31997D0865



Official Journal L 351 , 23/12/1997 P. 0067 - 0068


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ Diċembru 1997

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza ta’ l-inkartamenti sottomessi għal eżami ddetaljat minħabba l-inklużjoni possibbli ta’ CGA 245704, flazasulfuron, Spodoptera exigua nuclear polyhedrosis virus, imazosulfuron, pymetrozine u sulfosulfuron fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq prodotti għal protezzjoni tal-pjanti

(Test b’ rilevanza ŻEE)

(97/865/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/57/KE [2] u b’ mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi d-Direttiva 91/414/KEE (minn hawn ’il quddiem ‘id-Direttiva’) ipprovdiet għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati li jistgħu jkun hemm fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

Billi l-applikanti ssottomettew inkartamenti għas-sitt sustanzi attivi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bil-għan li jinkludu s-sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva;

Billi inkartament għas-sustanza attiva CGA 245704 ġie sottomess min-Novaris Corp Protection AG lill-awtoritajiet Franċiżi fil-15 ta’ Ottubru 1996;

Billi inkartament għas-sustanza attiva fluzasulfuron kien sottomess minn ISK Bioxjentifiċi lill-awtoritajiet Spanjoli fis-16 ta’ Diċembru 1996;

Billi inkartament għas-sustanza attiva Spodoptera exigua virus nuclejari polyhedriosis kien sottomess minn Biosys lill-awtoritajiet Olandiżi fit-12 ta’ Lulju 1996;

Billi inkartament għas-sustanza attiva imazosulfuron kien sottomess minn Urania Agrochem GmbH lill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-27 ta’ Ġunu 1996;

Billi inkartament għas-sustanza attiva pymetrizone kien sottomess min-Novaris Corp Protection AG lill-awtoritajiet Ġermaniżi fl-4 ta’ Settembru 1996;

Billi inkartament għas-sustanza attiva sulfosulfuron kien sottomess minn Monsanto lill-awtoritajiet Irlandiżi fl-24 ta’ April 1997;

Billi l-awtoritajiet imsemmija indikaw lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ l-ewwel eżami tal-kompletezza tal-inkartament fejn għandhom x’ jaqsmu r-rekwiżiti ta’ data u informazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Anness II u għal ta’ l-anqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li għandu fih is-sutanza attiva kkonċernata, fl-Anness III ta’ l-imsemmija Direttiva; billi sussegwentement, bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), l-inkartament kien sottomess mill-applikanti lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra.

Billi l-inkartamenti għal flazasulfuron, Spodoptera exigua virus nuclejari polyhedrosis u pymetrozine kienu rriferuti lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-29 ta’ Mejju 1997;

Billi l-inkartament CGA 245704 kien riferut lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-19 ta’ Ġunju 1997;

Billi d-deċiżjoni għall-imazosulfuron u sulfosulfuron kienet riferuta lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 ta’ Lulju 1997;

Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jirrikjedi li jkun ikkonfermat fuq il-livell tal-Komunità li kull inkartament għandu jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni li għalihom hemm provvedimenti fl-Anness II u, għal ta’ l-anqas prodott wieħed ta’ protezzjoni tal-pjanti li għandu fih s-sustanza attiva kkonċernata, fl-Anness III ta’ din id-Direttiva;

Billi tali informazzjoni hi neċessarja sabiex wieħed isegwi l-eżami deskritt tal-inkartament kif ukoll sabiex tkun disponibbli għall-Istati Membri l-possibiltà li jkunu mogħtija awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li għandhom fihom din is-sustanza attiva b’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u b’ mod partikolari l-kundizzjoni li jsir eżami detaljat tas-sustanzi attivi u tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fejn għandhom x’ jaqsmu mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

Billi tali deċiżjoni ma tippreġudikax li aktar data jew informazzjoni tkun mitluba mill-applikant fejn ikun jidher matul l-eżami dettaljat li tali informazzjoni jew data huma rikjesti biex tittieħed deċiżjoni;

Billi huwa mifhum bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li Franza ser issegwi l-ezami detalljat għall-inkartament għal CGA 245704, li Spanja ser issegwi l-eżami detaljat għall-inkartament fuq l-flazalsulfuron, li l-Olanda ser issegwi l-eżami detalljat għall-inkartament fuq l-iSpodoptera exigua virus nuclejari polyhedrosis, li l-Ġermanja ser issegwi l-eżami detaljat għall-inkartamenti fuq l-imazosulfuron u pymetrozina u li l-Irlanda ser issegwi l-eżami detaljat għall-inkartament fuq il-sulfosulfuron;

Billi Franza, Spanja, l-Olanda, l-Ġermanja u l-Irlanda ser jirrappurtaw il-konklużjonijiet ta’ l-eżamijiet akkumpanjati bi kwalunkwe rakkomandazzjonijiet fuq l-inklużjoni jew le u kwalunkwe kundizzjonijiet li għandhom x’ jaqsmu magħhom lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard minn żmien sena; billi meta jiġi riċevut dan ir-rapport l-eżami dettaljat ikompli bl-abbiltà mill-Istati Membri kollha fl-ambitu tal-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’ din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permenenti għas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inkartamenti li ġejjin jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ data u informazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Anness II, u għal prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjeni s-sustanza attiva kkonċernata, fl-Anness III ta’ din id-Direttiva waqt li jkun ikkunsidrat l-użu propost:

1. L-inkartament sottomess minn ISK Bioxjentifiċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż l-flazasulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kienet irriferuta lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-29 ta’ Mejju 1997.

2. L-inkartament sottomess minn Biosys lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż l-iSpodoptera exigua virus nuclejari polihedrosis bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kienet irriferuta lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-29 ta’ Mejju 1997.

3. L-inkartament sottomess minn Novaris Corp Protection AG lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż iċ-CGA 245704 bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kienet riferuta lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-19 ta’ Ġunju 1997.

4. L-inkartament sottomess mill-Urania Agrochem GmbH lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż l-imazosulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kienet riferuta lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 ta’ Lulju 1997.

5. L-inkartament sottomess minn Novaris Corp Protection AG lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż il-pymetozine bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kienet riferuta lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-29 ta’ Mejju 1997.

6. L-inkartament sottomess minn Monsanto lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż is-sulfosulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kienet riferuta lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 ta’ Lulju 1997.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 265, tas-27.9.1997, p. 87.

--------------------------------------------------