Official Journal L 050 , 20/02/1997 P. 0028 - 0031
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 1997 li tistabbilixxi s-sistema ta' identifikazzjoni għall-materjali għall-ippakkjar skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (97/129/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq l-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar [1], partikolarment l-Artikolu 8 (2) tagħha, Billi s-sistema ta' identifikazzjoni trid tkun volontarja mill-inqas f'stadju ewlieni pero suġġetta għar-reviżjoni biex jiġi stabbilit jekk tiġix introdotta fuq bażi vinkolanti fi stadju iktar avvanzat; Billi s-sistema ta' identifikazzjoni tiġi reviżjonata perjodikament u, jekk neċessarju, riveduta skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE; Billi il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konkordanti ma l-opinjoni tal-Kumitat, stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni, li tikkomprendi kull ippakkjar kopert mid-Direttiva 94/62/KE timmira li tistabbilixxi l-enumerazzjoni u t-tqassir fuq liema s-sistema ta' identifikazzjoni hija bbażata, tindika n-natura tal-materjali għall-ippakkjar(s) użati u tispeċifika liema materjali għandhom jiġu suġġetti għas-sistema ta' identifikazzjoni. Artikolu 2 Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni: - l-istess definizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE għandhom jgħoddu fejn ikunu rilevanti, - komposti: ippakkjar magħmul minn materjali differenti, u li ma jistax jiġi separat bl-idejn, l-ebda minnhom teċċedi perċentwali mill-piż li ħa jkun stabbilit skond il-proċedura imniżżla fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE. Eżenzjonijiet potenzali għal ċerti materjali jistgħu jiġu stabbiliti mill-istess proċedura. Artikolu 3 L-enumerazzjoni u t-tqassir tas-sistema ta' identifikazzjoni huma kif imniżżla fl-anness. L-użu tagħhom għandu jkun volontarju għall-materjali tal-plastik imsemmija fl-Anness I, għall-materjali tal-karta u tal-fibrebord imsemmija fl-Anness II, għall-metalli msemmija fl-Anness III, għall-materjali ta' l-injam imsemmija fl-Anness IV, għall-materjali tessili msemmija fl-Anness V, għall-materjali tal-ħġieġ imsemmija fl-Anness VI, u għall-komposti msemmija fl-Anness VII. Deċiżjoni biex tiġi indrodotta fuq bażi vinkolanti s-sistema ta' identifikazzjoni għal kwalunkwe materjal jew materjali tista tkun adottata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Jannar 1997. Għall-Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 365, tal-31.12.1994, p. 10. -------------------------------------------------- ANNESS I Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-plastiks Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni | Polyethylene terephtalate | PET | 1 | Polyethylene ta' densità għolja | HDPE | 2 | Polyvinyl chloride | PVC | 3 | Polyethylene ta' densità baxxa | LDPE | 4 | Polypropylene | PP | 5 | Polystyrene | PS | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 | [1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss. -------------------------------------------------- ANNESS II Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-karta u l-fibrebord Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni | Fibrebord immewweġ | PAP | 20 | Fibrebord mhux immewweġ | PAP | 21 | Karta | PAP | 22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 | 28 | 29 | 30 | 31 | 32 | 33 | 34 | 35 | 36 | 37 | 38 | 39 | [1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss. -------------------------------------------------- ANNESS III Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir għall-metali Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni | Azzar | FE | 40 | Aluminju | ALU | 41 | 42 | 43 | 44 | 45 | 46 | 47 | 48 | 49 | -------------------------------------------------- ANNESS IV Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-materjali ta' l-injam Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni | Injam | FOR | 50 | Sufra | FOR | 51 | 52 | 53 | 54 | 55 | 56 | 57 | 58 | 59 | [1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss. -------------------------------------------------- ANNESS V Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-materjali tessili Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni | Qoton | TEX | 60 | Ġuta | TEX | 61 | 62 | 63 | 64 | 65 | 66 | 67 | 68 | 69 | [1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss. -------------------------------------------------- ANNESS VI Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-ħġieġ Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni | Ħġieġ bla kulur | GL | 70 | Ħġieġ aħdar | GL | 71 | Ħġieġ kannella | GL | 72 | 73 | 74 | 75 | 76 | 77 | 78 | 79 | [1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss. -------------------------------------------------- ANNESS VII Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-komposti Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni | Fibrebord u karta/metalli varji | | 80 | Fibrebord u karta/plastik | | 81 | Fibrebord u karta/aluminju | | 82 | Fibrebord u karta/kisja tal-landa | | 83 | Fibrebord u karta/plastik/aluminju | | 84 | Fibrebord u karta/plastic/aluminju/tinplate | | 85 | | 86 | | 87 | | 88 | | 89 | Plastik/aluminju | | 90 | Plastik/kisja tal-landa | | 91 | Plastik/metalli varji | | 92 | | 93 | | 94 | Ħġieġ/plastik | | 95 | Ħġieġ/aluminju | | 96 | Ħġieġ/kisja tal-landa | | 97 | Ħġieġ/metalli varji | | 98 | | 99 | [1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss. --------------------------------------------------