31997D0221



Official Journal L 089 , 04/04/1997 P. 0032 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Frar 1997

li tistipula l-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ bhejjem u abbozzi ta’ ċertifikati veterinarji fir-rigward ta’ prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi u li tirrevoka Deċiżjoni Nru 91/449/KEE

(Test b’rilevanza għall-Ftehim ŻEE)

(97/221/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, majjali, ovini u kaprini, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/91/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 21(a) u 22 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992, li tistipula ħtiġiet ta’ saħħa tal-bhejjem u saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stipulati f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm riferenza għalihom fl-Anness A (1) li jinsab mad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE [3] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/90/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(ċ),

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/68/KE [6], tiddefinixxi prodott tal-laħam billi tistipula l-ħtiġiet minimi ta’ trattament;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/449/KEE [7] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/92/KE [8] tistipula l-abbozzi ta’ ċertifikati ta’ saħħa ta’ l-bhejjem fir-rigward ta’ prodotti tal-laħam ta’ bhejjem bovini, majjali, equidae, ngħaġ u mogħoż importati minn pajjiżi terzi;

Billi huwa meħtieġ li jiġu stipulati kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-bhejjem u abbozzi ta’ ċertifikati veterinarji għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam manifatturat minn laħam ta’ tjur imrobbija, fniek domestiċi u laħam ta’ tjur selvaġġi minn pajjiżi terzi;

Billi l-kategoriji ta’ prodotti tal-laħam li jistgħu jiġu importati minn pajjiżi terzi jiddependu fuq is-sitwazzjoni ta’ saħħa tal-pajjiż terz jew partijiet minn pajjiż terz ta’ manufattura; billi, sabiex ikunu jistgħu jiġu importati, ċerti prodotti tal-laħam għandhom ikunu ġew soġġetti għal trattament partikolari;

Billi lista ta’ pajjiżi terzi li Stati Membri jimportaw prodotti tal-laħam minn għandhom hija stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [9];

Billi huwa meħtieġa li jiġu stipulati l-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-bhejjem u ċertifikat meħtieġ għall-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-pajjiż terz li jimmanifatturhom; billi sabiex tkun iċċarata u ssimplifikata l-leġislazzjoni tal-Komunità, huwa ġustifikat li jiġu miġbura flimkien il-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa għal importazzjonijiet ta’ kategoriji varji ta’ prodotti tal-laħam u li tiġi revokata d-Deċiżjoni 91/449/KEE;

Billi dawn il-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-bhejjem u ċertifikazzjoni veterinarja japplikaw mingħajr preġudizzju għall-kondizzjoni li jkun ġie approvat programm ta’ ittestjar ta’ residwi għall-pajjiż terz konċernat taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [10], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/160/KE [11];

Filwaqt li l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

1. id-definizzjoni ta’ prodotti tal-laħam stipulata fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 77/99/KEE għandha tgħodd;

2. il-laħam jew prodotti tal-laħam użati fil-manifattura tal-prodotti tal-laħam għandhom ikunu ġew miksubin minn:

- tajr domestiku ta’ l-ispeċi segwenti: tajr domestiku, dundjani, farawni, wiżż u papri,

jew

- bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi segwenti: annimali bovini (li jinkludu Bubalus bubalis, Bison bison), majjali, ngħaġ, mogħoż u solipedi,

jew

- tjur imkabbra u fniek domestiċi kif iddefinit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE [12],

jew

- tjur selvaġġi kif definiti fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE ( [13]).

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam:

1. li jkunu ġejjin mill-ispeċi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1;

u:

2. (a) jew

li joriġinaw minn pajjiżi terzi mniżżla f’Taqsima II ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE, jew partijiet minn pajjiżi terzi kif definiti fit-Taqsima I ta’ l-Anness li jinsab ma’ l-istess deċiżjoni, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-prodotti tal-laħam ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin minn speċi waħda jew aktar li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fit-Taqsima IV ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE;

(b) jew

li joriġinaw minn pajjiżi terzi, elenkati fit-Taqsimiet II u II ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE, jew partijiet minn pajjiżi terzi, kif definiti fit-Taqsima I ta’ l-Anness li jinsab ma’ l-istess Deċiżjoni, taħt waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-prodotti tal-laħam ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam miksubin minn speċi waħda kif awtorizzat taħt il-kolonna rilevanti li tindika l-ispeċi konċernata u li tkun ġiet soġġetta għall-inqas għar-reġim tat-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta’ dik l-ispeċi kif stipulat fit-Taqsima IV ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE,

- il-prodotti tal-laħam ikun fihom laħmijiet friski, ipproċessati jew ipproċessati parzjalment minn aktar minn speċi waħda li jiġu mħallta qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom. Dan it-trattament finali għandu jkun għall-inqas daqs l-aktar trattament strett kif stipulat fit-Taqsima IV ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE, għal kull wieħed mill-kostitwenti ta’ laħam individwali għall-ispeċi konċernata,

- il-prodotti finali tal-laħam jiġu mħejjija bit-taħlita ta’ laħam ittrattat minn qabel minn aktar minn speċi waħda, it-trattament ta’ qabel li jkun għadda minnu kull kostitwent għandu jkun għall-inqas daqs it-trattament rilevanti kif stipulat fit-Taqsima IV ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE, għall-ispeċi ta’ laħam konċernata.

It-trattamenti murija fit-Taqisma IV ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE jirrappreżentaw il-kondizzjonijiet minimi ta’ pproċessar aċċettabbli għall-għanijiet ta’ saħħa ta’ l-bhejjem għal laħam ta’ l-ispeċi konċernata mill-pajjiżi indikati;

3. il-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ saħħa pubblika relevanti meħtieġa għall-importazzjoni ta’ dak il-laħam ġewwa l-Komunità.

Artikolu 3

Il-prodotti tal-laħam msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet preskritti fl-abbozz taċ-ċertifikat ta’ saħħa fl-Anness. Dan iċ-ċertifikat għandu jakkompanja l-kunsinna u għandu jkun debitament mimli u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 91/449/KEE hija rrevokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Marzu 1997.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 26.

[3] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[4] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 24.

[5] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

[6] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 10.

[7] ĠU L 240, tad-29.8.1991, p. 28.

[8] ĠU L 21, tas-27.1.1996, p. 71.

[9] Ara paġna 39 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[10] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[11] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 39.

[12] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 41.

[13] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------