31997L0010



Official Journal L 068 , 08/03/1997 P. 0024 - 0026


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/10/KE

tas-26 ta’ Frar ta’ l-1997

li taddatta għall-progress tekniku għat-tielet darba l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (CMRs)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju ta’ l-1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/55/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2a tagħha, introdott permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3],

Billi l-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, adottaw id-Deċiżjoni 90/238/Euratom, KEFA, KEE [4] dwar pjan ta’ azzjoni mill-1990 sa l-1994 fil-kuntest tal-programm “Ewropa kontra l-Kanċer”;

Billi d-Direttiva 94/60/KE [5] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda għall-erbatax-il darba d-Direttiva 76/769/KEE ipprojbixxiet b’ċerti eżenzjonijiet, il-marketing għall-użu mill-pubbliku ġenerali, sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni f’kategoriji 1 jew 2 (CMRs) billi żiedet sustanzi bħal dawn fl-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE;

Billi l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE diġà kien fiha sustanzi kklassifikati bħala CMR għal liema d-Direttiva 94/60/KE ma kenitx tapplika;

Billi t-tqegħid fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali ta’ dawn is-CMRs u preparazzjonijiet li fihom is-CMRs għandhom ikunu projbiti wkoll b’ċerti eċċezzjonijiet;

Billi r-restrizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ din id-Direttiva jieħdu f’konsiderazzjoni l-istat kurrenti ta’ tagħrif u teknika rigward alternattivi aktar siguri;

Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni tal-Komunità li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għall-protezzjoni ta’ ħaddiema li hemm fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE [6] u fid-Direttivi individwali bbażati fuqhom, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE [7];

Billi l-miżuri li għalihom hemm provduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa b’dan il-mezz addattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-1997 u għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mit-30 ta’ Ġunju ta’ l-1998.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[2] ĠU Nru L 231, tat-12.9.1996, p. 20.

[3] ĠU Nru L 398, tat-30.12.1989, p. 24.

[4] ĠU Nru L 137, tat-30.5.1990, p. 31.

[5] ĠU Nru L 365, tal-31.12.1994, p. 1.

[6] ĠU Nru L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[7] ĠU Nru L 196, tas-26.7.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Punti 29, 30 u 31 ta’ dan l-Anness huma sostitwiti b’li ġej:

"29.Is-sustanzi li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE ikklassifikati bħala kategorija karċinoġenika 1 jew kategorija karċinoġenika 2 u mmarkati għallinqas bħala "Tossici (T)" bi frażi ta’ riskju R45: "Jistgħu jġibu l-kanċer" jew bi frażi ta’ riskju R49: "Jistgħu jġibu l-kanċer permezz ta’ teħid ‘il gewwa tan-nifs", u elenkati kif ġej:Kategorija karċinoġenika 1Ara l-Lista 1 fl-Appendiċi.Kategorija karċinoġenika 2Ara l-Lista 2 fl-Appendiċi. | Mingħajr preġudizzju għall-punti l-oħra ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE: Ma jistgħux jintużaw f’sustanzi u preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjoni individwali ugwali għal jew ikbar minn: jew il-konċentrazzjoni speċifikata fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, jewil-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6, Lista VI, ta’ l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE, fejn ma jidher l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE.Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ disposizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il- klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-immarkar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn għandu jiġi mmarkat b’mod li jinqara u li ma jitħassarx kif hawn imniżżel: "Ristrett għal utenti professjonali. Attenzjoni – Evita l-espożizzjoni – ikseb struzzjonijiet speċjali qabel ma tużahom". Permezz ta’ deroga, din id-disposizzjoni ma għandiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali jew veterinarji kif definiti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE;(ċ)fuwil tal-makni li huma koperti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 85/210/KEE,fuwil tal-makni li huma koperti permezz tad-Direttiva 85/210/KEE(5) prodotti taż-żejt minerali intenzjonati għall-użu bħala fuwil f’impjanti ta’ proċess ta’ ħruq mobbli jew fissi,fuwils mibjugħin f’sistemi magħluqa (eż. fliexken tal-gass likwidu);(d)żebgħa ta’ l-artisti koperta permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE. |

