Official Journal L 073 , 14/03/1997 P. 0019 - 0023
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti ta’ l-injam għal użu strutturali u prodotti anċillari (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (97/176/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata mid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha, Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tattesta l-konformità ta’ prodott, ‘il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà; billi dan ifisser li hu neċessarju li wieħed jiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hija kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għal attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità mal-kriterji msemmija f’ l-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni approvat hi meħtieġa għal dak l-iskop; Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk determinata għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; Billi ż-żewġ proċeduri li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettall fl-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE; billi hu neċessarju għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati b’ referenza għal l-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, ladarba l-Anness III jagħti preferenza lil xi sistemi; Billi l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi provduti fl-ewwel possibbilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u fit-tieni u t-tielet possibbilitajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi mqiegħda fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbilità, għas-sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III; Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodotti u l-familji tal-prodotti provduti fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika li tassigura li l-prodott hu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti. Artikolu 2 Il-prodotti provduti fl-Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li permezz tagħha, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni hu involut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni tal-prodott inniffsu. Artikolu 3 Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif provdut fl-Anness III għandha tiġi indikata fil-mandati għal standards armonizzati. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Frar 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] () ĠU Nru L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] () ĠU Nru L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Qafliet għall-prodotti ta’ l-injam għal użu strutturali Konnetturi għall-injam konnetturi split ring, tuqqali f’ forma ta’ ċilindru ta’ l-azzar u ta’ l-injam, viti ta’ l-injam, threaded bolts, imsiemer ta’ l-injam. Dawn il-prodotti jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Prodotti solidi ta’ l-injam għal użu strutturali Elementi Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, traversi, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizz, rafters, kolonni, arbli, munzelli. Kitts Ħemliet, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet. Dawn il-prodotti jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. Arbli ta’ l-injam Prodotti strutturali laminati mwaħħla bil-kolla u prodotti oħra ta’ l-injam imwaħħla bil-kolla Elementi Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizz, rafters, kolonni, arbli, munzelli. Kitts Irfid, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet. Dawn il-prodotti jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. -------------------------------------------------- L-ANNESS III IL-FAMILJA TAL-PRODOTT PRODOTTI TA’ L-INJAM GĦAL UŻU STRUTTURALI (1/3) Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsuba elenkati taħt, CEN/Cenelec (Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni/Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja/in ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati rilevanti: Prodott(i) | Użu(ijiet) maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ rejazzjoni għan-nar | Attestazzjoni ta’ sistema(i) ta’ konformità | Il-Prodotti ta’ din il-kolonna jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. | Pontijiet, mogħdijiet tal-ferroviji u bini | A, B, Ċ | 1 | Prodotti solidi ta’ l-injam għal użu strutturali | | A, B, Ċ, A, D, E, F | 2 + | Elementi | | | | Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, traversi, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizzi, rafters, kolonni, arbli, munzelli. | | | | Kitts | | | | Irfid, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet. | | | | Arbli ta’ l-injam | Linji għaddejjin minn fuq. | | 2 + | Prodott(i) | Użu(i) maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ reazzjoni għan-nar | Attestazzjoni ta’ sistema(i) ta’ konformità | Il-Prodotti ta’ din il-kolonna jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. | Pontijiet u bini | | 1 | Prodotti strutturali laminati mwaħħla bil-kolla u prodotti oħrajn ta’ l-injam imwaħħla bil-kolla | | | | Elementi | | | | Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizzi, rafters, kolonni, arbli, munzelli. | | | | Kitts | | | | Ħemliet, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet. | | | | Prodott(i) | Użi(i) maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ reazzjoni għan-nar | Attestazzjoni ta’ sistema(i) ta’ konformità | Il-Prodotti ta’ din il-kolonna jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. | Prodotti strutturali ta’ l-injam | | 3 | Qafliet għal prodotti strutturali ta’ l-injam | | | | Konnetturi għall-injam, konnetturi split-ring, tuqqali f’forma ta’ ċilindru ta’ l-azzar u ta’ l-injam, viti ta’ l-injam, threaded bolts, imsiemer ta’ l-injam. | | | | --------------------------------------------------