31996R2382



Official Journal L 328 , 18/12/1996 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2382/96

tad-9 ta' Diċembru 1996

li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 990/93 u (KE) Nru 2471/94 dwar it-tmiem tar-restrizzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (is-Serbja u l-Montenegro), iż-Żoni Protetti min-Nazzjonijet Uniti fir-Repubblika tal-Kroazja u dawk iż-żoni fir-Repubblika tal-Bosnija u l-Ħerzegovina taħt il-kontroll tal-forzi armati Serbi Bosnijaċi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 73g u 228a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni Nru 96/708/CFSP tad-9 ta' Diċembru 1996 definita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jirrigwarda t-tmiem tar-restrizzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (is-Serbja u l-Montenegro), iż-Żoni Protetti min-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika tal-Kroazja u dawk iż-żoni fir-Repubblika tal-Bosnija u l-Ħerzegovina taħt il-kontroll tal-forzi armati Serbi Bosnijaċi [1] deċiżi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1074 (1996),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti iddeċieda fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1074 (1996) illi jtemm il-miżuri imposti bir-Riżoluzzjonijiet tiegħu 757 (1992), 787 (1992), 820 (1993), 942 (1994), 943 (1994), 988 (1995), 992 (1995), 1003 (1995) u 1015 (1995) skond il-paragrafu 4 tar-Riżoluzzjoni 1022 (1995);

Billi, f'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Regolamenti (KEE) Nru 990/93 [2] u (KE) Nru 2471/94 [3] għandhom jiġu mħassra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 990/93 u (KE) Nru 2471/94 huma hawnhekk imħassra.

Artikolu 2

L-assi u l-fondi kollha li qabel kienu ssekwestrati jew iffriżati skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 990/93 u (KE) Nru 2471/94 jistgħu jiġu rilaxxjati mill-Istati Membri skond il-liġi, sakemm kull assi minn dawn li huma bla ħsara għal kull pretensjoni, rahan, sentenza tal-qorti, ingombru jew piżijiet, jew li huma l-assi ta' persuna, ta' assoċjazzjoni, ta' korporazzjoni jew ta' entità oħra misjuba jew maħsuba li jkunu falluti skond il-liġi jew skond il-prinċipji tal-kontabilità li jipprevalu fl-Istat Membru relevanti, għandhom jibqgħu ffriżati jew issekwestrati sakemm jiġu rilaxxjati skond il-liġi applikabbli.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika b'effett mit-2 ta' Ottubru 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Howlin

[1] Ara paġna 5 ta' dan il-ĠU.

[2] ĠU L 102, tat-28.4.1993, p. 14. Sospiża bir-Regolament (KE) Nru 462/96 (ĠU L 65, tal-15.3.1996, p. 1).

[3] ĠU L 266, tal-15.10.1994, p. 1. Sospiża bir-Regolament (KE) Nru 462/96 (ĠU L 65, tal-15.3.1996, p. 1).

--------------------------------------------------