Official Journal L 335 , 24/12/1996 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2466/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 li jistabbilixxi sistema amministrattiva integrata u ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 [3] jipprovdi li l-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna għaż-żoni għandhom ikunu ppreżentati matul l-ewwel kwart tas-sena; billi, b'dana kollu, il-Kummissjoni tista’ tippermetti lil Stat Membru li jiffissa data biex jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna għall-żona bejn l-1 ta’ April u d-dati msemmija fl-Artikoli 10, 11 u 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li jistabbilixxi sistema ta’ sostenn għall-produtturi ta’ uħud mill-prodotti tal-bagħli [4]; billi, fid-dawl ta’ esperjenza, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu l-limitu taż-żmien għal preżentazzjoni fuq responsabbiltà tagħhom stess mingħajr ma jfittxu l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, billi jittieħed akkont b’mod partikolari taż-żmien meħtieġ biex id-dettalji kollha relevanti jkunu disponibbli għall-amministrazzjoni xierqa u għall-ġestjoni finanzjarji ta’ l-għajnuna u għall-verifiki li għandhom isiru; Billi l-Artikolu 13 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 jipprovdi li l-elementi kollha tas-sistema integrata għandhom jibdew japplikaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1996; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, notevolment fit-twaqqif tas-sistemi alfanumeriċi ta’ l-identifikazzjoni għal pakketti agrikoli u data bases, dan il-limitu taż-żmien għandu jiġi pospost għal sena waħda; Billi, meta jitqis li l-investiment konsiderevoli meħtieġ biex ikun assigurat li s-sistema integrata hija stabilita definittivament, għandu jsir provvediment biex jittawwal b’sena il-perjodu li għalih tista’ tingħata l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3508/92 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 6 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "2. L-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna għaż-żona għandhom jiġu ppreżentati sa data li għandha tkun stabbilita mill-Istat Membru li ma tistax tkun aktar tard mid-dati msemmija fl-Artikoli 10,11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1765/92. Fil-każi kollha, id-data għandha tkun iffissata billijittieħed in konsiderazzjoni, inter alia, il-perjodu meħtieġ biex id-dettalji relevanti kollha jkunu disponibbli għall-amministrazzjoni xierqa u l-ġestjoni finanzjarja ta’ l-għajnuna u għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 8 li għandhomisiru;"; 2. L-Artikolu 10 (2) għandu jiġi emendat kif ġej: (a) l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata għal perjodu ta’ ħames snin mill-1992, fil-limiti ta’ l-approprjazzjonijiet allokati għal dan l-iskop."; (a) it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L-ammont totali għandu jinqasam bejn l-Istati Membri kif ġej: - għall-1995: Il-Belġju | 2,2% | Id-Danimarka | 2,3% | Il-Ġermanja | 9,2% | Il-Greċja | 8,0% | Spanja | 16,5% | Franza | 13,3% | L-Irlanda | 4,2% | L-Italja | 18,1% | Il-Lussemburgu | 0,6% | L-Olanda | 2,8% | L-Awstrija | 3,3% | Il-Portugall | ,3% | Il-Finlandja | 2,7% | L-Isvezja | 2,4% | Ir-Renju Unit | 9,1% | - għall-1996: Il-Belġju | 1,8% | Id-Danimarka | 1,9% | Il-Ġermanja | 7,7% | Il-Greċja | 6,7% | Spanja | 13,7% | Franza | 11,1% | L-Irlanda | 3,5% | L-Italja | 15,1% | Il-Lussemburgu | 0,5% | L-Olanda | 2,3% | L-Awstrija | 9,3% | Il-Portugall | 4,4% | Il-Finlandja | 7,6% | L-Isvezja | 6,8% | Ir-Renju Unit | 7,6% | - għall-1997: L-Awstrija | 39,3% | Il-Finlandja | 32,1% | L-Isvezja | 28,6%" | (c) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mar-raba’ subparagrafu: "B'dana kollu, l-approprjazzjonijiet li ma jkunux ġew użati jistgħu jiġu distribwiti mill-ġdidskond il-kondizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, lejn dawk l-Istati Membri li japplikaw għalihom."; 3. L-Artikolu 13 (1) (b) għandu jinbidel b'dan li ġej: "b) f'dak li jirrigwarda l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 2, mhux aktar tard mill-: - 1 ta’ Jannar 1998 fil-każ ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, - 1 ta’ Jannar 1997 fil-każ tal-Istati Membri l-oħra." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Punt 2 ta’ l-Artikolu 1 għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 17 ta’ Diċembru 1996. Għall-Kunsill Il-President I. Yates [1] ĠU Nru C 176, tad-19. 6. 1996, pġ. 13. [2] L-Opinjoni mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 1996 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU Nru L 355, tal-5. 12. 1992, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1577/96 (ĠU Nru L 206, tas-16. 8. 1996, pġ. 4). [4] ĠU Nru L 181, ta’ l-1. 7. 1992, pġ. 12. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (C) Nru 1575/96 (ĠU Nru L 206, tas-16. 8. 1996, pġ. 1). --------------------------------------------------