31997D0832



Official Journal L 348 , 18/12/1997 P. 0169 - 0169


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta' Novembru 1997

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam tat-trasport

(97/832/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 75 flimkien mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikli 228(3) ta' dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam tat-trasport jipprovdi mezz xieraq għat-tneħħija permanenti ta' diversi ostakli maġġuri lit-traffiku li jgħaddi mill-Komunità minn ġewwa t-territorju tal-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

Billi l-Ftehim jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern peress illi huwa jiggarantixxi l-mogħdija libera minn ġewwa l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għat-trasport intern bejn il-Greċja u l-Istati Membri l-oħrajn u għalhekk jippermetti li jkun jista' jsir in-negozju internazzjonali bl-inqas spiża possibbli lill-pubbliku b'mod ġenerali u biex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi u tekniċi li jaffettwawh;

Billi, barra minn hekk, huwa meħtieġ li jkun assigurat l-iżvilupp koordinat tal-kotra tat-trasport bejn u minn ġewwa t-territorji tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim, b'mod partikulari billi jitwaqqfu l-prijoritajiet għall-iżvilupp ta' infrastruttura xierqa fl-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja b'għajnuna finanzjarja mill-Komunità u billi jkun promoss il-ġarr bil-ferrovija u t-trasport kombinat, bil-għan li jkun protett l-ambjent;

Billi, għalhekk, il-Ftehim jinkludi dispożizzjonijiet maħsubin biex jissimplifikaw il-formalitajiet tad-dwana;

Billi huwa meħtieġ li jkun approvat il-Ftehim f'isem il-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam tat-trasport qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuz ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li hemm provduta fl-Artikolu 26 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill, għandha tirrapreżenta l-Komunità fil-Kumitat tat-Trasport Kollettiv imwaqqaf mill-Artikolu 22 tal-Ftehim.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kumitat tat-Trasport Kollettiv għandha tiġi addottati mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi meta d-Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Trasport Kollettiv jipproponi li jieħu rakkonti lir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat.

Deċiżjonijiet meħudin mil-Kumitat tat-Trasport Kollettiv għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischbach

[1] ĠU C 79, tat-12.3.1997, p. 159.

[2] ĠU C 339, ta' l-10.11.1997.

--------------------------------------------------

FTEHIM

bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fil-qasam ta' trasport

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn issa "l quddiem msejħa bħala "il-Komunità","

minn parti waħda, u

R-REPUBBLIKA LI KIENET TAL-JUGOSLAVJA TAL-MAĊEDONJA,

minn parti oħra,

minn hawn "il-quddiem msejħa "il-Partijiet Kontraenti","

Wara li kkunsidrat l-Ftehim tal-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja, firmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' April 1997, u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu;

IKKUNSIDRAT li hu essenzjali għall-Komunità, fil-kuntest tat-tħaddim effiċjenti tas-suq intern u l-implimentazzjoni tal-politika tat-trasport komuni, biex jassiguraw li oġġetti tal-Komunità fit-transitu minn ċerti tielet pajjizi, u partikolarment ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja, jistgħu jgħaddu rapidament u bl-aktar b'mod effiċjenti possibbli mingħajr tfixkil jew diskriminazzjoni;

IKKUNSIDRAT li r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja huwa pajjiz ta' transitu minħabba l-pożizzjoni geografika tagħha u li d-drittijiet minn żewġ naħat li jeżistu u obbligi dwar l-aċċess għas-suq u t-transitu iridu jkunu żviluppati aktar;

IKKUNSIDRAT li l-Partijiet Kontraenti jirikonoxxu li parti essenzjali ta' ftehim irid ikun l-ħolqien u l-iżvilupp kemm jista' jkun malajr ta' l-infrastruttura tat-trasport li jaqbel mal-bżonnijiet min żewġ naħat u r-regoli ekwi li jirregolaw aċċess tas-suq għal min iġorr tagħhom;

IKKUNSIDRAT li l-Partijiet Kontraenti huma lesti li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' infrastruttura ta' trasport reġonali favorevoli għall-kooperazzjoni u bwon viċinat fir-reġun tax-Xlokk ta' l-Ewropa;

