Official Journal L 303 , 06/11/1997 P. 0012 - 0015
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 1997 li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali (Test ta’ rilevanza għaż-Żona ŻEE) (97/747/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar il-miżuri għalbiex jimmonitorjaw ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’annimali ħajjin u fi prodotti mill-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha, Billi l-Anness IV mad-Direttiva 96/23/KE jiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni għall-annimali ħajjin u ċerti prodotti elenkati f’L-Anness II u jafda lill-Kummissjoni bil-kompitu li tistabbilixxihom għal ċerti prodotti oħra mill-annimali; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 dwar il-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet u l-kontrolli veterinarji koperti bid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE [3], iffissat f’L-Anness B il-piżijiet maħsuba għal biex jiżguraw illi jitwettqu l-kontrolli fuq l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali pprovvduti fid-Direttiva 96/23/KE; Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba permezz tal-miżuri nazzjonali eżistenti u t-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni taħt ir-regoli Komunitarji eżistenti, għandhom jiġu ffissati l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni għall-prodotti mill-annimali mhux diġà msemmija f’L-Anness IV mad-Direttiva 96/23/KE; Billi l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni pprovvduti f’din id-Deċiżjoni jridu jkunu integrati fil-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet mhux iktar tard mill-aġġornament skedat għas-sena 1999, li jrid jiġi sottomess qabel il-31 ta’ Marzu 1999; Billi l-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni sabiex jiġu mmonitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom fil-ħalib, fil-bajd, fil-laħam tal-fniek u fil-laħam tal-kaċċa selvaġġa u tal-kaċċa mrobbija u fil-għasel huma ddikjarati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, li tissuplimenta l-livelli u l-frekwenzi ddikjarati f’L-Anness IV mad-Direttiva 96/23/KE. Artikolu 2 Il-livelli u l-frekwenzi riferiti f’ l-Artikolu 1 għandhom jiġu mħarsa fil-pjani aġġornati tal-monitoraġġ sottomessi mill-Istati Membri għas-sena 1999. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Ottubru 1997. Għall-Kuimmissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10. [2] ĠU L 32, tal-5.2.1985, p. 14. [3] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Kapitolu 1 IL-ĦALIB 1. Il-ħalib ta’ l-ifrat A. Il-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni - Kull kampjun uffiċjali għandu jittieħed mill-awtoritajiet kompetenti uffiċjali hekk illi jkun dejjem possibbli li jiġi ttraċċjat lura għar-razzett ta’ l-oriġini tal-ħalib. - Il-kampjuni jistgħu jittieħdu, skond l-għażla ta’ l-Istati Membri: (a) jew fil-livell tar-razzett mit-tank tal-ġbir, (b) jew fil-livell ta’ l-industrija tal-ħalib qabel ma tiġi skarikata l-vettura bit-tank tal-massa. - Tista’ tiġi aċċettata deroga mill-prinċipju ta’ hawn fuq tat-traċċjabbiltà għar-razzett ta’ l-oriġini għas-sustanzi jew il-fdalijiet elenkati fil-grupp B 3 (a), (b) u (ċ) t’ l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE. - Il-kampjuni jridu jittieħdu biss minn ħalib mhux maħdum. Id-daqs tal-kampjun irid jiddependi mill-metodi analitiċi wżati. B. Il-livell u l-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni In-numru annwali tal-kampjuni huwa ta’ 1 għal kull 15000 tunnellata metrika tal-produzzjoni annwali tal-ħalib, b’minimu ta’ 300 kampjun. Irid jiġi rrispettat it-tqassim wieħed wieħed li ġej: (a) 70 % tal-kampjuni jridu jiġu eżaminati għall-preżenza tal-fdalijiet tad-drogi veterinarji. F’dan il-każ, kull kampjun irid jiġi ttestjat għal mill-inqas 4 komposti differenti minn mill-inqas tliet gruppi minn fost il-gruppi A 6, B 1, B 2 (a) u B 2 (e) ta’ l-Anness I mad-Direttiva. (b) 15 % tal-kampjuni jridu jiġu ttestjati għall-preżenza tal-fdalijiet iddiżinjati fil-grupp B 3 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 96/23/KE. (ċ) Il-bilanċ (15 %) irid jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta’ l-Istat Membru. 