31997D0301



Official Journal L 129 , 21/05/1997 P. 0022 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' April 1997

dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea ta' Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Ġeorġja, mill-parti l-oħra

(97/301/ECSC, EC, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolati l-Artikolu 113, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Billi, sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Ġeorġja, mill-parti l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta' April 1996, huwa xieraq li japprova, għan-nom tal-Komunità Ewropea, il-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, mill-parti l-waħda, u l-Ġeorġja, mill-parti l-oħra,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, mill-parti l-waħda, u l-Ġeorġja, mill-parti l-oħra, flimkien ma' l-Annessi tiegħu, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' l-Att Finali, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea.

It-testi ta' l-istrumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità Ewropea, jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 32 tal-Ftehim Interim [2].

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Van Mierlo

[1] ĠU C 115, ta' l-14.4.1997.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------