31996R2214



Official Journal L 296 , 21/11/1996 P. 0008 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96

ta' l-20 ta' Novembru 1996

li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur: trasmissjoni u tixrid ta' sotto-indiċi tal-HICP

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 rigward indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur [1],

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, kull Stat Membru hu mitlub li jipproduċi indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) li jibda bl-indiċi għal Jannar 1997;

Billi l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jeħtieġ li l-Istati Membri jipproċessaw id-data miġbura sabiex jipproduċu l-HICP li jkopri il-kategoriji tal-Coicop (klassifikazzjoni tal-konsum individwali skond l-iskop); billi jeħtieġ li dawn il-kategoriji jiġu addattati;

Billi l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jirrikjedi li l-HICP u s-sotto-indiċi korrispondenti għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat); billi jeħtieġ li dawn is-sotto-indiċi jiġu speċifikati;

Billi miżuri ta' implimentazzjoni huma neċessarji sabiex tiġi assigurata l-paragunabilità ta' l-HICP skond l-Artikolu 5(3) tar- Regolament (KE) Nru 2494/95;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għal Programmi ta' l-Istatistiċi (SPC), stabbilit b'Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2];

Billi l-Istitut Monitarju Ewropew ġie kkonsultat b'mod konformi ma' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 u ta opinjoni pożittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jistabbilixxi s-sotto-indiċi ta'l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) li l-Istati Membri għandhom jipprovdu ta' kull xahar, u jittrasmettu lil u mxerred mill-Kummissjoni (Eurostat).

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, kull "sotto-indiċi ta' l-HICP" hu mfisser bħala kull indiċi tal-prezzijiet għal kull kategorija ta' l-ispejjeż elenkati fl-Anness I u llustrati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. Dawn huma bbażati fuq il-klassifikazzjoni Coicop/HICP (klassifikazzjoni tal-konsum individwali skond l-iskop addattat skond il-ħtiġijiet tal-HICP) [3]"Tixrid" jirreferi għar-rilaxx tad-data f'kull forma.

L-Artikolu 3

Produzzjoni u trasmissjoni tas-sotto-indiċi

L-Istati Membri għandhom jipproduċu u jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) kull xahar is-sotto-indiċi kollha (L-Anness I) li għandhom piż li jkopri aktar minn parti waħda f'elf ta' l-ispiża totali koperta mill-HICP [4] Flimkien ma' l-indiċi għal Jannar 1997 l-Istati Membri għandhom jittrasmettu wkoll lill-Kummissjoni (Eurostat) informazzjoni dwar piż korrispondenti, u wara dan kull meta l-istruttura tal-piż tinbidel.

L-Artikolu 4

Tixrid tas-sotto-indiċi

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha xxerred is-sub-indiċi tal-HICP għall-kategoriji mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament billi jittieħed 1996 = 100.

L-Artikolu 5

Kontroll fuq il-kwalità

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), fuq talba tagħha, b'informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta' oġġetti u servizzi lill-kategoriji ta' l-ispiża ta' l-Anness I u II biżżejjed sabiex tiġi evalwata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f'kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 257, tas-27.10.1995, p. 1.

[2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

[3] L-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri inizjali li jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 229, ta' l-10.9.1996, p. 3).

[4] B'mod konformi ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1749/96.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

SOTTO-INDIĊI TAL-HICP

01. | IKEL U XORB LI MHUX ALKOĦOLIKU |

01.1 | Ikel |

01.1.1 | Ħobż u cereali |

01.1.2 | Laħam |

01.1.3 | Ħut |

01.1.4 | Ħalib, ġobon u bajd |

01.1.5 | Żjut u xaħmijiet |

01.1.6 | Frott |

01.1.7 | Ħxejjex li jinkludu patata u tuberi oħra |

01.1.8 | Zokkor, ġamm, għasel, xiroppi, cikkulata u dolcerija |

01.1.9 | Prodotti ta' l-ikel n.e.c. |

01.2 | Xorb li mhux alkoholiku |

01.2.1 | Kafè, te u kawkaw |

01.2.2 | Ilma minerali, soft drinks u juices |

02. | XORB ALKOĦOLIKU U TABAKK |

02.1. | Xorb alkoholiku |

02.1.1 | Spirti |

02.1.2 | Inbid |

02.1.3 | Birra |

02.2 | Tabakk |

03. | ĦWEJJEG U ŻRABEN |

03.1 | Ħwejjeg |

03.1.1 | Materjal tal-ħwejjeġ |

03.1.2 | Ilbiesi |

03.1.3 | L-Artikoli oħra ta' ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ |

03.1.4 | Dry cleaning, tiswija u kiri tal-ħwejjeġ |

03.2 | Żraben, inkluż tiswija |

04. | DJAR, ILMA, ELETTRIĊITÀ, GASS U KARBURANTI OĦRA |

04.1 | Kiri attwali għad-djar |

04.3 | Manteniment regolari u tiswija ta' l-abitazzjoni |

04.3.1 | Prodotti għall-manteniment regolari u t-tiswija ta' l-abitazzjoni |

04.3.2 | Servizzi għall-manteniment regolari u t-tiswija ta' l-abitazzjoni |

04.4A | Servizzi oħra relatati ma' l-abitazzjoni |

04.5 | Eltettriċità, gass u karburanti oħra |

04.5.1 | Elettriċità |

04.5.2 | Gass |

04.5.3 | Karburanti likwidi |

04.5.4 | Karburtanti solidi |

04.5.5 | Ilma sħun, fwar u silġ |

05. | TAGĦMIR, TAGĦMIR TAD-DAR U L-MANTENIMENT TAD-DAR TA' RUTINA |

05.1 | Għamara, tagħmir u dekorazzjonijiet, tapiti u koperturi oħra ta' l-art u tiswijiet |