KONXJI li l-Akkordju Proviżorju tat-13 ta' Settembru 1995 jikkontribwixxi għall-istabbilità reġonali, u jifavorixxi r-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni bejn ir-Repubblika Hellenika u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja;

IKKUNSIDRAT li s-soluzzjoni ta' fuq kollox għall-problemi imsemmija tista' tkun provduta b'kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet Kontraenti, partikolarment bl-introduzzjoni u l-iżvilupp ta' pakkett ta' miżuri koordinati fuq trasport sabiex jassiguraw aċċess reċiproku għall-Komunità u s-swieqi tal-r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja u biex tiffaċilita traffiku tat-triq u ferrovjarja b'meżżi xierqa fuq bazi kompettitiva;

IKKUNSIDRAT li dan il-pakett ta' miżuri jrid ukoll jimmira biex jipproteġi l-ambjent;

IKKUNSIDRAT li perjodu ta' transizzjoni xieraq se jħalli żmien għal aġġustament għal xi dispożizzjonijiet ġodda li se jkunu neċessarji,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

It-TITOLU I

GĦAN, SKOP U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan l-Ftehim bejn il-Komunità u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja huwa li jippromuovi kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fuq it-trasport, u partikolarment fit-traffiku ta' transitu, u biex jassigura għal dan l-iskop li trasport bejn u mit-territorji tal-Partijiet Kontraenti hu żviluppat b'mod koordinat permezz ta' applikazzjoni kompleta u interdipendenti tal-provedimenti ta' dan l-Ftehim.

Artikolu 2

Skop

1. Kooperazzjoni għandha tkopri trasport, u partikolarment trasport tat-toroq, ferrovjari u kombinat, u għandha tinkludi l-infrastruttura relevanti, wara li jkun ikkonsidrat il-kuntest reġjonali.

2. F'dan ir-rigward, l-iskop ta' dan l-Ftehim għandu jkopri partikolarment:

- infrastruttura ta' trasport fit-territorju ta' Parti Kontraenti waħda jew oħra safejn meħtieġ biex jinlaħaq l-għan ta' dan l-Ftehim,

- aċċess għas-suq, fuq bażi reċiproka, fil-qasam tat-trasport tat-toroq,

- miżuri essenzjalment legali u ta' appoġġ amministrattivi li jinkludu miżuri kummerċjali, ta' tassazzjoni, soċjali u tekniċi,

- kooperazzjoni fl-iżvilupp ta' sistema ta' trasport li jilħaq il-bżonnijiet ta' l-ambjent,

- tpartit ta' informazzjoni regolari fuq l-iżvilupp tal-politiki tat-trasport tal-Partijiet Kontraenti, b'każ partikolari għall-infrastruttura tat-trasport.

3. Trasport ta' l-ajru hu ggvernat b'dispożizzjonijiet partikolari tad-dikjarazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għal raġunijiet ta' dan l-Ftehim, id-definizzjonijiet li ġejjin se japplikaw:

(a) Traffiku ta' transitu tal-Komunità: it-trasport, b'min iġorr li hu stabbilit fil-Komunità, ta' oġġetti fit-transitu mit-territorju tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fit-triq għal jew minn Stat Membru tal-Komunità;

(b) traffiku ta' transitu tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja: it-trasport, b'min iġorr stabbilit fir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja, ta' oġġetti fi transitu mir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja mit-territorju tal-Komunità u destinati għal tielet pajjiż jew ta' oġġetti minn tielet pajjiż destinat għar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja;

(ċ) trasport kombinat: it-trasport ta' oġġetti b'vetturi tat-toroq jew unitajiet ta' tagħbija li, mingħajr ma l-oġġetti ikunu mħotta, jinġarrew fit-triq għall-parti mill-vjaġġ bejn il-punt ta' tluq u l-punt ta' meta jaslu u bil-ferrovija għall-parti oħra ta dak il-vjaġġ.

It-TITOLU II

INFRASTRUTTURA

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-Partijiet Kontraenti b'dan jiftehmu li jadottaw miżuri koordinati minn żewġ naħat biex jizviluppaw infrastruttura ta' trasport bħala meżż vitali biex jsolvu l-problemi li jaffettwaw it-trasport ta' oġġetti ġewwa r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja, partikolarment fuq ir-rotta tat-Tramuntana jew tax-Xlokk kif ukoll fuq ċerti rottot oħra, li jinkludu terminalsmultimodal assoċjati.

