Official Journal L 295 , 29/10/1997 P. 0037 - 0038
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-14 ta' Ottubru 1997 dwar l-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin, laħam frisk u prodotti tal-laħam mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Groenlandja li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (Test b'relevanza ŻEE) (97/736/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi marbuta mas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat u l-majjali kif ukoll laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi ([1]), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/91/KE ([2]), u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ([3]), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/160/KE ([4]), tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, tal-majjali, tar-razza taż-żwiemel, tan-nagħaġ u l-mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam; Billi, wara l-missjoni veterinarja mill-Komunità, jidher li r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja hija mgħammra b'servizzi veterinarji mibnija u organizzati tajjeb; billi l-pjan tar-residwi ġie ppreżentat u miftiehem mill-Istati Membri; Billi l-vaċċinazzjoni kontra d-deni klassiku fil-majjali hija mwettqa fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavia; billi d-deni klassiku fil-majjali jista' jseħħ minn żmien għal żmien; billi, għalhekk, l-importazzjoni tal-majjali minn dak il-pajjiż m'għandhiex għalhekk tkun awtorizzata; Billi r-Repubblika Federali tal-Jugoslavia għandha tiżdied mal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, tar-razza taż-żwiemel, tan-nagħaġ u l-mogħoż, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam; Billi l-Groenlandja għandha tiżdied mal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' nagħaġ u mogħoż; Billi d-Deċiżjoni 79/542/KEE għanda tkun emendata kif xieraq; Billi l-kondizzjonijiet speċifiċi dwar is-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, tal-majjali, tar-razza taż-żwiemel, tan-nagħaġ u l-mogħoż, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam għandhom jiġu stabbiliti f'deċiżjonijiet oħra skond is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fil-pajjiżi terzi kkonċernati; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja ta': (a) l-annimali ħajjin, apparti milli l-majjali; (b) laħam frisk mill-ispeċi ta' l-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-majjali u dawk ta' difer wieħed; u (ċ) l-prodotti tal-laħam. 2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mill-Groenlandja ta' l-annimali ta' l-ispeċi tan-nagħaġ u l-mogħoż. 3. L-importazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iwettqu l-kriterji relevanti dwar l-annimali u s-saħħa tagħhom. Artikolu 2 Il-Parti I ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tkun emendata kif ġej: 1) Il-linja li ġejja għandha tiddaħħal bi qbil ma' l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO: FY |Repubblika Federali tal-Jugoslavja |x |x |x |x |x |x |x |x |o |x |(1) | | |XR | | | 2) Il-linja | | | | | | | | | | | | | | | | | |GL |Groenlandja |x |x |o |x |x |x |o |o |o |x |(1) | | |XR | | |hija mibdula bi | | | | | | | | | | | | | | | | | |GL |Groenlandja |x |x |o |x |x |x |o |x |o |x |(1) | | |XR | | | Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 14 ta' Ottubru 1997. Għall-Kummissjoni Franz FISCHLER Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, p. 28. [2] ĠU L 13, tas-16. 1. 1997, p. 26. [3] ĠU L 146, tal-14. 6. 1979, p. 15. [4] ĠU L 62, tal-4. 3. 1997, p. 39.