05.1.1 | Għamara u fornituri |

05.1.2 | Tapiti u koperturi oħra ta' l-art |

05.1.3 | Tiswija ta' għamara, affarijiet ta' ġod-dar, għata għall-art |

05.2 | Tessuti tad-dar |

05.3 | Tagħmir għas-sħana u għat-tisjir, fridges, magni tal-ħasil u tagħmir tad-dar bħal dan, li jinkludu tiswijiet u fittings |

05.3.1/2 | Il-parti l-kbira tat-tagħmir tad-dar kemm elettriku u kemm m'huwiex u tagħmir żgħir ta' l-elettriku tad-dar |

05.3.3 | ??? Text fehlt! ??? |

05.4 | Oġġetti tal-ħġieġ, tagħmir tal-mejda u għodda tad-dar |

05.5 | Għodda u tagħmir għad-dar u l-ġnien |

05.6 | Oġġetti u servizzi għar-rutina ta' manteniment tad-dar |

05.6.1 | Oġġetti tad-dar li ma jdumux |

05.6.2 | Servizzi domestiċi u servizzi għaż-żamma tad-dar |

06.A | SAĦĦA: Prodotti mediċi u farmaċewtiċi u tagħmir terapewtiku u apparat ieħor — imħallas mill-konsumatur u mhux rimborsat |

07. | TRASPORT |

07.1 | Xiri ta' vetturi |

07.1.1 | Karozzi ġodda u użati |

07.1.2/3 | Muturi u roti |

07.2 | Ħidma ta' tagħmir personali tat-trasport |

07.2.1 | Kwadri partijiet u aċċessorji |

07.2.2 | Karburanti u lubrikanti |

07.2.3 | Manteniment u tiswijiet |

07.2.4A | Servizzi oħra rigward it-tagħmir tat-trasport personali |

07.3 | Servizzi tat-trasport |

07.3.1A | Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija |

07.3.2A | Trasport tal-passiġġieri bit-triq |

07.3.3A | Trasport tal-passiġġieri bl-ajru |

07.3.4A | Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u passaġġi fuq l-ilma fit-terra-firma |

07.3.5A | Servizzi tat-trasport mixtrija oħra |

07.3.6A | Biljetti kombinati |

08. | KOMUNIKAZZJONIJIET |

08.1 | Komunikazzjonijiet |

08.1.1 | Servizzi postali |

08.1.2/3 | Servizzi u tagħmir tat-telefon u telefax |

09. | RIKREAZZJONI U KULTURA |

09.1 | Tagħmir u aċċessorji, inklużi t-tiswijiet |

09.1.1 | Tagħmir għar-reception, reġistrazzjoni u riproduzzjoni ta' l-istampi u tal-ħoss |

09.1.2 | Tagħmir fotografiku u ċinematografiku u strumenti ottiċi |

09.1.3 | Tagħmir ta' l-iproċessar tad-data |

09.1.4 | Affarijiet li jdumu oħra għall-kultura u r-rikreazzjoni |

09.1.5 | Logħob, ġugarelli u passatempi, tagħmir għall-isport, ikkampjar u rikreazzjoni fil-beraħ |

09.1.6 | Reġistrazzjoni tal-media għall-istampi u l-ħoss |

09.1.7 | Manteniment tal-ġonna |

09.1.8 | Annimali |

09.1.9 | Tiswijiet tat-tagħmir u aċċessorji għall-kultura u r-rikreazzjoni |

09.2A | Servizzi kulturali u rikreazzjonali |

09.3 | Gazzetti, kotba u stationery |

09.4 | Vaganzi organizzati |

10.A | EDUKAZZJONI — Normalment imħallsa mill-konsumaturi fl-Istati Membri |

11. | LUKANDI, KAFES U RISTORANTI |

11.1 | Ikel għal barra |

11.1.1 | Ristoranti u kafes |

11.1.2 | Canteens |

11.2 | Servizzi ta' l-akkomodazzjoni |

12. | OĠĠETTI VARJI U SERVIZZI |

12.1 | Kura personali |

12.1.1 | Saluni tax-xagħar u stabbilimenti li jieħdu ħsieb id-dehra personali tan-nies |

121.2 | Tagħmir, L-artikoli u prodotti għall-kura personali |

12.2 | Effetti personali n.e.c. |

12.4A | Assigurazzjoni |

12.4.2A | Assigurazzjoni konnessa ma' l-abitazzjoni — Assigurazzjoni tal-kontenut |

12.4.4A | Assigurazzjoni konnessa mat-trasport — Assigurazzjoni tal-karozzi |

12.5A | Servizzi Bankarji n.e.c. |

12.6A | Servizzi oħra n.e.c. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

EŻEMPJI TAS-SUB-INDIĊI TAL-HICP ANALIŻI SKOND ID-DIVIŻJONI (livell ta' żewġ numri), GRUPP (livell ta' tliet numri) U KLASSI [1] (livell ta' erba' numri) [2]

01. IKEL U XORB MHUX ALKOĦOLIKU

01.1 Ikel

Il-prodotti kklassifikati hawn huma dawk li ġeneralment jinxtraw għal konsum fid-dar. L-intestatura għalhekk jeskludi il-prodotti li normalment jinbiegħu għal konsum immedjat, bħal sandwiches, hot dogs, ġelati, eċċ. (11.1.1). Esklużi wkoll huma ikel imsajjar għal take away u l-prodotti ta' l-ikel lest ta' fornituri u kuntratturi tal-catering ukoll jekk dawn huma kkonsenjati id-dar tal-klijent (11.1.1). Prodotti li huma speċifikament mibjugħa bħala ikel tal-annimali huma koperti minn (09.1.8).

