross-member huma ttundjati fuq barra u għandhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn 2,5mm; 5.4.4. il-mezz jista’ jkun iddiżinjat b’tali mod li l-pożizzjoni tiegħu fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura tista’ tiġi varjata. F’dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġi assigurat fil-pożizzjoni tas-servizz sabiex b’hekk tiġi prekluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta’ pożizzjoni. Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-mezz billi japplika forza li ma teċċediex 40 daN; 5.4.5. il-mezz għandu joffri reżiżtenza adegwata għal forzi applikati paralleli għall-assi lonġitudinali tal-vettura, u jkun imqabbad meta fil-pożizzjoni tas-servizz mas-side-members tax-chassis jew ma’ kwalunkwe ħaġa li tissostitwihom. Din il-ħtieġa tiġi sodisfatta jekk jintwera li kemm waqt u kemm wara l-applikazzjoni d-distanza orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-mezz u n-naħa ta’ wara estrema tal-vettura ma teċċediex 40ċm fi kwalunkwe mill-punti P1, P2 u P3. Fil-kejl ta’ din id-distanza, kwalunkwe parti tal-vettura li hija iktar minn 3m ‘il fuq mill-art meta l-vettura mhijiex mgħobbija għandha tiġi eskluża; 5.4.5.1. il-punti P1 huma lokalizzati 30ċm mill-pjani lonġitudinali tanġenzjali għat-truf fuq barra tar-roti fuq il-fus ta’ wara; il-punti P2 li huma allokati fuq il-linja li tgħaqqad il-punti P1, huma simettriċi għal pjan medjan lonġitudinali tal-vettura f’distanza minn xulxin ta’ 70 sa 100ċm inklużivi, waqt li l-pożizzjoni eżatta tiġi speċifikata mill-manifattur. L-ogħli ‘l fuq mill-art tal-punti P1 u P2 għandu jiġi definit mill-manifattur tal-vettura fil-linji li żammew il-mezz orizzontalment. L-għoli ma għandux, madankollu, jeċċedi 60ċm meta l-vettura mhijiex mgħobbija. P3 huwa l-punt ċentrali tal-linja dritta li tgħaqqad il-punti P2; 5.4.5.2. forza orizzontali ta’ 12,5 % tal-massa massima teknikament permessibbli tal-vettura imma li ma teċċediex 2,5 x 104N għandha tiġi applikata suċċessivament liż-żewġ punti P1 u P3; 5.4.5.3. forza orizzontali li tikkorrispondi għal 50 % tal-massa massima teknikament permessibbli tal-vettura imma li ma teċċediex 10 x 104N għandha tiġi applikata suċċessivament liż-żewġ punti P2; 5.4.5.4. il-forzi speċifikati f’5.4.5.2 u 5.4.5.3 fuq għandhom jiġu applikati separatament. L-ordni li fiha l-forzi huma applikati tista’ tiġi speċifikata mill-manifattur; 5.4.5.5. kull meta jitwettaq test prattiku sabiex tiġi vverifikata konformità mal-ħtiġiet imsemmija fuq, il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti: 5.4.5.5.1. il-mezz għandu jiġi konness mas-side-members tax-chassis tal-vettura jew ma’ kwalunkwe ħaġa li tissostitwihom; 5.4.5.5.2. il-forzi speċifikati għandhom jiġu applikati bi staneg li huma artikolati b’mod adattat (eż. Permezz ta’ ġonot universali) u għandhom ikunu paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura permezz ta’ superfiċi ta’ mhux aktar minn 25ċm fl-għoli (l-għoli eżatt għandu jiġi indikat mill-manifattur) u 20ċm wiesgħa, b’radju ta’ kurvatura ta’ 5 ± 1mm fit-truf vertikali; iċ-ċentru tas-superfiċi jitqiegħed suċċessivament fil-punti P1, P2 u P3. 5.5 B’deroga mill-ħtiġiet imsemmija fuq, vetturi tal-kategoriji li ġejjin ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara: - tratturi għal semi-karrijiet, - karrijiet ‘sospiżi’ u karrijiet simili oħra għat-trasport ta’ zkuk jew oġġetti oħra twal ħafna, - li għalihom il-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara hija inkompatibbli ma’ l-użu tagħhom. 6. L-IMMARKAR TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE 6.1. Kwalunkwe mezz protettiv tal-qiegħ fuq wara li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva bħala unità teknika separata għandu jkollu marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. 6.2. Din il-marka għandha tikkonsistu f’ rettanglu madwar l-ittra ‘e’ segwita bin-numru jew l-ittri ta’ distinzjoni ta’ l-Istat Membru li ta’ l-approvazzjoni tat-tip: 1 għall-Ġermanja 2 għal Franza 3 għall-Italja 4 għall-Olanda 5 għall-Isvezja 6 għall-Belġju 9 għal Spanja 11 għar-Renju Unit 12 għall-Awstrija 13 għal-Lussemburgu 17 għall-Finlandja 18 għad-Danimarka 21 għall-Portugall 23 għall-Greċja IRL għall-Irlanda. Għandha wkoll tinkludi fil-viċinanza tar-rettanglu n-‘numru bażi ta’ approvazzjoni’ kontenut fis-Sezzjoni 4 tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip imsemmia fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut biż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat għal-emenda teknika maġġuri l-iktar riċenti għad-Direttiva 70/221/KEE fid-data li fiha ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. F’din id-Direttiva in-numru tas-sekwenza huwa ‘00’. 6.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandha tiġi annessa mal-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara b’ tali mod li ma titħassarx u tkun leġibbli b’mod ċar anke jekk il-mezz huwa mwaħħal ma’ vettura. 