2. Il-ħalib minn speċji oħra (bovin, kaprin, ekwin) In-numru tal-kampjuni għal dawn l-ispeċji jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skond il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati. Il-ħalib minn dawn l-ispeċji jrid jiġi inklużi fil-pjan tat-teħid tal-kampjuni bħala kampjuni addizzjonali ma’ dawk meħuda mill-ħalib ta’ l-ifrat. KAPITOLU 2 IL-BAJD 1. Il-Bajd tat-tiġieġ A. Il-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni - Kull kampjun uffiċjali għandu jittieħed mill-awtoritajiet kompetenti uffiċjali hekk illi jkun dejjem possibbli li jiġi ttraċċjat lura għar-razzaett ta’ l-oriġini tal-bajd. - Il-kampjuni, skond il-għażla ta’ l-Istati Membri, jistgħu jittieħdu: (a) jew fil-livell tar-razzett; (b) jew fil-livell taċ-ċentru tal-pakkjar. - Id-daqs tal-kampjun huwa mill-inqas ta’ 12-il bajda jew iktar, skond il-metodi analitiċi wżati. B. Il-livell u l-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni In-numru tal-kampjuni li jrid jittieħed kull sena jrid ikun mill-inqas egwali għal 1 fil-1000 tunnellata metrika tal-produzzjoni annwali tal-bajd għall-konsum, b’minimu ta’ 200 kampjun. It-tqassim wieħed wieħed tal-kampjuni jista’ jiġi deċiż minn kull Stat Membru skond il-binja ta’ l-industrija tiegħu, b’mod partikolari rigward il-livelli ta’ integrazzjoni ġewwa fih. Mill-inqas 30 % tal-kampjuni jridu jinġabru miċ-ċentri tal-ippakkjar li jirrapreżentaw il-proporzjon l-iktar sinifikanti tal-bajd fornut għall-konsum mill-bniedem. Irid jiġi rispettat it-tqassim wieħed wieħed li ġej: - 70 % tal-kampjuni jridu jiġu ttestjati għal mill-inqas kompost wieħed minn kull grupp li ġej: il-gruppi A 6, B 1 u B 2 (b) imsemmija f’L-Anness II mad-Direttiva 96/23/KE. - 30 % tal-kampjuni jridu jiġu allokati skond is-sitwazzjoni fl-Istat Membru individwali, imma jridu jinkludu wħud mill-analiżijiet għas-sustanzi fil-Grupp B 3 (a) t’ l-Anness I. 2. Il-bajd minn speċji oħra ta’ tjur In-numru tal-kampjuni għal dawn l-ispeċji jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skond il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati. Il-bajd minn dawn l-ispeċji jrid jiġi inkluż fil-pjan tat-teħid tal-kampjuni bħala kampjuni addizzjonali għal dawk meħuda għall-bajd tat-tiġieġ. Il-KAPITOLU 3 IL-LAĦAM TAL-FNIEK U L-LAĦAM TAL-KAĊĊA SELVAĠĠA U TAL-KAĊĊA MROBBIJA 1. Il-Laħam tal-Fniek A. Il-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni Kampjun jikkonsisti minn annimal wieħed jew iktar minn għand l-istess produttur, skond il-ħtiġiet tal-metodi analitiċi. - Kull kampjun uffiċjali jrid jittieħed mill-awtoritajiet kompetenti uffiċjali hekk illi jkun dejjem possibbli li jiġi ttraċċjat lura għar-razzett ta’ l-oriġini tal-fniek. - Il-kampjuni, skond il-binja tal-produzzjoni tal-fniek f’kull Stat Membru, jistgħu jittieħdu: (a) jew fil-livell tar-razzett, (b) jew fil-livell tal-biċċeriji rreġistrati (fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE [1]). Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 96/23/KE, jistgħu jittieħdu xi kampjuni addizzjonali ta’ l-ilma tax-xorb u tal-għalf fil-livell tar-razzett, għall-kontroll tas-sustanzi illegali. B. Il-frekwenza u l-livell tat-teħid tal-kampjuni In-numru tal-kampjuni li jridu jittieħdu kull sena jrid ikun egwali għal 10 kull 300 tunnellata metrika tal-produzzjoni annwali (piż mejjet) għall-ewwel 3000 tunnellata metrika tal-produzzjoni, u kampjun wieħed għal kull 300 tunnellata metrika addizzjonali. Irid jiġi rrispettat it-tqassim wieħed wieħed li ġej: (ir-referenza hija għal l-Anness I mad-Direttiva 96/23/KE): - il-Grupp A: 30 % tan-numru totali tal-kampjuni, 70 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp A 6, 30 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tas-sub-gruppi l-oħra tal-Grupp A. - il-Grupp B: 70 % tan-numru totali tal-kampjuni 30 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp B 1 30 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp B 2 10 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp B 3 Il-bilanċ irid jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta’ l-Istat Membru. Dawn iċ-ċifri jridu jiġu riveduti fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. 