01.1.1 Ħobż u ċereali (ND)

- Ross fil-forom kollha inkluż ross ippreparat bil-laħam, bil-ħut, bil-frott tal-baħar u l-ħaxix

- Qamħirrum, qamħ, xgħir, ħafur, sikrana u ċereali oħra fil-forma ta' qamħ jew dqiq

- Ħobż u prodotti oħra moħmija bħal crispbread, biskutteli, ħobż toasted, gallettini, gingerbread, wafers, waffles, crumpets domestiċi u muffins

- Prodotti ta' l-għaġina bħal kejks, torti, quiches u pizza

- Prodotti ta' l-għaġin f'kull forma inkluż prodotti ta' l-għaġin li jkun fihom il-laħam, il-ħut, frott tal-baħar, ġobon jew ħaxix

- Prodotti oħra bħal xgħir, dqiq tax-xgħir, estratt tax-xgħir, lamtu tal-patata, tapioca, sago, lamti oħra, preparazzjonijiet taċ-ċereali (cornflakes, oat flakes, eċċ.) u ikel tat-trabi omoniġizzat, prodotti tad-dieta u ingredjenti ta' l-ikel ibbażżati fuq id-dqiq, lamtu u estratt tax-xgħir

Jinkludi:

Kuskus u prodotti simili tad-dqiq ippreparati bil-laħam, ħut, frott tal-baħar jew ħaxix; taħlitiet u għaġina għal preparazzjoni tal-prodotti tal-fran jew prodotti ta' l-għaġina.

Jeskludi:

Torti tal-laħam (01.1.2); torti tal-ħut (01.1.3); sweetcorn (01.1.7); ikel tat-trabi omoġenizzat, prodotti tad-dieta u ingridjenti ta' l-ikel li jkun fihom għall-inqas 50 % kawkaw (01.1.8).

01.1.2 Laħam (ND)

- Laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat ta':

- l-annimali tal-fart, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer,

- tjur u l-interjuri tat-tjur li jittiekel,

- liebri, fniek u kaċċa (ċerv, ċinjal, faġan, gallozz, eċċ.),

- żiemel, bagħal, ħmar, ġemel u bħal dawn,

- l-interjuri tal-laħam li jittiekel frisk, kiesaħ jew iffriżat,

- laħam niexef, immellaħ jew iffumigat u l-interjuri tal-laħam li jittiekel (zalzett, salami, bacon, perżut, pâté, eċċ.),

- laħam ieħor ippreservat jew ipproċessat u preparazzjonijiet tal-laħam (laħam tal-landa, estratti tal-laħam, juices tal-laħam, torti tal-laħam, eċċ.).

Jinkludu:

Laħam u l-interjuri ta' mammiferi marittimi li jittiekel (bumerini, żwiemel tal-baħar, balieni, eċċ.).

Jeskludi:

Prodotti magħmula mid-dqiq li jkun fihom il-laħam (01.1.1); żrinġijiet, bebbux ta' l-art u l-baħar (01.1.3); sopop li jkun fihom il-laħam (01.1.9); xaħam u xaħam ieħor ta' l-annimali li jittiekel (01.1.5).

01.1.3 Ħut (ND) (SEA)

- Ħut frisk, imkessaħ jew iffriżat

- Frott tal-baħar frisk, imkessaħ jew iffriżat (krustaċji inkluż granċi ta' l-art, molluski u frott tal-baħar bil-qoxra ieħor, bebbux ta' l-art u tal-baħar, żrinġijiet)

- Ħut jew frott tal-baħar niexef, iffumigat jew immellaħ

- Ħut u frott tal-baħar ieħor ippreservat jew ipproċessat u preparazzjonijiet tal-ħut u tal-frott tal-baħar (ħut u frott tal-baħar tal-bott, kavjar u bajd ieħor iebes, torti tal-ħut, eċċ.)

Jeskludi:

Prodotti tad-dqiq li jkun fihom il-ħut (01.1.1); sopop tal-ħut (01.1.9).

01.1.4 Ħalib, ġobon u bajd (ND)

- Ħalib frisk, pastorizzat jew sterilizzat u ħalib bi ftit xaħam

- Ħalib ippreservat (ikkondensat, evaporat jew trab)

- Yoghurt, krema, deżerti ibbażati fuq il-ħalib, xorb ibbażat fuq il-ħalib u prodotti oħra bħal dawn ibbażati fuq il-ħalib

- Ġobon u baqta

- Bajd tat-tjur, trab tal-bajd u prodotti oħra tal-bajd magħmula totalment mill-bajd

Jinkludi:

Ħalib, krema u yoghurt li jkun fihom iz-zokkor, kawkaw, frott jew ħwawar.

01.1.5 Żjut u xaħam (ND)

- Butir

- Margerina u xaħam ieħor tal-ħxejjex inkluż il-butir tal-karawett

- Żjut li jittieklu (żejt taż-żebbuġa, żejt tal-qamħa, żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, żejt taż-żerriegħa tal-qoton, żejt tas-soybean, żejt tal-karawett, eċċ.)

- Xaħam ta' l-annimali li jittiekel (xaħam eċċ.)

Jeskludi:

Żejt tal-bakkaljaw jew tal-fwied tal-ħalibutt (06.A).

01.1.6 Frott (ND) (SEA)

- Frott frisk jew imkessaħ

- Frott niexef, qxur tal-frott, il-qalba tal-frott, lewż u żrieragħ li jittiekel

- Frott iffriżat u ippreservat u prodotti bbażati fuq il-frott inkluż l-ikel tat-trabi omoniġġizzat, preparazzjonijiet tad-dieta u ingridjenti tat-tisjir ibbażati esklussivament fuq il-frott

Esklużi:

Ħxejjex imkabra għall-frott tagħhom bħat-tadam, ħjar u brunġiel (01.1.7); ġamm, marmalejd, xroppi, ġeli, purees tal-frott u pejsts (01.1.8); partijiet tal-pjanti ippreservati fiz-zokkor (01.1.8); meraq tal-frott (01.2.2); konċentrati tal-frott u ġuleppi għat-tisjir (01.1.9) jew għal preparazzjoni ta' xorb (01.2.2).