Artikolu 5

Pjanar

1. L-izvilupp tat-triq prinċipali li ġejja u r-rotot ferrovjari u proġetti huwa ta' interess partikolari lill-Komunità u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja. Il-prijoritajiet rispettivi għandhom jiddeterminaw l-applikazzjoni tar-riżorsi tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja stess u l-ko-finanzjament mill-Komunità għall-dawn il-proġetti.

- Motorway tat-Tramuntana u tax-Xlokk (E-75) li tgħaqqad ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbia-Montenegro) mar-Repubblika Ellenika, partikolarment is-sezzjonijiet Kumanovo għall-Tabanovce fuq il-fruntjieratar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (9 km) u Gradsko sa Gevgelija fuq il-fruntjiera tar-Repubblika Ellenika (73 km),

- Il-ferrovija tat-Tramuntana u tax-Xlokk li tgħaqqad ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbia-Montenegro) mar-Repubblika Ellenika (minn Titov Veles), partikolarment terminalsmultimodal fi Tabanovce, Miravci u Gevgelija,

- It-triq prinċipali (M-5) li torbot Kriva Krusha mal-Medzitlija fuq il-fruntjiera tar-Repubblika Ellenika (93 km), minn Titov Veles, Prilep u Bitola, rikostruzzjoni u kostruzzjoni ġdida,

- Terminalmultimodal fi Bitola (fuq il-N/S linja ta' fergħa li torbot Titov Veles għall-Kremenica fuq il-fruntjiera tar-Repubblika Ellenika),

- Ferrovija li tgħaqqad Kumanovo ma' Beljakovce (30 km, rikostruzzjoni) u Beljakovce ma' Deve Bair (54 km, kostruzzjoni ġdida) fuq il-fruntjiera tar-Repubblika tal-Bulgarija b'terminalmultimodal fi Deve Bair u mina fil-fruntjiera li se tkun konessa b'linja ġdida (2 km) mal-linja li tezisti fi Gjueshevo fir-Repubblika tal-Bulgarija,

- Sezzjoni tal-motorway (E-65) li tgħaqqad Skopje ma' Tetovo (36 km) flimkien ma' bypass ta' Skopje (25 km).

2. Il-Partijiet Kontraenti ftehmu li l-għan komuni tagħhom għandu jkun li jlestu l-kostruzzjoni tar-rotot ta' trasport prinċipali imsemmija fil-paragrafu 1 malajr kemm jista' jkun.

L-Artikolu 6

Aspetti finanzjari

1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament lix-xogħol ta' infrastruttura neċessarja imsemmi fl-Artikolu 5. Dan il-kontribut finanzjari għandu jieħu l-forma ta' kreditu mill-Bank ta' Investiment Ewropew u xi forom oħra ta' finanzjament li jistgħu jipprovdu aktar riżorsi.

2. Sabiex jgħaġġlu x-xogħol il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jaraw, sakemm hu possibbli, li jinkoraġġixxi l-użu ta' riżorsi addizzjonali bħala investiment minn ċerti Stat Membri tal-Komunità fuq bażi bilaterali jew minn fondi pubbliċi jew privati.

Artikolu 7

Sabiex jinksbu l-għanijiet imniżżla fl-Artikolu 5, il-Komunità għandha tagħmel finanzi disponibbli lir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja taħt il-Protokoll 3 fuq kooperazzjoni finanzjarja lill-Ftehim Kooperattiv bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2000.

It-TITOLU III

TRASPORT FERROVJARJU U KOMBINAT

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jadottaw miżuri koordinati minn żewġ naħat neċessarji għall-izvilupp u l-promozzjoni ta' trasport ferrovjarju kombinat bħala meżż biex jassiguraw li fil-futur proporzjoni akbar tat-trasport bilaterali tagħhom u trasport ta' transitu mir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja iseħħ taħt kondizzjonijiet aktar tajbin għall-ambjent.

