31996R2304



Official Journal L 311 , 30/11/1996 P. 0047 - 0047


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2304/96

tad-29 ta’ Novembru tal-1996

li jemenda Regolament (KEE) Nru 2273/93 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ l-intervent għaċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju tal-1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 923/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi ċ-ċentri ta’ l-intevent huma elenkati fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2273/93 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2627/95 [4]; billi l-Finlandja talbet l-emenda ta’ dan l-Anness; billi din it-talba għandha tiġi konċessa:

Billi d-data għall-ftuħ ta’ l-intervent fil-Filandja hija l-1 ta’ Novembru;

Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness, taħt ‘SUOMI’, mar-Regolament (KEE) Nru 2273/93 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- "Naantali" tiġi mibdula b’ "Turku",

- "Koria" tiġi mibdula b’ "Koria-Kouvola".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru tal-1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Novembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU Nru L 126, ta’ l-24.5.1996, p. 37.

[3] ĠU Nru L 207, tat-18.8.1993, p. 1.

[4] ĠU Nru L 269, tal-11.11.1995, p. 7.

--------------------------------------------------