Official Journal L 159 , 17/06/1997 P. 0001 - 0002
Azzjoni konġunta tad-9 ta' Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu rfinati l-kriterji għall-kontrolli mmirati, il-metodi ta' selezzjoni, eċċ., u l-ġbir ta' informazzjoni doganali u tal-pulizija (97/372/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (b) tiegħu, Wara li kkunsidra l-importanza tat-titjib ta' l-effettività ta' l-azzjoni fil-ġlieda kontra it-traffikar tad-droga, Wara li kkunsidra r-rapport mill-Grupp ta' Esperti fuq id-Drogi, approvat fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Madrid fl-1995, li inkluda proposta biex jiġu rfinati l-kriterji għall-kontrolli mmirati, il-metodi ta' selezzjoni eċċ., u l-ġbir ta' informazzjoni doganali u tal-puluzija, Wara li kkunsidra il-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 fuq l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għall-għanijiet doganali (Konvenzjoni CIS) [1], Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1996 fuq il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga [2], Wara li kkunsidra l-mandat tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1996 fuq l-arranġamenti riveduti u approvati għal operazzjonijiet konġunti ta' sorveljanza doganali, Wara li kkunsidra ir-resoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1996 dwar it-tfassil ta' ftehim bejn il-pulizija u d-dwana fil-ġlieda kontra d-droga [3], Billi l-kriterji għall-kontrolli mmirati, il-metodi strutturati għas-selezzjoni, eċċ. u użu iktar effikaċi ta' informazzjoni doganali u tal-pulizija huma strumenti importanti għall-ippjanar effiċjenti ta' miżuri biex jinfurzaw il-liġi fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga; Billi, f'implimentazzjoni tal-liġi doganali, l-użu tal-kriterji għall-kontrolli mmirati, u l-metodi strutturati għas-selezzjoni huma ddisinjati biex jiffokaw il-kontrolli doganali fuq sitwazzjonijiet fejn hemm riskju għoli ta' kuntrabandu tad-drogi, filwaqt li jippermettu clearance doganali veloċi ta' traffiku leġittimu ta' passiġġieri u merkanzija; Billi l-użu ta' kriterji għall-kontrolli mmirati, metodi strutturati għas-selezzjoni, eċċ., jippermettu l-awtoritajiet doganali jiffissaw prijoritajiet b'mod aħjar, b'tali mod li r-rizorsi tagħhom ikunu jistgħu jintużaw għall-aħjar effett possibbli; Billi l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet internazzjonali bħall-EDU/Europol, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u l-Interpol għandhom rwol importanti fl-iskambju ta' informazzjoni; Billi l-awtoritajiet doganali għandhom jaġġustaw u jirrivalutaw kontinwament il-prijoritajiet tagħhom skond tibdil fiċ-cirkostanzi jew informazzjoni ġdida, peress illi hija xi ħaġa komuni li l-kuntrabandisti tad-droga jbidlu r-rotta magħżula għall-kuntrabandu tagħhom fi żmien qasir għal fruntieri fejn, skond informazzjoni li kellhom minn qabel jew mod ieħor, hu maħsub li l-kontrolli doganali mhumiex daqshekk intensivi, ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA: Artikolu 1 L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jagħmlu użu aħjar mill-kriterji għall-kontrolli mmirati u l-metodi strutturati għas-selezzjoni, u l-ġbir ta' informazzjoni doganali u tal-pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin fi ħdan il-possibiltajiet ġudizzjarji u prattiċi li diġà jeżistu previsti fl-Artikoli 2 sa 8. Artikolu 2 L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni, li huma disponibbli mis-setturi kollha tal-kummerċ ikkonċernati, b'mod partikolari mis-settur tat-trasport. Artikolu 3 L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għadhom isaħħu l-iskambju reċiproku ta' tagħrif u informazzjoni għall-finijiet ta' l-analiżi tar-riskju. Sakemm l-iżvilupp tat-tħaddim tad-database tas-CIS, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu akbar mis-sistema tal-mailbox elettroniku tas-CIS għall-iskambju ta' data ta' tagħrif imsemmi qabel. Artikolu 4 L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu akbar mis-sistemi kollha ta' informazzjoni doganali Ewropej li qegħdin għad-disposizzjoni dwar il-traffiku tal-baħar, tal-ajru-, fuq l-art u oħrajn (eż AIR-Info, BALKAN-Info, CARGO-Info, MAR-Info, YACHT-Info). Artikolu 5 L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom itejjbu l-proċeduri tal-kontrolli kontrolli mmirati billi jorganizzaw operazzjonijiet konġunti ta' sorveljanza doganali internazzjonali kif stabbilit fl-arranġamenti riveduti f'dan il-qasam li ġew approvati mill-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1996. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi f'dawn l-operazzjonijiet għandha tkun imħeġġa, meta approprjat. Artikolu 6 L-awtoritajiet doganali, tal-pulizija u awtoritajiet oħrajn ta' l-Istati Membri li għandhom id-dmir li jinfurzaw il-liġi, meta approprjat, għandhom jintensifikaw l-iskambju reċiproku ta' tagħrif u informazzjoni li qegħda għad-disposizzjoni tagħhom. Dan għandu japplika fuq livell nazzjonali, ta' l-Unjoni Ewropea u internazzjonali u għandu jinkludi istituzzjonijiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea u internazzjonali. Artikolu 7 L-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi fl-Istati Membri għandhom, meta approprjat, janalizzaw it-tagħrif u l-informazzjoni disponibli. Artikolu 8 L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom ifasslu linji gwida dwar l-aħjar prattika sabiex iħeġġu l-użu akbar ta' metodi ta' teknika li janalizzaw ir-riskju. Artikolu 9 Din l-Azzjoni Konġunta għanda tidħol fis-seħħ fid-data meta tiġi adottata. Artikolu 10 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ġunju 1997. Għall-Kunsill Il-President G. Zalm [1] ĠU C 316, tas-27.11.1995, p. 33. [2] ĠU L 322, tat-12.12.1996, p. 3. [3] ĠU C 375, tat-12.12.1996, p. 1. --------------------------------------------------