L-Artikolu 9

Aspetti partikolari relatati ma' l-infrastruttura

Bħala parti mill-modernizzar tal-ferroviji tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja, il-passi neċessarji għandhom jittieħdu biex jadattaw is-sistema ta' trasport kombinat, partikolarment fir-rigward ta' l-izvilupp jew bini ta' terminals, u gaugestal-mini u għall-kapaċità, li jirrikjedu investiment sostanzjali.

Artikolu 10

Miżuri ta' appoġġ

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' trasport kombinat.

L-iskop ta' miżuri bħal dawn għandu jkun:

- biex jinkoraġġixxu utenti u konsenjaturi biex juzaw trasport kombinat,

- biex jagħmlu trasport kombinat kompettitiv b'trasport tat-toroq, partikolarment b'appoġġ finanzjarju mill-Kommunità jew ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fil-kuntest tal-leġislazzjonijiet rispettiva tagħhom,

- biex jinkoraġġixxu l-użu ta' trasport kombinat fuq distanzi twal u li jippromuovu, partikolarment, l-użu ta' swapbodies, containers u trasport mhux akkompanjat b'mod ġenerali,

- biex itejbu l-ħeffa u l-affidabbiltà ta' trasport kombinat u partikolarment:

- biex jizdiedu l-frekwenza tal-convoys skond il-bżonnijiet tal-konsenjaturi u l-utenti,

- li jnaqqsu l-ħin ta' stennija fit-terminals u jzidu l-produttività,

- jneħħu l-ostakli kollha minn rotot ta' approċċ sabiex jitjiebu l-aċċess ta' trasport kombinat,

- li jarmoniżżaw, fejn neċessarju, il-piż, id-dimensjoni u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir speċjalizzat, partikolarment sabiex jassiguraw li il-kompatibbilità neċessarja tal-gauges, u biex jieħdu azzjoni koordinata sabiex jordnaw u jpoġġu fis-servizz tagħmir bħal dan kif hu rikjest mil-livell ta' traffiku,

- u, in ġenerali, biex jieħdu azzjoni oħra li hi xierqa.

Artikolu 11

Ir-rwol ta' linji ta' ferroviji

Dwar il-poteri rispettivi ta' l-Istati u l-ferroviji, il-Partijiet Kontraenti għandhom, kemm fir-rigward tal-passiġġieri u t-trasport ta' oġġetti, jirrakkomandaw li l-ferroviji tagħhom:

- jżidu kooperazzjoni, kemm bilaterali, multilaterali jew ġewwa l-organizzazzjoni ferrovjarja internazzjonali, fl-oqsma kollha, partikolarment għat-titjib tal-kwalità tas-servizzi ta' trasport,

- jippruvaw jwaqqfu sistema komuni ta' organizzaazzjoni ta' ferroviji sabiex jinkoraġġixxu konsenjaturi li jibagħtu merkanzija bil-ferrovija minflokk bit-triq, partikolarment għal-raġunijiet ta' transitu, fuq bażi ta' kompetizzjoni ġusta u jħallu l-l-utent jkun ħieles fl-għazla f'din il-kwistjoni,

- jiftehmu fuq miżuri biex jintegraw il-ferroviji tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fit-tmexxija tat-traffiku billi jużaw is-sistema ta' noti ta' konsenja elettronika tad-Docimel u s-sistema kompjuterizzata Hermes għal prenotazzjonijiet ta' passeġġieri kif ukoll għall-skopijiet oħra,

- jarmonizzaw il-ftehim ta' taħriġ tal-persunal tal-ferrovija.

It-TITOLU IV

TRASPORT TAT-TOROQ

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Fir-rigward ta' l-aċċess miż-żewġ naħat għas-swieq ta' trasport, il-Partijiet Kontraenti ftehmu, iniżialment u mingħajr preġudizzju għal-paragrafu 2, li jżommu r-reġim li jirriżulta minn ftehim bilaterali jew strumenti bilaterali internazzjonali li jeżistu konklużi bejn kull Stat Membru tal-Komunità u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja jew, fejn m'hemmx ftehim bħal dawn jew strumenti, li jirriżultaw mis-sitwazzjoni de facto fl-1991.