6.4. Eżempju tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE jidher fl-Appendiċi 5. 7. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET 7.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 8. IL-KONFORMITÀ TAL- PRODUZZJONI 8.1. Bħala regola ġenerali, għandhom jittieħdu miżuri sabiex jassiguraw il-konformità ta’ produzzjoni mad-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. [1] Kif definit fl-Anness II is-Sezzjoni A mad-Direttiva 70/156/KEE. [2] Kif definit fl-Anness II is-Sezzjoni A mad-Direttiva 70/156/KEE. [3] Kif definit fl-Anness II is-Sezzjoni A mad-Direttiva 70/156/KEE. [4] Kif definit fl-Anness II is-Sezzjoni A mad-Direttiva 70/156/KEE. [5] Kif definit fil-partita 2.6 ta’ l-Appendiċi 1. -------------------------------------------------- Appendiċi 1 L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta f’ dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-untiajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom. 0. ĠENERALI 0.1. L-Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. It-Tip u d-deskrizzjoni(ijiet) ġenerali kummerċjali: 0.3. Il-Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): 0.3.1. Il-lokta’ dak l-immarkar: 0.4. Il-Kategorija tal-vettura (ċ): 0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.8. L-Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: 1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TA’ KOSTRUZJONI TAL-VETTURA 1.1. Ritratti u/jew disinni ta’ vettura rappreżentattiva: 1.5. Materjal użat għas-side members (d): 2. MASSES U DIMENSJONIJIET (e) (f’ kg u mm) (irreferi għat-tpinġija meta applikabbli) 2.3.3. Il-Wisa’ tal-fus l-iktar wiesa’ fuq wara: 2.4. Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (globalment) 2.4.1. Għal chassis mingħajr karrozzerija 2.4.1.2. Il-Wisa’ (k): 2.4.2. Għal chassis bil-karrozzerija 2.4.2.2. Il-Wisa’ (k): 2.6. Il-Massa tal-vettura bil-karrozzerija, u b’ mezz ta’ agganċjar fil-każ ta’ vettura ta’ l-irmonk ta’ kategorija ta’ xort’oħra minn M1, operattiva, jew il massa tax-chassis bil-kabina jekk il-manifattur ma jarmax il karrozzerija u/jew l-mezz ta’ l-agganċjar (inkluż il-likwidu għat-tkessieħ, żjut, il-karburant, 100 % likwidi oħra ħlief ilma wżat, għodda, rota spare u s-sewwieq, u, għal xarabankijiet u coaches, il-massa tal-membru ta’ l-ekwipaġġ (75kg) jekk hemm sedil għall-ekwipaġġ fil-vettura (o) (f): . 2.8. Il-massa massima mgħobbija teknikament permessibbli mill-manifattur (y) (il-massimu u l-minimu): 9. IL-KARROZZERIJA 9.1. It-Tip ta’ karrozzerija [1]: 9.2. Il-Materjal użat u l-metodu ta’ kostruzzjoni [2]: 9.15. Il-Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara 9.15.1. Disinni tal-partijiet tal-vettura rilevanti għall-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara, jiġifieri disinn tal-vettura u/jew tax-chassis bil-pożizzjoni u l-armar tal-fus l-iktar wiesa’ ta’ wara, disinn ta’ l-immuntar u/jew l-armar tal-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara. Jekk il-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara ma hu ebda mezz speċjali, id-disinn għandu juri b’ mod ċar li d-dimensjonijiet meħtieġa huma sodisfatti: 9.15.2. Fil-każ ta’ mezz speċjali, deskrizzjoni kompleta u/jew tpinġija tal-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara (inkluż immuntar u armar), jew, jekk pprovat bħala unità teknika separata, in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip: . (Id-Data, il-file) [1] Jekk applikabbli, meta parti mill-karrozzerija tifforma parti tal-protezzjoni ta’ l-underrun fuq wara. [2] Jekk applikabbli, meta parti mill-karrozzerija tifforma parti tal-protezzjoni ta’ l-underrun fuq wara. -------------------------------------------------- Appendiċi 2 L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta f’ dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-untiajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom. 0. ĠENERALI 0.1. L-Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. It-Tip u d-deskrizzjoni(ijiet) ġenerali kummerċjali: 0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE: 0.8. L-Indirizz (i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: 1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TA’ KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA(I) li fuqhom il-mezz huwa maħsub li jiġi armat sa fejn jirrelataw għall-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara (waħħal ritratti u/jew tpinġijiet): 1.1. Is-somma minima tal-mumenti ta’ inertia madwar l-assi orizzonatli tas-side-members tax-chassis fil-cross-section: 1.2. Id-Distanza bejn is-side-members tax-chassis fil-punti ta’ mmuntar tal-mezz: . 