01.1.7 Ħxejjex inkluż patata u tuberi oħra (ND) (SEA)

- Ħxejjex friski jew imkessħa

- Ħxejjex iffriżati

- Ħxejjex niexfa

- Ħxejjex oħra ppriservati jew ipproċessati u prodotti ibbażati fuq il-ħxejjex inkluż l-ikel tat-trabi omoniġġizzat, preparazzjonijiet tad-dieta u ingridjenti tat-tisjir ibbażati esklussivament fuq il-ħxejjex

- Patata friska jew imkessħa u tuberi oħra (manioc, arrowroot, kassava, patata ħelwa u għeruq lamti oħra)

- Prodotti tal-ħxejjex tal-basal (dqiq, qamħ mitħum oħxon, flakes, purees, chips u crisps) inkluż preparazzjonijiet iffriżati bħal patata chips

Jinkludi:

Sweetcorn, bużbież tal-baħar u alka li tittiekel, ħxejjex aromatiċi (tursin, klin, sagħtar, eċċ.); faqqiegħ u faqqiegħ ieħor li jittiekel

Jeskludi:

Lamtu tal-patata, tapjoka, segu u lamtijiet oħra (01.1.1); sopop, brodi u stokk (01.1.9); tewm, ġinġer, pimento u ħwawar oħra u kondimenti (01.1.9); meraq tal-ħaxix (01.2.2).

01.1.8 Zokkor, ġamm, għasel, ġuleppi, ċikkulata u ikel tal-ħelu (ND)

- Zokkor tal-kannamieli jew pitravi, mhux raffinat jew raffinat, fi trab, kristallizzat jew zokkor taċ-ċangaturi

- Ġammijiet, marmaleids, xroppi, ġeli, purees tal-frott u pejsts, naturali u artifiċjali, għasel, ġulepp u għasel iswed, inkluż partijiet ta' pjanti ippreservati fiz-zokkor

- Ċikkulata fi blokok, chewing gum, ħelu, karamelli, pastilji u prodotti tal-ħelu oħra

- Preparazzjonijiet tad-deserta, ikel tat-trabi omoniġizzat, prodotti tad-dieta u ingredjenti ta' l-ikel li jkun fihom mill-inqas 90 % cocoa

- Ġelati u silġ li jittiekel

Jinkludi:

Sostituti taz-zokkor artifiċjali

Jeskludi:

Kawkaw u ċikkulata mfarrka (01.2.1); ġuleppi għal preparazzjoni ta' xorb (01.2.2).

01.1.9 Prodotti tal-ikel n.e.c. (ND)

- Melħ, ħwawar, zlazi, kondimenti, ħwawar (mustarda, mayonnaise, ketchup, soy sauce, eċċ.), ħall, baking powders ippreparati, ħmira tal-furnar, preparazzjonijiet tad-deżerta, sopop, brodi, stokks, konċentrat tal-frott u ġuleppi għall-użu fl-ikel, eċċ.

Jinkludi:

tewm, ġinġer, pimento; ikel tat-trabi omoniġizzat, preparazzjonijiet tad-dieta u ingridjenti ta' l-ikel ħlief dawk ibbażati fuq lamtu tad-dqiq jew estratt tax-xgħir (01.1.1) jew ibbażati esklusivament fuq frott (01.1.6) jew ħaxix (01.1.7) jew li jkun fihom għall-inqas 50 % kawkaw (01.1.8).

Jeskludi:

ħwawar aromatiċi (01.1.7); preparazzjonijiet tad-deżerta li jkun fihom għall-inqas 50 fil-mija kawkaw (01.1.8).

01.2 Xorb mhux alkoħoliku

Xorb mhux alkoħoliku mqassam għal konsum immedjat, inkluż dawk minn makni tal-bejgħ awtomatiċi, huma koperti minn (11.1.1) and (11.1.2.).

01.2.1 Kafé, te u kawkaw (ND)

- Kafé, dekaffeinat jew m'huwiex, mixwi jew mitħun, inkluż kafé istantaneu, estratt tal-kafé u essenzi u sostitut tal-kafé

- Te, maté u prodotti oħra tal-pjanti għall-infużjoni

- Kawkaw, ħelu jew le, u ċikkulata mfarrka

Jinkludi:

Preparazzjonijiet għax-xorb li jkun fihom kawkaw, ħalib, xġhir, eċċ.; kafé u sostituti tat-te; estratti u essenzi tal-kafé u t-te.

01.2.2 Ilma minerali, soft drinks u juices (ND)

- Ilma minerali

- Soft drinks bħal sodas, luminati u colas

- frott u juices tal-ħaxix

- Ġulepp u konċentrati għall-preparazzjoni tax-xorb

Jeskludi:

Spirti mhux alkoħoliċi, liqueurs, eċċ (02.1.1); inbid mhux alkoħoliku, sidru, eċċ. (02.1.2) u birra mhux alkoħolika (02.1.3).

02. XORB ALKOĦOLIKU U TABAKK

02.1 Xorb alkoħoliku

Xorb alkoħoliku mqassam għal konsum immedjat, inkluż dawk minn magni tal-bejgħ awtomatiċi, huma koperti minn (11.1.1) and (11.1.2).

02.1.1 Spirti (ND)

- Spirti u likuri.

Jinkludi:

Mead; aperitivi għajr minn aperitivi ibbażati fuq l-inbid; spirti mhux alkoħoliċi, likuri, eċċ.