2. Il-Kaċċa mrobbija A. Il-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni Id-daqs tal-kampjun irid jiddependi mill-metodu analitiku wżat. Il-kampjuni jridu jittieħdu fil-livell ta’ l-unità tal-ipproċessar. Irid ikun possibbli li jiġu ttraċċjati l-annimali jew il-laħam tagħhom lura għar-razzett ta’ l-oriġini. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 96/23/KE, jistgħu jittieħdu xi kampjuni addizzjonali ta’ l-ilma tax-xorb u tal-għalf fil-livell tar-razzett għall-kontroll tas-sustanzi illegali. B. Il-livell u l-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni In-numru tal-kampjuni li jrid jittieħed kull sena jrid ikun mill-inqas ugwali għal 100 kampjun. Irid jiġi rispettat it-tqassim wieħed wieħed li ġej: - il-Grupp A: 20 % tan-numru totali tal-kampjuni, Il-maġġoranza tal-kampjuni trid tiġi analizzata għall-komposti tal-grupp A 5 u tal-grupp A 6. - il-Grupp B: 70 % tan-numru totali tal-kampjuni. It-tqassim wieħed wieħed irid ikun: 30 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp B 1, 30 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp B 2 (a) u (b), 10 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp B 2 (ċ) u (e), 30 % iridu jiġu ċċekkjati għas-sustanzi tal-Grupp B 3. Il-bilanċ (10 %) irid jiġi allokat skond l-esperjenza ta’ l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni biċ-ċifri korrispondenti għall-produzzjoni nazzjonali tagħhom tal-laħam tal-kaċċa mrobbija ddiżinjat għall-konsum uman. Fid-dawl ta’ dan it-tagħrif, iċ-ċifri ta’ hawn fuq iridu jiġu riveduti fi żmien sena wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. 3. Il-Kaċċa selvaġġa A. Il-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni Id-daqs tal-kampjun irid jiddependi mill-metodu analitiku wżat. Il-kampjuni jridu jittieħdu fil-livell ta’ l-unità tal-proċessar jew fuq il-post tal-kaċċa. Irid ikun possibbli illi l-annimali jiġu ttraċċjati lura għar-reġjun minn fejn kienu kkaċċjati. B. Il-frekwenza u l-livell tat-teħid tal-kampjuni. In-numru tal-kampjuni li jrid jittieħed kull sena irid ikun mill-inqas ugwali għal 100 kampjun. Dawn il-kampjuni jridu jittieħdu għalbiex jiġu analizzati l-fdalijiet ta’ l-elementi kimiċi. L-Istati Membri jridu jipprovdu lill-Kummissjoni biċ-ċifri korrispondenti mal-produzzjoni nazzjonali annwali tagħhom tal-kaċċa selvaġġa ddiżinjata għall-konsum mill-bniedem. Fid-dawl ta’ dan it-tagħrif, iċ-ċifri ta’ hawn fuq iridu jiġu riveduti fi żmien sena mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-KAPITOLU 4 L-GĦASEL A. Il-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni Id-daqs tal-kampjun irid jiddependi mill-metodu analitiku wżat. Il-kampjuni jistgħu jittieħdu f’kull punt fil-katina tal-produzzjoni, sakemm ikun possibbli li l-għasel jiġi ittraċċjat lura għall-produttur oriġinali. B. Il-livell u l-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni In-numru tal-kampjuni li jrid jittieħed kull sena jrid ikun mill-inqas ugwali għal 10 għal kull 30 tunnellata metrika tal-produzzjoni annwali għall-ewwel 3000 tunnellata metrika tal-produzzjoni u kampjun wieħed għal kull 300 tunnellata metrika addizzjonali. Irid jiġi rrispettat it-tqassim wieħed wieħed li ġej: - il-Grupp B 1 u l-Grupp B 2 (ċ): 50 % tan-numru totali tal-kampjuni, - il-Grupp B 3 (a), (b) u (ċ): 40 % tan-numru totali tal-kampjuni. Il-bilanċ (10 %) irid jiġi allokat skond l-esperjenza ta’ l-Istati Membri. B’mod partikolari, tista’ tingħata konsiderazzjoni lill-mikotossini. [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 41. --------------------------------------------------