Imma, waqt li jistennew il-konklużjoni ta' l-ftehim bejn il-Komunità u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fuq aċċess tas-suq tat-trasport tat-toroq, kif hemm provdut fl-Artikolu 13, u fuq tassazzjoni tat-toroq, kif hemm provdut fl-Artikolu 14.2, ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja għandha tikkoopera ma' l-Istati Membri tal-Komunità biex temenda dawn l-ftehim bilaterali biex tadatthom f'dan l-Ftehim.

2. Il-Partijiet Kontraenti minn issa ftehmu li jagħtu aċċess mhux ristrett lit-traffiku ta' transitu tal-Komunità mir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja u tat-traffiku ta' transitu tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja minn ġewwa Komunità b'effett mid-data meta dan l-Ftehim jidħol fis-seħħ.

3. Bħala deroga mill-paragrafu 2 id-dispożizzjonijiet li ġejjin se japplikaw għat-traffiku ta' transitu minn l-Awstrija:

(a) għall-perjodu mid-data minn meta dan l-Ftehim jidħol fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1998 reġim għat-transitu tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja identiku għal dak applikat bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fl-1996 se jinżamm. Mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 1998 il-Kumitat Konġunt ta' Trasport mwaqqaf bl-Artikolu 22 għandu jeżamina l-funzjoni tar-reġim applikat bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fid-dawl ta' dan il-prinċipju ta' ebda diskriminazzjoni li jrid japplika għall-vetturi ta' oġġetti tqal mill-Komunitajiet Ewropej u vetturi bħal dawn mir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja fit-transitu mill-Awstrija. Miżuri xierqa se jiġu addottati mill-Joint Kumitat ta' Trasport sabiex jassiguraw, jekk neċessarju, ebda diskriminazzjoni effettiva;

(b) b'effett mill-1 ta' Jannar 1999 sistema ta' ecopoints simili għal dik imniżżla mill-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 9 għall-Att ta' Sħubija tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju ta' l-Isvezja u r-Repubblika tal-Finlandja ma' l-Unjoni Ewropea għandha tapplika. Il-metodu ta' kalkolu u r-regoli dettaljati u l-proċeduri għat-tmexxija u l-kontroll ta' ecopoints għandhom ikunu miftehma f'ħin tajjeb permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-Partijiet Kontraenti u għandu jkun skond il-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 u 14 tal-Protokoll Nru 9 imsemmi fuq.

4. Jekk, bħala rizultat tad-drittijiet li ngħataw taħt il-paragrafu 2, traffiku ta' transitu tal-hauliers tal-Komunità jiżdied b'tant li jikkawża jew jhedded li jikawża dannu serju lill-infrastruttura tat-toroq u/jew fluwidità tat-traffiku fuq l-assi, proġetti u kunnessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja tista' isejjaħ laqgħa ta' emerġenza tal-Kumitat Konġunt ta' Trasport mwaqqaf mill-Artikolu 22 li fih jista' jipproponi miżuri temporanji li huma neċessarja biex jillimitaw jew jimmitigaw dannu bħal dan. Il-Kumitat Konġunt ta' Trasport għandu jintaqa' fiż-żmien tletin ġurnata sabiex jeżamina s-sitwazzjoni u jirrakommanda mingħajr telf ta' żmien azzjoni rimedjara xierqa. Jekk ebda ftehim ma jintlaħaq fiż-żmien 60 ġurnata mis-sejħa ta' laqgħa ta' emerġenza, ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja tista' tintroduċi miżuri temporanja għat-tul ta' żmien sa tlett xhur. Taħt dawn l-istess ċirkostanżi, jekk problemi jinħolqu fuq territorju tal-Komunità ħdejn il-fruntjiera tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja, l-awtoritajiet kompetenti, li jinkludu dawk tar-reġun konċernat, jistgħu jadottaw miżuri neċessarji xierqa. Il-Kumitat Konġunt ta' Trasport għandu jieħu d-deċiżjoni finali fuq miżuri remedjali xierqin, jekk hemm, qabel ma jagħlqu il-miżuri temporanji. Id-deċiżjoni tal-Kumitat ta' Trasport Joint għandha tkun implimentat immediatament u għandha tkun proporzjonata u ta' natura mhix diskriminatorja. Din il-klawzola għandha tieqaf tapplika ladarba l-għanijiet imniżżla fl-Artikolu 5 jinkisbu u, mhux aktar tard, fl-aħħar tal-31 ta' Diċembru 2002.

