31997D0360



Official Journal L 155 , 12/06/1997 P. 0060 - 0060


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-24 ta’ Marzu 1997 [1]

li tikkonċerna l-eliminazzjoni tad-dazji minn fuq xi xorb alkoholiku

(97/360/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitàjiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 113, flimkien ma’ l-Artikolu 228 (2) l-ewwel sentenza, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-eliminazzjoni tat-tariffi mill-Istati Uniti u l-Komunità Ewropa hi kkunsidrata bħala ta’ benefiċċju totali;

Billi l-Istati Uniti u l-Komunitàjiet Ewropej ippreparaw Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim fuq xorb alkoholiku; billi l-Ftehim jinkludi modifiki għal Skeda KE-Spirti CXL li għandha tiġi sottomessa lill-Organizzazzjoni għall-Kummerċ Dinji;

Billi l-Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Komunitàjiet Ewropej fuq xorb alkoholiku għandu jiġi approvat f’isem il-Komunit,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar xorb alkoħoliku huwa b’hekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata biex tissottometti lill-Organizzazjoni għall-Kummerċ Dinji il-modifiki għall-iskeda tal-Komunità kif preskritt fl-Iskeda KE-Spirti CXL li tinsab fil-Ftehim hawn mehmuż.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jinnomina l-persuna li jkollha l-poter li tiffirma l-Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej.

Magħmhula fi Brussels, fl-24 ta’ Marzu 1997.

F’isem il-Kunsill

Il-President

H. Van Mierlo

[1] It-test konsolidat ta’ din id-Deċiżjoni jinkorpora l-korrezzjonijiet approvati mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 1997.

--------------------------------------------------