31997D0020



Official Journal L 006 , 10/01/1997 P. 0046 - 0047


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Diċembru 1996

li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-ekwivalenza għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(97/20/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3)(a) tagħha,

Billi l-Kummissjoni stabbiliet illi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u gastropodi marini ħajjin f’pajjiżi terzi speċifiċi;

Billi l-Kummissjoni stabbiliet ċertifikat standard tas-saħħa għall-importazzjoni tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u gastropodi marini ħajjin minn pajjiżi terzi li għadhom mhumiex koperti bid-deċiżjonijiet ta’ dan it-tip;

Billi għandha titħejja lista tal-pajjiżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-ekwivalenza msemmija fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 91/492/KEE u li huma għalhekk kapaċi jiggarantixxu li l-molluski esportati lejn il-Komunità josservaw il-kondizzjonijiet sanitarji stabbiliti għalbiex jipproteġu s-saħħa tal-konsumaturi;

Billi din il-lista trid tinkludi l-pajjiżi terzi li għalihom diġà ġew stabbiliti deċiżjonijiet speċifiċi u l-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9(2) li għalihom tista’ tiġi stabbilita lista proviżorja ta’ l-istabbilimenti awtorizzati skond il-proċedura pprovvduta fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet għat-tħejjija, għal perjodu temporanju taż-żmien, ta’ listi proviżorji ta’ l-istabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti mis-sajd, jew molluski bivalvi ħajjin [2];

Billi l-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti mis-sajd [3] tistabbilixxi illi l-molluski bivalvi pproċessati jridu josservaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/492/KEE qabel il-proċessar; billi bħala konsegwenza ta’ dan il-lista tal-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE għandha tapplika wkoll għall-importazzjoni tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u gastropodi marini ppriservati;

Billi din il-lista tal-pajjiżi terzi hija stabbilita mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji li jipproteġu s-saħħa ta’ l-annimali jew ta’ l-ambjent;

Billi l-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-oinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-ekwivalenza stabbiliti fl-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 91/492/KEE dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini ħajjin huma elenkati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Minkejja d-disposizzjonijiet ddisinjati għalbiex jipproteġu s-saħħa ta’ l-annimali jew ta’ l-ambjent, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini tkun xi tkun il-għamla tagħhom għall-konsum jiġu importati biss mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness.

Artikolu 3

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għall-maskli addutturi tal-pektinidi għajr l-annimali ta’ l-akwakultura separati kompletament mill-vixxeri u l-gonadi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’Lulju 1997.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1.

[2] ĠU Nru L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

[3] ĠU Nru L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati, u l-gastropodi marini tkun xi tkun il-għamla tagħhom għall-konsum

I. Il-pajjiżi terzi li kienu bla ħsara għal deċiżjoni speċifika msejsa fuq id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE:

- il-Marokk

- it-Turkija

- il-Perù

- il-Korea ta’ Isfel

- iċ-Ċilì

II. Il-pajjiżi terzi li jistgħu jkunu bla ħsara għal deċiżjoni proviżorja msejsa fuq id-Direttiva tal-Kunsill 95/408/KE

- il-Kanada

- il-Gżejjer Faeroe

- New Zealand

- L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

- Greenland

--------------------------------------------------