5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu milli jieħdu xi azzjoni unilaterali li tista' iseħħ għal diskriminazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja min iġorr jew vetturi. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-passi neċessarja biex tiffaċilita trasport tat-toroq għal jew mit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.

Artikolu 13

Aċċess għas-suq

Il-Partijiet Kontraenti għandhom, bħala kwistjoni ta' priorità, jaraw li jaħdmu flimkien biex jiksbu, kull wieħed minnhom suġġett għar-regoli interni,

- azzjonijet li x'aktarx ikunu favorevoli għall-iżvilupp ta' sistema ta' trasport li tilħaq il-bżonnijiet tal-Partijiet Kontraenti, u li hi kompatibbli, fuq naħa waħda, mal-funzjoni tajba tas-suq intern tal-Komunità u l-implimentazzjoni tal-politika ta' trasport komuni u, minn naħa l-oħra, ma r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja politika ta' ekonomija u trasport,

- sistema definittiva biex tirregola aċess tas-suq tat-trasport tat-toroq fil-futur bejn il-Partijiet Kontraenti fuq bażi reċiproka.

Artikolu 14

Tassazzjoni, imposti u ħlas ieħor

1. Il-Partijiet Kontraenti jaċċettaw li t-tassazzjoni ta' vetturi tat-toroq, imposti u ħlas ieħor minn kull naħa irid ikun bla diskriminazzjoni.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jidħlu fin-negozjati biexli jilħqu ftehim fuq tassazzjoni tat-toroq, kmieni kemm jista' jkun, fuq il-bażi tar-regoli adottati mill-Komunità fuq dan is-suġġett. L-għan ta' dan l-Ftehim għandu jkun, partikolarment, li jassigura il-fluss ħieles ta' traffiku bejn il-fruntjieri, li jnaqqas differenzi bejn is-sistema ta' tassazzjoni tat-toroq applikati mill-Partijiet Kontraenti u biex jeliminaw xi tgħawwiġ ta' kompetizzjoni li jiġri minħabba differenzi bħal dawn.

3. Jistennew il-konklużjoni ta' negozjati imsemmija fil-paragrafu 2, il-Partijiet Kontraenti għandhom jeliminaw diskriminazzjoni bejn hauliers tal-Komunità jew ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja meta jiġbru taxxi u ħlas fuq iċ-ċirkulazzjoni u/jew pussess ta' vetturi ta' oġġetti tqal kif ukoll taxxi jew ħlas ta' imposti fuq operazzjoni ta' trasport fit-territorju ta' Partijiet Kontraenti.

4. Sal-konklużjoni ta' l-ftehim imsemmija fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 13 xi bidliet proposti wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Ftehim għal-ħlasijiet fiskali, imposti jew spejjeż oħra li jistgħu jkunu applikati lit-traffiku tal-Komunità fi transitu ġewwa r-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja għandhom ikunu suġġetti għal-proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 15

Piżijiet u dimensjoni

1. Ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja taċċetta vetturi tat-toroq li jħarsu l-istandards fuq piż u dimensjoni tal-Komunità li jistgħu jiċċirkulaw b'mod ħieles u mingħajr waqfien f'dan ir-rigward fuq rotot imsemmija fl-Artikolu 5. Sal-31 ta' Diċembru 2002 l-aħħar, vetturi tat-toroq li ma jħarsux l-istandards li jezistu tar-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja ikunu soġġetti għal ħlas speċjali mhix diskriminatorju li jirrifletti d-dannu kawzat b'piż addizzjonali ta' l-assi. Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Ftehim, vetturi equipaġġati b'sospensjoni ta' l-arja jew sistemi ta' sospensjoni equivalenti kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/7/KEE għandhom ikunu suġġetti għal rata imnaqqsa ta' dawn l-ispejjeż speċjali.

2. Ir-Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja għandha tipprova tarmonizza ir-regolamenti li jeżistu u l-istandards ta' kostruzzjoni tat-toroq bil-leġislazzjoni li tipprevali fil-Komunità sat-tmiem l-aħħar ta' l-1997 u għandha tagħmel sforzi kbar għat-titjib tar-rotot li jeżistu imsemmija fl-Artikolu 5 għal dawk ir-regolamenti ġodda u l-istandards fiż-żmien propost, skond il-possibilitajiet fianzjarju tiegħu. Meta dan l-iżvillup hu f'postu l-ħlas speċjali imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu aboliti.