02.1.2 Inbid (ND)

- Inbid mill-għenba jew frott ieħor inkluż sidru u perry

- Aperitivi bbażati fuq l-inbid, inbid imsaħħaħ, xampanja u nbejjed oħra effervexxenti, sake u bħal dawn

Jinkludi:

Inbid mhux alkoħoliku, sidru, eċċ.

02.1.3 Birra (ND)

- Kull tip ta' birra bħal ale, lager u porter

Jinkludi:

Birra bi ftit alkoħol u birra mhux alkoħolika.

02.2 Tabakk (ND)

- Sigaretti u karti tas-sigaretti

- Sigarri, tabakk tal-pipa, tabakk li jintgħomod jew tabakk ta' l-imnieħer

Jinkludi:

Xiri ta' tabakk fil-kafes, bars, ristoranti, stazzjonijiet tas-servizzi, eċċ.

Jeskludi:

l-Artikoli oħra ta' min ipejjep (12.2).

03. ĦWEJJEĠ U ŻRABEN

03.1 Ħwejjeġ

03.1.1 Materjali tal-ħwejjeġ (SD)

- Materjali tal-fibri naturali, fibri magħmula mill-bniedem u ta' taħlita ta' fibri naturali u ta' dawk magħmula mill-bniedem

Jeskludi:

Materjal tat-tagħmir (05.2).

03.1.2 Ilbiesi (SD)

- Ilbiesi għall-irġiel, nisa, tfal (3 sa 13-il sena) u trabi (0 sa 2), jew lesti biex jintlibsu jew magħmula fuq il-qies, f'kull materjal (inkluż ġilda, furs, plastics u gomma), għall-użu ta' kuljum, għall-isports jew għax-xogħol:

- kapep, kapotti, inċirati, anoraks, parkas, blousons, eċċ.

- ġgieget, qliezet, sdieri, ilbiesi, dbielet, kostumi, lbiesi meħjuta, eċċ.

- qomos, blouses, pullovers, sweaters, cardigans, eċċ.

- T-shirts, flokkijiet, qliezet ta' taħt, peduni, stockings, tights, reġġipetti, knickers, panċieri, corsets

- piġami, night-shirts, ilbiesi ta' ġewwa, dressing gowns u malji

- ħwejjeġ tat-trabi inklużi qlejba tat-trabi magħmula mid-drapp u booties tat-trabi magħmula mid-drapp

Jeskludi:

l-Artikoli ta' stoffa medikali bħal kalzetti bil-lastku (06.A); qlejbiet tat-trabi magħmula mill-karti u tajjar (12.1.2).

03.1.3 l-Artikoli oħra ta' ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ (SD)

- Ingravati, imkatar, xalpi, kwadri, ingwanti, ingwanti bla swaba, muffs, ċinturini, ċingi, fradal, vavalori, sleeve protectors, kpiepel, brieret, berets, bonnets, crash helmets

- Ħjut għall-ħjata, suf tan-nitting u aċċessorji sabiex jintgħamlu il-ħwejjeġ bħall-bokkli, buttuni, press-studs, zip-fasteners, żigarelli, lazzijiet, trimming, eċċ

Jeskludi:

Ingwanti u L-artikoli oħra magħmula mill-gomma (05.6.1); labar, labar tal-ħjata u tan-nitting (05.6.1); headgear prottetiv għall-isports (bħal dawk użati fl-ice hockey, American football, baseball, cricket, ċikliżmu, boxing, eċċ.) (09.1.5); gear ieħor prottetiv għall-isports bħal ġgieget tas-salvataġġ, ingwanti tal-boxing, shin-guards, pads u padding, goggles, ċinturini, eċċ. (09.1.5); imkatar tal-karti (12.1.2); arloġġi, ġojjelli, cufflinks, tie-pins (12.2); bsaten u qasab, umbrelli, fanijiet, key rings (12.2).

03.1.4 Dry-cleaning, tiswija u kiri tal-ħwejjeġ (S)

- Dry-cleaning, ħasil u tinturaġġ

- Sarsir, tiswija, u tibdil ta' l-ilbiesi

- Kiri ta' l-ilbiesi

Jeskludi:

Kiri tal-bjankerija tad-djar (5.6.2).

03.2 Żraben, inkluż it-tiswija (SD)

- Kull għamla ta' żraben għall-irġiel, in-nisa, it-tfal (3 sa 13-il-sena) u trabi (0 sa sentejn) inkluż żraben ta' l-isports addattati għal kuljum jew ilbies informali (żraben għal jogging, cross-training, tennis, basketball, boating, eċċ.)

- Partijiet minn żraben (tkaken, pettijiet, eċċ.)

- Tiswija taż-żraben, inkluż servizzi tat-tindif taż-żraben

- Kiri taż-żraben, ħlief kiri ta' żraben għal xi logħob speċifiku (żraben tal-bowling, boots tal-futball, running spikes, boots ta' l-iskis, żraben adattati bl-ice skates jew rollers, eċċ.) (09.2).

Jinkludi:

Getti, leggings u L-artikoli bħal dawn; aċċessorji għaż-żraben bħal shoe trees u stretchers.

Jeskludi:

Booties tat-trabi magħmula mid-drapp (03.1.2); żraben ortopediċi (06.A); żraben ta' logħob speċifiku (żraben tal-bowling, boots tal-futbol, running spikes, żraben ta' l-iski, żraben addattati bl-ice skates jew rollers, eċċ.) (09.1.5); shin-guards, cricket pads u tagħmir ieħor protettiv għall-isport (09.1.5).

04. TAD-DJAR, ILMA, ELETTRIKU, GASS u KARBURANTI OĦRA

04.1 Kirjiet attwali għad-djar (S)

Kirjiet normalment jinkludu ħlas għall-użu ta' l-art fuqiex qiegħda l-proprjetà, spazju okkupat u aperturi u tagħmir għas-sħana, għall-ilma, għad-dawl, eċċ.

