31997D0523



Official Journal L 215 , 07/08/1997 P. 0048 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Lulju 1997

dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ġenerali ta’ twaħħil għat-telekomunikazzjonijiet digitali imsaħħa mingħajr fil (DECT) (it-tieni edizzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/523/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April, 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward apparat terminali tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ din,

Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta’ apparat terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni assoċjata magħha dwar il-qasam ta’ l-applikazzjoni tagħha;

Billi n-normi armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li jridu jitbiddlu f’regolamenti tekniċi komuni;

Billi biex tkun żgurata kontinwità ta’ aċċess għal swieq għal manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet ta’ transizzjoni rigward apparat li hu approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/471/KE [3];

Billi d-Deċiżjoni 94/471/KE għandha tkun revokata b’effett mill-aħħar tal-perjodu ta’ transizzjoni;

Billi r-regolament tekniku komuni adottat f’din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta’ l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal apparat terminali tar-radju b’telekomunikazzjonijiet diġitali mtejba bla fili (DECT) li jopera fil-faxxa ta’ frekwenza minn 1880 sa 1900 Mhz u li jidħol fl-iskop tan-norma armonizzata identifikata fl-Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ġenerali ta’ twaħħil għal apparat terminali li għalih jirreferi l-paragrafu 1.

Artikolu 2

1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi n-norma armonizzata mħejjija mill-korp rilevanti ta’ standardizzazzjoni li jimplimenta sal-punt safejn ikunu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(ċ), (d), (e) u (f) tad-Direttiva 91/263/KEE. Ir-riferenza għan-norma hija mniżżla fl-Anness.

2. L-apparat terminali kopert b’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni li għalih jirreferi l-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/263/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta’ kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5].

Artikolu 3

Il-korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/263/KEE għandhom, rigward apparat terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu tan-norma armonizzata li għaliha jirreferi l-Artikolu 2(1) l-iktar tard fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1. Id-Deċiżjoni 94/471/KE għandha tkun revokata b’effett mid-data ta’ sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

2. L-apparat terminali, approvat skond id-Deċiżjoni 94/471/KE jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq u jkun imħaddem basta iżda li approvazzjoni bħal din tingħata mhux iktar tard minn sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Lulju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 128, tat-23.5.1991, p. 1.

[2] ĠU Nru L 220, tal-31.8.1993, p. 1.

[3] ĠU Nru L 194, tad-29.7.1994, p. 89.

[4] ĠU Nru L 77, tat-26.3.1973, p. 29.

[5] ĠU Nru L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Riferenza għan-norma armonizzata applikabbli

In-norma armonizzata li għaliha jirreferi l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tkun:

Tagħmira u sistemi tar-radju (RES); telekomunikazzjonijiet digitali imsaħħa mingħajr fil (DECT); l-ħtiġiet ġenerali ta’ twaħħil għal apparat terminali

ETSI

Istitut Ewropew għal Normi fit-Telekomunikazzjonijiet

Segretarjat ta’ ETSI

TBR 6, It-Tieni Edizzjoni - Jannar 1997

(minbarra d-daħla)

Tagħrif addizzjonali

L-Istitut Ewropew għan-Normi fit-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1]

In-norma armonizzata li għaliha jirreferi hawn fuq kienet prodotta skond mandat maħruġ fi qbil ma’ proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE.

It-test sħiħ tan-norma armonizzata li għaliha jirreferi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand:

L-Istitut Ewropew għan-Normi fit-Telekomunikazzjonijiet 650, Route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis Cedex. | Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31, 1/7) Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel. |

[1] ĠU Nru L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

--------------------------------------------------