31996R2255



Official Journal L 304 , 27/11/1996 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2255/96

tad-19 ta' Novembru 1996

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li aġixxa skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

Billi l-punt 1 ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 [4] jipprovdi illi l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna ddisinjata biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' sistemi ta' trasport iżjed ekonomiċi u teknoloġijiet għall-Komunità ġeneralment, u l-iżvilupp tat-trasport organizzat;

Billi l-ispejjeż tat-tagħbija u tal-ħatt jiffurmaw parti sinifikanti mill-ispiża totali tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni; billi huwa meħtieġ għall-iżvilupp tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni biex isiru investimenti kbar biex jippermettu l-installazzjonijiet tat-tagħbijiet u tal-ħatt u t-tagħmir għat-terminali tal-passaġġi fuq l-ilma interni iżjed effiċjenti u iżjed xierqa lill-ħtiġijiet ta' loġistika korrenti; billi, għal dan il-għan, huwa importanti illi għajnuna mogħtija mill-Istati Membri jew mir-riżorsi ta' Stat jistgħu ikunu disponibbli lill-impriżi kkonċernati;

Billi kundizzjonijiet armonizzati għandhom jitniżżlu għall-għotja ta' din l-għajnuna għall-iżvilupp tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u billi l-impatt ta' l-għajnuna għandu jkun eżaminat f'intervalli regolari;

Billi din l-għajnuna għandha tingħata għal perjodu twil biżżejjed biex l-imsemmi investiment ikollu żmien biex jirbaħ fuq is-suq u jġib traffiku ġdid lill-passaġġi fuq l-ilma interni u billi l-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq arranġamenti sussegwenti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu Uniku

Is-segwenti għandu jkun miżjud mal-punt 1 ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/70:

"(f) sal-31 ta' Diċembru 1999, fejn l-għajnuna tingħata fuq bażi temporanja u hija ddisinjata biex tiffaċilita l-iżvilupp tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni, tali għajnuna għandha tkun jew:

- investimenti fl-infrastruttura tat-terminali tal-passaġġi fuq l-ilma interni; jew

- investimenti fit-tagħmir imwaħħal u mobbli meħtieġa għat-tagħbija u l-ħatt.

L-għajnuna mogħtija ma tistax teċċedi l-50 % ta' l-ammont totali ta' investiment.

L-iskop tal-għajnuna għandu jkun biex ikun żviluppat tunnellaġġ ta' trasport ġdid jew addizzjonali fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni. Il-benefiċjarji għandhom ikunu konformi ma' l-arranġamenti dettaljati mniżżlin mill-Istat Membru kkonċernat u għandhom ikunu responsabbli biex l-investiment isir attwalment.

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropej u lill-Kunsill rapport ta' progress fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri, fejn tgħid b'mod partikolari l-iskop ta' l-għajnuna, l-ammont u l-impatt tagħha fuq it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jitfassal dan ir-rapport.

Mhux iżjed tard mill-31 ta' Lulju 1999 il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq proposta mill-Kummissjoni u taħt il-kundizzjonijiet imfasslin fit-Trattat, fuq arranġamenti sussegwenti jew, fejn xieraq, fuq il-kundizzjonijiet biex jiġu terminati l-arranġamenti."

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Novembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Coveney

[1] ĠU C 318, tad-29.11.1995, p. 12.

[2] ĠU C 39, tat-12.2.1996, p. 96.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 1996 (ĠU C 65, ta' l-4.3.1996, p. 33), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1996 (ĠU C 264, tal-11.9.1996) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 1996 (ĠU C 320, tat-28.10.1996).

[4] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3578/92 (ĠU L 364, tat-12.12.1992, p. 11).

--------------------------------------------------