Kirjiet jinkludu wkoll ħlas għall-użu ta' garaxx sabiex jipprovdi għall-parking mad-dar. Il-garaxx m'hemmx għalfejn ikun fiżikament qrib ir-residenza; lanqas m'hemm għalfejn ikun mikri mill-istess sid.

Kirjiet ma jinkludux imposti għall-elettriku, gass, sħana, ilma, provista ta' l-ilma sħun u ġbir ta' l-iskart.

Ikopri:

- Kirjiet imħallsa attwalment mill-kerreja jew sub-kerreja li jokkupaw fond bla għamara jew bl-għamara bħala r-residenza ewlenija.

- ??? Text fehlt ???

Jinkludi:

Pagament għall-użu ta' l-għamara f'każ ta' djar mikrija bl-għamara; kirjiet lill-familji li jokkupaw akkomodazzjoni għat-tul ta' perijodu tal-vaganzi (NB: jekk disponibbli għax-xiri fit-territorju ekonomiku inklużi għall-istess raġuni bħala pakkett għal vaganzi); ħlas minn tad-dar li jokkupaw kamra f'kull lukanda jew bħala dar ta' alloġġ bħala r-residenza ewlenija tagħhom.

Jeskludi:

Kirjiet ta' garaxxijiet jew spazji ta' parkeġġ li ma jipprovdux parkeġġ inkonessjoni mal-fond (07.2.4A); kirjiet imħallsa minn persuni li joqogħodu f'hostels u stabbilimenti bħal dawn (11.2); kirjiet għal akkomodazzjoni f'villaġġi tal-vaganzi u ċentri tal-vaganzi (11.2).

04.3 Manteniment regolari u tiswija tad-dar

Manteniment regolari u tiswija tad-djar huma distinti b'żewġ fatturi: l-ewwel, huma attivitajiet li s-sid jew kerrej hu obligat li jagħmel regolarment sabiex iżomm id-dar f'kundizzjoni tajba; it-tieni, ma jbidlux l-osservanza, il-kobor jew it-tul mistenni ta' servizz tad-djar.

Kull spiża li jagħmlu l-kerrejja f'materjali u servizzi għat-tiswija regolari u l-manteniment tad-djar huma parti mill-ispiża regolari tal-konsum tal-familji.

Spejjeż minn sidien-detenturi f'materjali għat-tiswija regolari u l-manteniment tad-djar li huma magħmula mis-sidien-detenturi nfushom huma parti mill-ispejjeż tal-konsum individwali tal-familji. Spejjeż minn sidien-detentur f'servizzi għat-tiswija regolari u l-manteniment tad-djar ekwivalenti għal spejjeż simili magħmula mill-kerreja huma wkoll parti mill-ispejjeż tal-konsum individwali. Spejjeż oħra minn sidien-detenturi fuq servizzi għat-tiswija regolari u l-manteniment ta' djar jikkostitwixxu konsum intermedjarju.

Xiri ta' materjali magħmula minn kerrejja jew sidien-detenturi bl-intenzjoni li jagħmlu l-manteniment u t-tiswijiet huma stess għandhom jintwerew taħt 04.3.1. Jekk, madankollu, kerrejja jew sidien-detenturi jħallsu kull stabbiliment sabiex iwettaq il-manteniment jew tiswijiet il-valur totali tas-servizz, inkluż l-ispejjeż tal-materjali użati, għandhom jintwerew taħt 04.3.2.

04.3.1 Prodotti għal manteniment regolari u t-tiswija tad-dar (ND)

- Prodotti bħal żebgħat u lostri, sfrakass, wallpaper, wall coverings tad-drapp, ħġieġ tat-twieqi, tkaħħil, siment, stokk, kolla tal-wallpaper. Ħwejjeġ żgħar tad-drenaġġ (pajps, tapes, jonti, eċċ) u materjali għall-wiċċ (boards tal-pavimenti, madum taċ-ċeramika, eċċ.) huma inklużi.

Jeskludi:

Twapet fitted u linoleum (05.1.2); għodda ta' l-idejn, fittings tal-bibien, sockets tad-dawl, wiring flex u bozoz (05.5); xkupi, xkupilji tat-tfarfir u ta' l-għorik u prodotti tat-tindif (05.6.1); prodotti użati għat-tiswijiet ewlenin, estensjonijiet u konverżjoni ta' djar (formazzjoni ta' kapital).

04.3.2 Servizzi għal manteniment regolari u t-tiswija tad-dar (ND)

- Servizzi ta' plumbers, electricians, mastrudaxxi, vitrar, bajjada, dekoraturi, illustraturi tal-pavimenti, eċċ. imqabbda għall-manteniment u t-tiswija regolari tad-dar. Ikopru l-valur totali tas-servizz, jiġifieri kemm l-ispejjeż tax-xogħol u l-ispejjeż tal-materjali huma koperti.

Jeskludi:

Servizzi imqabda għal tiswijiet ewlenin, estensjonijiet u konverżjonijiet ta' djar (formazzjoni tal-kapital).

04.4A Servizzi oħra relatati mad-dar (S) [3]

- Ġbir taż-żibel — il-konsumaturi jħallsu skond il-konsum (04.4.1A)

- Servizzi tad-drenaġġ — il-konsumaturi jħallsu skond il-konsum (04.4.2A)

- Provista ta' l-ilma — il-konsumaturi jħallsu skond il-konsum (04.4.3A)

- Servizzi oħra relatati mad-dar n.e.c. (04.4.4)

- caretaking, ġardinaġġ, tindif u dawl it-turġien, manteniment tal-lifts u chutes għar-rimi ta' l-iskart f'bini okkupat minn ħafna,

- tneħħija tal-borra u tindif taċ-ċumniji,

- tindif tat-toroq

Jinkludi:

Spejjeż assoċjati bħall-kirja tal-meters, il-qari tal-meters, imposti permanenti eċċ.

