31996R2338



Official Journal L 318 , 07/12/1996 P. 0003 - 0004


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2338/96

tal-5 ta' Diċembru 1996

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta-Kunsill Nru 2658/87[1] dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1734/96[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom f'L-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kumerċ f'oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NK indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi doganali Komunitarju[3], għal perjodu ta' tliet xhur mill-possessur;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar in-Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabelli annessa huma kklassifikati ġon-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NK indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Mario MONTI

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Deskrizzjoni ta' oġġetti Klassifikazzjoni tal-Kodiċi tan-NK Raġuni

(1) (2) (3)

1. Ktieb stampat ikkulurit li jikkonsisti f'qoxra tal-kartun ta' 29,5 X 28,7 ċm u f'54 paġina ta' 14 X 18 ċm li fih testi u illustrazzjonijiet diversi. Pakket blister ta' 14 X 25 ċm li fih artikoli varji (e.g. kalamita, skrun tal-plastik, wire, bozza tad-dawl) ikun inkollat fuq ġewwa tal-qoxra ta' wara. It-testi, stampi u artikoli jistgħu jintużaw għal esperimenti fiżiċi sempliċi (e.g. ottika, manjetiżu u elettriċita) 4901 99 00 Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NK 4901 u 4901 99 00. Dan l-artikolu huwa kklassifikat ħala ktieb fuq il-bażi tat-test stampat

2. Ktieb stampat ikkulurit li jikkonsisti f'qoxra tal-kartun ta' 29,5 X 28,7 ċm u f'64 paġina ta' 15 X 28 ċm li fih struzzjonijiet illustrati fuq kif ikun applikat l-irtokk u jinħadmu kostumi u aċċessorji. Pakket blister li fih sitt żebgħat tal-ġilda, pinzell sempliċi taż-żebgħa, sponża żgħira tonda, mustaċċi rqaq sintetiċi u par għajnejn ta' mostru tal-plastik jkun inkollat fuq ġewwa tal-qoxra ta' wara 4901 99 00 Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NK 4901 u 4901 99 00 Dan l-artikolu huwa kklassifikat bħala ktieb fuq il-bażi tat-test stampat

3. Xogħol ta' referenza wħat għall-għażla, speċifikazzjoni u kontoll ta' kuluri fl-oqsma tal-moda, arkitettura u disinn intern, li jikkonsisti f'ring-binder tal-kartunċin miksi b'kisja rqiqa tal-plastik stampat. Ir-ring-binder fih 95 chart bil-kulur, indiċi u paġini bi struzzjonijiet għal użu f'sitt lingwi, tal-karta. Kull chart bil-kulur tintgħamel minn 35 biljett imtaqqab (ipperforat), kull wieħed bi gradi differenti ta' kuluri identifikati b'kodiċi speċjali. Kull grad ikollu wkoll il-kodiċi speċifikat tiegħu 4911 99 00 Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NK 4911 99 00 Ix-xogħol ta' referenza ma jistax ikun ikklassifikat bħala artikolu tat-titolu Nru 4901 ladarba ma fihx test fit-tifsira ta' dak it-titolu

4. Figura ta' ors wieqaf riġidu. Magħmul kompletament mill-plastik, parzjalment b'fattizzi umani (e.g. wiċċ imbissem, driegħ xellugi milwi u driegħ lemini stendut b'id umana stilizzata) u maktur miżbugħ aħmar madwar għonqu. Il-figura hija bejn wieħed u ieħor ta' 4 ċm għalja u ppakkjata f'kontenitur żgħir tal-plastik 9503 49 30 Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 5 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NK 9503, 9503 49 u 9503 49 30. Il-figurin jirrapreżenta annimal, jagħmel parti minn serje għal kollezzjoni u għandu funzjoni intrinsika ta' rekreazzjoni li tbatti l-valur ornamentali tiegħu

5. Sett li jikkonsisti fi ktieb tal-kartunċin għat-tfal, erba' briks tal-plastik ta' kuluri varji u figura waħda tal-plastik f'għamla ta' briksa b'ras ta' tifla. Il-ktieb huwa stampat bi stejjer sempliċi u b'illustrazzjonijiet bil-kulur li għandhom x'jaqsmu magħhom għad-divertiment tat-tfal. Fl-aħħar paġina tal-ktieb hemm imwaħħal pakket blister li jista' jitneħħa li fih il-figura u l-briks. Il-figura u l-briks huma maħsuba biex jitqiegħdu mit-tfal li jsegwu l-istorja fi slottijiet ikkuluriti fuq il-paġini proprji 9503 70 00 5. Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NK 9503 u 9503 70 00

Proofread by Claudine Camilleri

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 238, tad-19.9.1996, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.