2. IL-MASSA U D-DIMENSJONIJIET 2.1. Il-massa massima mgħobbija teknikament permessibbli: 3. KARROZZERIJA 3.1. Deskrizzjoni kompleta u/jew disinn tal-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara (inkluż l-immuntar u l-armar): . (Id-Data, il-file) -------------------------------------------------- Appendiċi 3 ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE Timbru ta’ amministrazzjoni Komunikazzjoni li tikkonċerna: - l-approvazzjoni tat-tip [1], - l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2], - iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3], - l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4], ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward ta’ Direttiva…/…/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip: Raġuni għall-estensjoni: SEZZJONI I 0.1. L-Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. It-Tip u d-deskrizzjoni(ijiet) ġenerali kummerċjali: 0.3. Il-Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/l-komponent/l-unità teknika separata [6] [7]: . 0.3.1. Il-lokazzjoni ta’ dak l-immarkar: 0.4. Il-Kategorija tal-vettura [8] [9]: 0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE: 0.8. L-Inidirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: SEZZJONI II 1. Informazzjoni addizzjonali (meta applikabbli): ara l-Addendum 2. Is-Servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet: 3. Id-Data tar-rapport tat-test: 4. In-Numru tar-rapport tat-test: 5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum 6. Il-Post: 7. Id-Data: 8. Il-Firma: 9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. 1. Informazzjoni addizzjonali 1.1. Il-Kategorija tal-vettura: 1.2. Il-vettura mhijiex mgħammra b’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara [10] 1.3. Il-vettura hija mgħammra b’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ underrrun fuq wara [11] 1.3.1. Il-mezz ġie approvat bħala unità teknika separata [12] - id-distanza mill-art u mill-wara tal-vettura: - il-marka ta’ approvazzjoni: 1.3.2. Il-mezz ma ġiex approvat bħala unità teknika separata [13] - il-wisa’, il-fond tas-sezzjoni, id-distanza mill-art u mill-wara tal-vettura: - il-metodu ta’ twaħħil: 5. Rimarki: [1] Ħassar fejn ma japplikax. [2] Ħassar fejn ma japplikax. [3] Ħassar fejn ma japplikax. [4] Ħassar fejn ma japplikax. [5] Ħassar fejn ma japplikax. [6] Ħassar fejn ma japplikax. [7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??). [8] Ħassar fejn ma japplikax. [9] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE. [10] Ħassar fejn mhux applikabbli [11] Ħassar fejn mhux applikabbli [12] Ħassar fejn mhux applikabbli [13] Ħassar fejn mhux applikabbli -------------------------------------------------- Appendiċi 4 ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE Timbru ta’ amministrazzjoni Komunikazzjoni li tikkonċerna - l-approvazzjoni tat-tip [1] - l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2] - iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3] - -l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4] ta’ tip ta’ vettura/component/unita teknika separata [5] fir-rigward ta’ Direttiva…/…/KEE kif l-aħħar emendate bid-Direttiva…/…/KE In-Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip: Ir-Raġuni għall-estensjoni: SEZZJONI I 0.1. L-Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. It-Tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: 0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata [6] [7]: . 0.3.1. Il-lok ta’ dak l-immarkar: 0.4. Il-Kategorija tal-vettura [8] [9]: 0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lokazzjoni u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE: 0.8. L-Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: SEZZJONI II 1. Informazzjoni addizzjonali (meta applikabbli): ara l-Addendum 2. Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet: 3. Id-Data tar-rapport tat-test: 4. In-Numru tar-rapport tat-test: 5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum 6. Il-Post: 7. Id-Data: 8. Il-Firma: 9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. 1. Informazzjoni addizzjonali 1.1. Il-Kostruzzjoni 1.1.1. Il-Materjal: 1.1.2. Il-Metodu ta’ twaħħil: 1.1.3. Id-Dimensjoni tal-mezz: 1.2. Il-Massa massima teknikament permessibbli tal-vettura li fuqha il-mezz għandu jiġi mmuntat: . 1.3. Restrizzjonijiet ta’ l-użu tal-mezz (jekk hemm): 5. Rimarki: [1] Ħassar fejn ma japplikax. [2] Ħassar fejn ma japplikax. [3] Ħassar fejn ma japplikax. [4] Ħassar fejn ma japplikax. [5] Ħassar fejn ma japplikax. [6] Ħassar fejn ma japplikax. [7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??). [8] Ħassar fejn ma japplikax. [9] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE. -------------------------------------------------- Appendiċi 5 +++++ TIFF +++++ Il-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara li jġib il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mezz li ġie approvat fi Spanja (e 9) taħt l-approvazzjoni bażi 0148 abbażi ta’ din id-Direttiva (00). Il-figuri wżati huma biss indikattivi. --------------------------------------------------