30.Sustanzi li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE ikklassifikati bħala kategorija mutaġenika 1 jew kategorija mutaġenika 2 u mmarkati bi frażi ta’ riskju R46: "Jistgħu jikkagunaw ħsara ġenetika ereditarja", u elenkati kif hawn imniżżel:Kategorija mutaġenika 1Ara l-Lista 3 fl-Appendiċi.Kategorija mutaġenika 2Ara l-Lista 4 fl-Appendiċi. | Mingħajr preġudizzju għall-punti l-oħra ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE: Ma jistgħux jintużaw f’sustanzi u fi preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjoni individwali ugwali għal jew ikbar minn: jew il-konċentrazzjoni specifikata fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE, jewil-konċentrazzjoni specifikata fil-punt 6, Lista VI, ta’ l-Anness I għad-Direttiva 88/379/KEE, fejn ma jidher l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE.Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ disposizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il- klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-immarkar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn għandu jiġi mmarkat b’mod li jinqara u li ma jitħassarx kif hawn imniżżel: "Ristrett għal utenti professjonali. Attenzjoni – Evita l-espożizzjoni – ikseb struzzjonijiet speċjali qabel ma tużah". Permezz ta’ deroga, din id-disposizzjoni ma għandiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali jew veterinarji kif definiti permezz tad-Direttiva 65/65/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti permezz tad-Direttiva 76/768/KEE;(ċ)fuwil tal-makni li huma koperti permezz tad-Direttiva 85/210/KEE(5),prodotti taż-żejt minerali maħsuba għall-użu bħala fuwil f’impjanti ta’ process ta’ ħruq mobbli jew fissi,fuwils mibjugħin f’sistemi magħluqa (eż. fliexken tal-gass likwidu);(d)żebgħa ta’ l-artisti koperta permezz tad-Direttiva 88/379/KEE. |

31.Sustanzi li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE ikklassifikati bħala tossiċi għall- kategorija ta’ riproduzzjoni 1 jew tossiċi għall- kategorija ta’ riproduzzjoni 2 u mmarkati bi frażi ta’ riskju R60: "Jistgħu jdgħajfu il-fertilità" u/jew R61: "Jistgħu jagħmlu ħsara lit-tarbija fil-ġuf", u elenkati kif segwenti:Tossiċi għall-kategorija ta’ riproduzzjoni 1Ara l-Lista 5 fl-Appendiċi.Tossiċi għall-kategorija ta’ riproduzzjoni 2Ara l-Lista 6 fl-Appendiċi. | Mingħajr preġudizzju għall-punti l-oħra ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE Ma jistgħux jintużaw f’sustanzi u fi preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għall-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjoni individwali ugwali għal jew iktar minn: jew il-konċentrazzjoni speċifikata fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE, jewil-konċentrazzjoni specifikata f’punt 6, Lista VI, ta’ l-Anness I għad-Direttiva 88/379/KEE fejn ma hemm l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE.Mingħajr pregudizzju għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-immarkar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet, l-imballaġġ ta’ sustanzi bħal dawn għandu jkun immarkat b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, kif gej: "Ristrett għal utenti professjonali. Attenzjoni – Evita l-espożizzjoni – ikseb struzzjonijiet speċjali qabel ma tużah". Permezz ta’ deroga, din id-disposizzjoni ma għandiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali jew veterinarji kif definiti permezz tad-Direttiva 65/65/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti permezz tad- Direttiva 76/768/KEE;(ċ)fuwil tal-magni li huma koperti permezz tad-Direttiva 85/210/KEE,prodotti taż-żejt minerali intenzjonati għall-użu bħala fuwil f’impjanti ta’ proċess ta’ ħruq mobbli jew fissi,fuwils mibjugħin f’sistemi magħluqa (eż. fliexken tal-gass likwidu);(d)żebgħa ta’ l-artisti koperta permezz tad-Direttiva 88/379/KEE |

--------------------------------------------------