31997D0685



Official Journal L 287 , 21/10/1997 P. 0054 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’Ottubru 1997

li temenda d-Deċiżjoni 92/160/KEE li tistabbilixxi r-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjizi terzi għall-importazzjoni ta’ equidae b’relazzjoni ma’ l-importazzjoni ta’ equidae mir-Russja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(97/685/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) taghha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/350/KE [3], li tistabbilixxi r-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importi ta’ equidae; billi din ir-reġjonalizzazzjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali ta’ pajjiż terz;

Billi l-awtoritajiet veterinari kompetenti tar-Russja pprovdew garanziji biżżejjed għall-ħelsien minn dourine tal-provinċja ta’ Kaliningrad tal-Federazzjoni Russa; billi għalhekk id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE għandha tiġi emendata;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-kelma "Kaliningrad" hija mdaħħla wara l-kliem "il-provinċji ta’" fl-ewwel inċiż tal-parti li tirrigwardja r-Russja fl-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 92/160/KEE.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’Ottubru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[3] ĠU L 150, tas-7.6.1997, p. 44.

--------------------------------------------------