Jeskludi:

Il-provista ta' ilma sħun jew ta' fwar (04.5.5); disinfezzjoni u sterminazzjoni ta' insetti (05.6.2).

04.5 Elettriku, gass u karburanti oħra

04.5.1 Eletriku (ND) (E)

Jinkludi:

Spejjeż assoċjati bħall-kirja tal-meters, il-qari tal-meters, imposti permanenti eċċ.

04.5.2 Gass (ND) (E)

- Town gas u gass naturali

- Idrocarboni llikwidifikati (butane, propane, eċċ.)

Jinkludi:

Spejjeż assoċjati bħall-kirja tal-meters, il-qari tal-meters, kontejners għal ħażna, imposti permanenti eċċ.

04.5.3 Karburanti likwidi (ND) (E)

- Żejt domestiku biex issaħħan u żejt tal-lampi

04.5.4 Karburanti solidi (ND) (E)

- Faħam, kokk, briquettes, firewood, charcoal, peat u bħal dawn

04.5.5 Ilma sħun, fwar u silġ (ND) (E)

- Ilma sħun u fwar mixtrija

- Silġ użat għat-tkessiħ u skopijiet ta' refriġerazzjoni

05. TAGĦMIR, TAGĦMIR TAD-DJAR U MANTENIMENT REGOLARI TAD-DAR

05.1 Għamara, tagħmir u dekorazzjonijiet, twapet u koperturi tal-pavimenti u tiswijiet

05.1.1 Għamara u tagħmir (D)

- Sodod, sufani, divani, imwejjed, siġġijiet, armarji, gradenzi u xkaffi tal-kotba

- Tagħmir tad-dawl bħal dwal tas-saqaf, lampi normali, dwal globu u lampi ta' ħdejn is-sodda

- Stampi, skulturi, inċiżjonijiet u oġġetti oħra ta' l-arti inkluż riproduzzjonijiet ta' xogħlijiet ta' arti u ornamenti oħra

- Paraventi, paraventi li jintwew u għamara u tagħmir ieħor

Jinkludi:

Installazzjoni meta applikabbli; saqqijiet tal-qiegħ, tatamis; armadji tal-kmamar tal-banju; għamara tat-trabi bħal benniniet, seggiolini u play-pens; blinds bl-eċċezzjoni ta' blinds tal-materjal ta' tessut (05.2); għamara tal-kampeġġ u tal-ġnien bl-eċċezzjoni ta' sunshades (05.2); mirja, candle-holders u gandlieri.

Jeskludi:

Safes (05.3.1/2); arloġġi (12.2); termometri tal-ħajt u barometri, karozzini tat-trabi u push-chairs (12.2).

05.1.2 Twapet u kisi ieħor tal-pavimenti (D)

- Twapet loose, twapet fitted, linoleum u kisi ieħor tal-paviment

Jinkludi:

Tqegħid tal-kisi.

Jeskludi:

Boards tal-paviment u madum tal-paviment taċ-ċeramika (04.3.1); twapet tal-kamra tal-banju, twapet tal-ġummar u twapet ta' wara l-bieb (05.2).

05.1.3 Tiswija ta' l-għamara, tagħmir u kisi tal-paviment (S)

Jinkludi:

Restawrazzjoni ta' għamara antika u xogħlijiet ta' l-arti; tindif ta' l-għamara, tagħmir u kisi tal-paviment.

Jeskludi:

Installazzjoni 05.1.1 or 05.1.2.

05.2 Drappijiet għad-dar (SD)

- Tessuti għat-tagħmir, purtieri, purtieri doppji, tined, putieri tal-bibien u blinds tat-tessut

- Friex bħal saqqijiet, futons, imħadded, bolsters u hammocks

- Friex bħal lożor, investi, gverti, rugs ta' l-ivvjaġġar, xalel, kutri tar-rix, counterpanes u nets tan-nemus

- Bjankerija ta' l-imwejjed u tal-kmamar tal-banju bħal tvalji u srievet, bathrobes, xugamani u face-cloths

- Tessuti oħra għad-dar bħal basktijiet tax-xiri, laundry bags, koperti għall-ħwejjeġ u l-għamara, bnadar, sunshades, eċċ.

- Tiswija tad-drappijiet tad-dar

Jinkludi:

Ċraret mixtrija bil-pezza; oilcloth; tapiti tal-kmamar tal-banju, twapet tal-ġummar u twapet ta' wara il-bieb.

Jeskludi:

Koperti tal-ħajt tat-tessut (04.3.1); kisi tal-paviment bħal twapet u fitted carpets (05.1.2); kiri ta' bjankerija (05.6.2); koperti għal karozzi, muturi, eċċ. (07.2.1); saqqijiet ta' l-arja u sleeping bags (09.1.5).

05.3 Tagħmir li jsaħħan u jsajjar, refrigerators, washing machines u tagħmir bħal dan, inkluż fittings u tiswijiet

05.3.1/2 Tagħmir ewlieni tad-dar kemm ta' l-eletriku jew m'huwiex (D) u apparat żgħir ieħor ta' l-eletriku (SD)

- Refrigerators, freezers u fridge-freezers

- Washing machines tal-ħwejjeġ, drying machines tal-ħwejjeġ, dish washing machines u makkinarju tal-mogħdija u tal-pressa

- Cookers, spit roasters, hobs, ranges, fornijiet u micro-wave ovens

- Air conditioners, humidifiers, space heaters, heaters ta' l-ilma, ventilaturi u extractor hoods

- Vacuum cleaners, makkinarju ta' l-isteam-cleaning, makkinarju tax-shampooing tat-twapet u makkinarju tat-togħrik, waxing u ta' l-illustrar tal-pavimenti

- Tagħmir ieħor ewlieni tad-dar bħal safes, magni tal-ħjata u tan-knitting, water softeners u drying cabinets

- Magni li jitħnu l-kafé, magni li jagħmlu l-kafé, juice extractors, can openers, mixers ta' l-ikel, deep fryers, grills tal-laħam, skieken, toasters, magni li jagħmlu l-ġelat u s-sorbet, yoghurt makers, hotplates, ħadida tal-mogħdija, ktieli, fannijiet, mwieżen tad-dar

Jinkludi:

Installazjoni tat-tagħmir.

