31997F0520(02)



Official Journal C 151 , 20/05/1997 P. 0015 - 0028


Att tal-Kunsill

tad-29 ta' Novembru 1996

li jfassal, fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unoni Ewropea, il-Protokoll dwar l-interpretazzjoni, permezz ta' deċiżjonijiet preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għall-għanijiet tad-dwana

(97/C 151/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (ċ) tiegħu,

Billi l-Artikolu K.3 (2) (ċ) jipprovdi illi l-konvenzjonijiet imfassla fuq il-bażi ta' l-Artkolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistgħu jistabbilixxu illi l-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-disposizzjonijiet tagħhom u li tirrregola dwar kull disputa li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom skond dawk l-arranġamenti li huma jistgħu jistabbilixxu,

IDDEĊIEDA dwar it-tfassil tal-Protokoll, li t-test tiegħu huwa anness u li ġie ffirmat illum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea,

JIRRAKKOMMANDA illi jiġi adottat mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Novembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Owen

--------------------------------------------------