Artikolu 16

L-ambjent

1. Sabiex jipproteġu l-ambjent, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaraw li jintroduċu standards fuq emissjonijiet ta' gas u partiċelli u livelli ta' storbju għall-vetturi ta' oġġetti tqal li jassiguraw livell għoli ta' protezzjoni.

2. Sabiex jipprovdu l-industrija b'informazzjoni ċara u biex tkun inkoraġġita riċerka koordinata, programmazzjoni u produzzjoni, standards nazzjonali eċċezzjonali f'dan il-qasam għandhom ikunu evitati.

Vetturi li jħarsu l-istandards imniżżla minn ftehim internazzjonali ukoll relatata ma' l-ambjent jistgħu joperaw mingħajr aktar restrizzjonijiet fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

3. Għall-iskop li jintroduċu standards ġodda, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaħdmu flimkien biex jilħqu l-oġġettivi imsemmija fuq.

Artikolu 17

Aspetti soċjali

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jarmonizzaw il-leġislazzjoni fuq it-taħriġ ta' personnel ta' haulage tat-toroq, partikolarment b'rispett għat-trasport ta' oġġetti perikuluzi.

2. Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja tara li ssir firmatarja tal-Ftehim Ewropej li jikkonċerna x-xogħol ta' ekwipaġġi ta' vetturi imqabbda fit-trasport tat-toroq internazzjonali (ERTA). Saż-żmien li l-effetti ta' ammissjoni bħal din jinħassu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaraw li jkun hemm armonizzazzjoni fuq il-ħin ta' sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ tax-xufiera u l-komposizzjoni ta' l-ekwipaġġ.

3. Fil-pemdemza ta' l-armonizzazzjoni f'dan il-qasam, il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrikonoxxu l-metodi ta' rekordjar ta' xulxin użati għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni soċjali rispettiva fl-oqsma ta' trasport tat-triq.

4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassiguraw li l-ekwivalenti tal-liġijiet rispettivi tagħhom fuq l-ammissjoni għall-okkupazzjoni ta' operatur ta' haulage tat-triq, għar-rikonoximent minn żewġ naħat.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet relatati mat-traffiku

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiġbru l-esperjenza tagħhom u jippruvaw jarmonizzaw il-leġislazzjoni tagħhom sabiex itejbu l-fluss ta' traffiku matul perjodi peak (fil-weekends, festi pubbliċi, u l-istaġun turistiku).

2. B'mod ġenerali, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu l-introduzzjoni, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni ta' traffiku tat-toroq.

3. Għandhom jippruvaw jarmonizzaw il-leġislazzjoni tagħhom fuq it-trasport ta' oġġetti li jmorru, annimali ħajjin u sostanzi perikuluzi.

4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovaw jarmonizzaw l-assistenza teknika li għandha tkun provduta lix-xufiera, id-disseminazzjoni ta' informazzjoni essenzjali fuq it-traffiku u u kwistjonijiet oħra ta' importanza lit-turisti, u serviżżi ta' emerġenza li jinkludu servizzi ta' ambulanzi.

It-TITOLU V

SIMPLIFIKAZZJONI TA' FORMALITAJIET

Artikolu 19

Simplifikazzjoni ta' formalitajiet

1. Il-Partijiet Kontraenti ftehmu li jissimplifikaw il-fluss ta' oġġetti bil-ferrovija jew bit-toroq, kemm jekk bilaterali jew fit-transitu.

2. Il-Partijiet Kontraenti ftehmu li jibdew in-negozjati biex jikkonkludu ftehim fuq il-faċilitazzjoni ta' kontrolli u l-formalitajiet relatati mat-trasport ta' oġġetti.

3. Il-Partijiet Kontraenti ftehmu, sakemm meħtieġ, li jieħdu azzjoni konġunta fuq, u li tinkoraġġixxi, l-adozzjoni ta' miżuri ta' simplifikazzjoni aktar.