Jeskludi:

Dak it-tagħmir huwa mibni fl-istruttura tal-bini (formazzjoni tal-kapital); tagħmir tad-dar mhux ta' l-elettriku żgħir u għodod tal-kċina (05.4); imwieżen tan-nies u mwieżen tat-trabi (12.1.2).

05.3.3 Tiswija tat-tagħmir tad-dar (S)

Jeskludi:

Installazjoni tat-tagħmir kbir tad-dar.

05.4 Affarijiet tal-ħġieġ, tal-mejda u għodod tad-dar (SD)

- Ħġieġ u kristall għad-dar, l-uffiċċju u dekorazzjoni

- Affarijiet tal-mejda u tad-dar jew L-artikoli tat-toilet magħmula minn porċellana, ċeramika, ġebel, kina, terra-cotta

- Koltellerija, posati u platti u arġenterija

- Għodda tal-kċina li m'hijiex ta' l-elettriku ta' kull materjal bħal kazzoli, borom, taġnijiet, grills, magni li jidħnu l-kafè, purée-makers, magni li jikkappuljaw, hotplates, mwieżen u affarijiet oħra mekkaniċi bħal dawn

- Affarijiet oħra tad-dar ta' kull materjal bħal kontenituri għal ħobż, għall-kafè, għall-ħwawar, eċċ., bramel taż-żibel, laundry baskets, karusijiet portabbili u strong-boxes, rails tax-xugamani, kavaletti tal-fliexken, boards tal-ħadid u tal-mogħdija, kaxxi ta' l-ittri, biberoni, thermos flasks u kaxxi tas-silġ

- Tiswija ta' dawn l-affarijiet

Jeskludi:

Tagħmir tad-dawl (05.1.1); tagħmir tad-dar ta' l-elettriku (05.3.1/2); affarijiet tal-mejda tal-kartun (05.6.1); mwieżen personali u mwieżen tat-trabi (12.1.2).

05.5. Għodda u tagħmir għad-dar u għall-ġnien (D, SD)

- Għodda bil-mutur u tagħmir bħal trapani ta' l-elettriku, srieraq, sanders u hedge cutters, tratturi tal-ġonna, lawn mowers bil-mutur, cultivators, chain saws u pompi ta' l-ilma

- Għodda ta' l-idejn bħal martell, tornaviti, spaners u tnalji

- Għodda tal-ġnien bħal lawn mowers ta' l-idejn, karretti, mwieżaq, pali, rixtelli, frieket, mnieġel u imqassijiet taż-żabra

- Slielen u turġien

- Tagħmir tal-bibien (ċappetti, handles u lokkijiet), tagħmir tar-radiators u tal-fireplaces u oġġetti oħra tal-metall għad-dar (bsaten tal-purtieri, bsaten tat-twapet, ganċi, eċċ.) jew għall-ġnien (ktajjen, gradilji, bsaten u segmenti bil-hoop għall-reċinzzjoni u għall-borduri)

- Aċċessorji żgħar ta' l-elettriku bħal sockets tad-dawl, switches, wiring flex, bozoz, tubi tad-dawl fosforixxenti, torċi, lampi tal-idejn, batteriji ta' l-elettriku għall-użu ġenerali, qniepen u alarmi

- Tiswija ta' dawn l-oġġetti

05.6 Oġġetti u servizzi għall-manteniment ta' rutina tad-dar

05.6.1 Oġġetti tad-dar li ma jservux (ND)

- Prodotti tal-ħasil u tal-manteniment bħal sapun, trab tal-ħasil, trab għall-għorik, detergents, diżinfettanti ta' l-ibbliċjar, conditioners, prodotti għall-ħasil tat-twieqi, xama', lostri, żebgħat, aġenti li jiftħu, diżinfettanti, insettiċidji, fungicides u ilma distillat

- Prodotti tal-karti bħal filters, tvalji u srievet, karta tal-kċina, boroż tal-vacuum cleaner u oġġetti tal-mejda tal-kartun, inklużi tertuq ta' l-aluminium u boroz tal-plastik taż-żibel

- Oġġetti għat-tindif bħal xkupi, broxkijiet, pali u xkupilji tat-tfarfir, dusters, srievet, ċraret ta' l-art, sponoż, barixxa, steel wool u kamoxxi

- Oġġetti oħra tad-dar li ma jservux bħal sufarini, xemgħat, ftieli tal-lampi, methylated spirits, labar ta' l-inxir, spallieri, labar tal-ħjata u tan-knitting, ħoloq tal-ħjata, labar tas-sarwan, imsiemer, viti, skorfini u boltijiet, drawing pins, taċċi, washers, kolla u tapes adhesivi għall-użu fid-dar, spag, twine u ingwanti tal-gomma

Jeskludi:

Prodotti għaż-żamma ta' ġonna ornamentali (09.1.7); imkatar tal-karti, toilet paper, sapun u prodotti oħra għall-iġjene personali (12.1.2).

05.6.2 Servizzi domestiċi u servizzi għaż-żamma tad-dar (S)

- L-imjieg ta' staff imħallsa f'servizz privat bħal maġġordomi, koki, servi, naddafa, sewwieqa, ġardinara, governanti, segretarji, tuturi u au pairs

- