Official Journal L 198 , 25/07/1997 P. 0031 - 0032
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsam l-ankri tal-plastik għall-użu fil-konkos u l-ġebel (Test b’rilevanza Ftehim ŻEE) (97/463/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (4) tiegħu, Filwaqt li l-Kummissjoni hi meħtieġa tagħżel, għal bejn iż-żewġ prodotti taħt l-Artikolu 13 (3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tattesta l-konformità ta’ prodott, ‘il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà; filwaqt li dan ifisser li hu meħtieġ li wieħed jiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13 (4), l-intervent ta’ korp ċertifikat approvat hux meħtieġ għal dak l-iskop; Billi l-Artikolu 13 (4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita trid tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniki; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; Billi ż-żewġ proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 13 (3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III li jinab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li permezz tagħhom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu mplimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi; Filwaqt li l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13 (3) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiliatjiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13 (3) tikkorrispondi għas-sistemi stipulati fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibilità, mas-sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodotti stipulati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura, fejn, flimkien mas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-manifattur, korp ta’ ċertifikazzjoni approvat jiġi nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu. Artikolu 2 Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness III għandha tiġi ndikata fil-mandati għall-linji ta’ gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I L-ankri tal-plastik għall-użu fil-konkos u fil-ġebel: għall-użu f’sistemi, bħal sistemi ta’ faċċata, għat-twaħħil jew għall-appoġġ ta’ elementi li jikkontribwixxu għall-istabilità tas-sistemi. -------------------------------------------------- L-ANNESS II FAMILJA TAL-PRODOTTI L-ankri tal-plastik għall-użu fil-konkos u fil-ġebel(1/1) Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità Għall-prodott(i) u l-utilità(jiet) maħsuba elenkati hawn taħt, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) hi mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja/in ta’ attestazzjoni ta’ konformità fil-Linja ta’ Gwida rilevanti għall-Approvazzjoni Teknika Ewropea: Prodott(i) | Użu/i maħsub/a | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni ta’ sistema(i) tal-konformità | Ankri tal-plastik għall-użu fil-konkos u fil-ġebel | Għall-użu f’sistemi, bħal sistemi ta’ faċċata, għat-twaħħil jew l-appoġġ ta’ elementi li jikkontribwixxu għall-istabilità tas-sistemi | | 2 + | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettieq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward. --------------------------------------------------