L-Artikolu 20

Kooperazzjoni tad-dwana

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikooperaw sabiex iġibu Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja konformi mal-leġislazzjoni tad-dwana ma' dik tal-Komunità.

2. ooperazzjoni għandha, partikolarment, tinkludi dan li ġej:

- l-iskambju ta' informazzjoni,

- l-introduzzjoni ta' dokument waħdieni amministrattiv,

- l-interkonnezzjoni bejn is-sistema ta' transitu tal-Komunità u dawk taRepubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja,

- l-organizzazzjoni ta' seminars u korsijiet ta' taħriġ.

Il-Komunità għandha tapplika assistenza teknika kif meħtieġa.

It-TITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Tkabbir ta' l-iskop

Jekk wieħed mill-Partijiet Kontraenti jikkonkludi, fuq il-bażi ta' esperjenza fl-applikazzjoni ta' dan l-Ftehim, il-miżuri l-oħra li ma jaqawx taħt l-iskop ta' l-Ftehim huma fl-interess ta' politika koordinata tat-trasport Ewropew u, partikolarment, jistgħu jgħinu biex jsolvu l-problema tat-traffiku tat-transitu, għandu jagħmel suġġerimenti f'dan ir-rispett lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Artikolu 22

Kumitat Konġunt tat-Transport

Il-korp responsabbli għall-kooperazzjoni għandu jkun Kumitat Konġunt ta' Trasport li għandu jkun magħruf bħala "il-Kumitat tat-Trasport "Komunità/iRepubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja'. Il-Kumitat:""

- għandu jkun magħmul minn rapreżentanti maħtura mill-Komunità u Repubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja,

- għandu jintaqa' b'mod alternat fil-Komunità jew iRepubblika li kienet tal-Jugoslavja tal-Maċedonja mill-inqas darba fis-sena u aktar frekwenti fejn neċessarju fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet Kontraenti,

- għandu jwaqqaf ir-regoli ta' proċedura tiegħu,

- għandu jassigura l-implimentazzjoni xieraq tal-Ftehim u, partikolarment:

(a) għandu jtella' pjanijiet għall-kooperazzjoni fuq trasport ferrovjaru u kombinat, riċerka ta' trasport u l-ambjent;

(b) għandu janalizza l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet kontenuti f'dan l-Ftehim u għandu jirrikkommanda miżuri tajbin għal xi problemi possibbli, partikolarment skond l-Artikolu 12(3) u (4);

(ċ) għandu, fl-1999, jara li ssir stima tas-sitwazzjoni rigward l-iżvilupp ta' l-infrastruttura u l-applikazzjonijiet ta' transitu ħieles;

(d) għandu jorganizza xogħol ta' infrastruttura fuq trasport, li jinkludi l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' investimenti u, fejn xieraq, l-iżvilupp tagħhom, jekk neċessarju l-istabbiliment ta' grupp ad hoc ta' esperti speċifikament responsabbli għall-impenn;

(e) għandu jirrisolvi xi tilwimiet li jistgħu jseħħu fuq l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(f) għandu jikoordina il-monitoraġġ, tbassir u xogħol ieħor ta' statistika relatat ma' trasport internazzjonali u partikolarment traffiku ta' transitu;

(g) għandu jikoordina attivitajiet ta' riċerka tat-trasport.

Artikolu 23

Tmiem

Ftehim hu konkluż għall-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2003. Jekk ebda waħda mill-Partijiet Kontraenti ma tagħmel denunżja, fi żmien 12-il xahar ta' notifika effettiva mill-aħħar tas-sena ta' wara, il-Ftehim hu awtomatikament mġedded għall-perjodu ta' sena'.

Artikolu 24

L-Annessi

L-Annessi għandhom jifformaw parti integrali ta' dan l-Ftehim.

Artikolu 25

Lingwi

Dan l-Ftehim hu mtella' doppjament f'kull wieħed mill-lingwi offiċjali tal-Partijiet Kontraenti, kull wieġed mit-testi jkun awtentiku bl-istess mod.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għand jkun konkluż skond il-proċeduri tal-Partijiet Kontraenti stess. Għandu jidħol fis-seħħ hekk kif il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri neċessarji għal dak l-iskop.

--------------------------------------------------