Official Journal L 097 , 12/04/1997 P. 0012 - 0026
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta Marzu 1997 li tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Kummissjoni (97/245/KE, Euratom) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta'Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta' l-istess, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet infushom [2], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1355/96 [3], u partikolarment l-Artikoli 6 u 17 ta' l-istess, Wara li kkonsultat lill-Kumitat ta' Pariri dwar Riżorsi Tagħhom, Billi, fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1355/96, il-Kunsill adotta dispożizzjonijiet iddisinjati biex itejbu ċerti partijiet ta' l-arranġamenti għall-Istati Membri biex jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar azzjoni li jkunu ħadu biex jirkupraw riżorsi tagħhom, partikolarment fejn ikunu involuti frodi u irregolaritajiet; Billi dan it-titjib jikkonċerna prinċipalment il-produzzjoni ta' kull xahar u ta' kull tliet xhur tas-sena ta'prospetti tal-kontijiet ta' riżorsi tagħhom, id-deskrizzjoni ta' każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa mikxufa li jinvolvu intitolament ta' iktar minn 10000 ECU u l-kontenut tar-rapport ta' kull sena; Billi d-dettalji ta' dawn il-proċeduri ta' rappurtaġġ għandhom ikunu stipulati mill-Kummissjoni wara li jkun ġie kkonsultat il-Kumitat Ta' Pariri dwar Riżorsi Tagħhom; Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw tul ta' żmien adattat biex japplikaw il-proċeduri ta' rappurtaġġ; ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli li jinsabu fl-Annessi I, II u III biex isiru r-rapporti ta' kull xahar u ta' kull tliet xhur prospett tal-kontijiet ta' riżorsi tagħhom li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3)(a) u (3) (b) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89. 2. L-ewwel prospetti prodotti bl-użu ta' mudelli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk għal April 1997 għall-prospett ta' kull xahar u għat-tieni tliet xhur ta' l-1997 għall-prospettat ta' kull tliet xhur. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formula mudell tal-frodi u jaġġornaw il-formula fl-Annessi IV u V għad-deskrizzjonijiet tal-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet misjuba li jinvolvu intitolamenti għal iktar minn 10000 ECU u dettalji tal-pożizzjoni rigward każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa rrappurtati lill-Kummissjoni fejn ma kinux indikati iktar kmieni l-irkupru, il-kanċellazzjoni jew in-nuqqas ta'irkupru, kif msemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89. 2. L-ewwel formula tal-frodi u aġġornamenti li għandhom ikunu prodotti bl-użu tal-mudelli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu f'April 1997. Artikolu 3 1. Il-mudell fl-Anness VI għandu jkun użat għar-rapport annwali fuq il-problemi l-iktar importanti li jinqalgħu mill-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 17(3) ta' dak ir-Regolament. 2. L-ewwel rapport li għandu jkun prodott bl-użu tal-mudell li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat sat-30 ta' April 1997. Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 1997 dwar id-dipartimenti u l-aġenziji responsabbli għall-produzzjoni ta' stqarrijiet, formuli u rapporti koperti b'din id-deċiżjoni. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula f'Brussels, fl-20 ta' Marzu 1997. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 293, tat-12.11.1994, p. 9. [2] ĠU L 175, tat-13.7.1996, p. 3. [3] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV FORMULA TAL-FRODI formula ta' informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (DG XIX) li tagħti deskrizzjoni tal-każijiet ta' frodi u irregolaritaliet diġa misjuba, li jinvolvu intitolament ta' iktar minn 10000 ECU IDENTIFIKAZZJONI TAL-FORMULA BAŻIKA: 0 L-Istat Membru: 0.0 Numru serjali tal-każ [1]: 0.1 Ta' kull tliet xhur tas-sena perjodu ta' riferenza: 0.2 Data tat-trażmissjoni: 0.3 Dipartiment jew aġenzija li għamel/għamlet l-istabbiliment: DESKRIZZJONI TAL-KAŻ 1 Oġġetti involuti: 1.0 Deskrizzjoni kummerċjali: 1.1. Tariffa ta' l-intestatura [2]: 1.1.1 iddikkjarata: 1.1.2 stabbilita: 1.1.3 meqjusa: 1.2 Oriġini: 1.2.1 iddikkjarat: 1.2.2 stabbilit: 1.2.3 meqjus: 1.3 Ġej minn: 1.3.1 iddikkjarat: 1.3.2 stabbilit: 1.3.3 meqjus: 1.4 Kwantità: 1.4.1 iddikkjarata: 1.4.2 stabbilita: 1.4.3 meqjusa: 1.5 Valur: 1.5.1 iddikkjarat: 1.5.2 stabbilit: 1.5.3 meqjus: 2 Tip ta' frodi u/jew irregolarità: 2.1 Indikazzjoni: 2.2 Proċeduri tad-Dwana jew trattament konċernat: 3 Deskrizzjoni konċiża tal-mekkaniżmu tad-dwana: 4 Ordni preżunta ta' kobor ta' riżorsi tagħhom evażi jew ammont żatt: 4.1 stmat: 4.2 stabbilit: 4.3 irkuprat: 5 Tip ta' verifika li wassal għall-kxif: 5.1 metodu: 5.2 rimarki: 6 Stadju milħuq fi proċedura u, fejn xieraq, dettalji ta' l-istabbiliment: - data ta' l-istabbiliment: - kodiċi amministrattiv: - Kodiċi finanzjarju: 7 Każijiet diġa notifikati taħt arranġamenti ta' għajnuna reċiproka (Regolamenti (KEE) Nru 1468/81 u (KEE) Nru 945/87): Referenza MA: 8 Miżuri meħuda jew ippjanati biex jevitaw ir-rikorrenza tal-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa misjuba: 9 9.1 L-Istati Membri involuti: 9.2 Operaturi konċernati (fakoltattiv): 10 Informazzjoni oħra: 10.1 Ħieles: 10.2 Riservat: [1] Il-każijiet għandhom ikunu ennumerati mill-Istati Membri f'sekwenza annwali skond il-format li ġej: OR/MS/99/999999/0. Għall-Istati Membri li ma jipproduċux sekwenza annwali waħda imma sekwenzi għal dipartimenti reġjonali, l-ewwel tnejn mis-sitt ċifri jidentifikaw id-dipartiment reġjonali konċernat. [2] Skond in-nomenklatura kombinata pprovduta bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (ĠU Nru L 256, tas-7.9.1987). -------------------------------------------------- ANNESS V +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS VI +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------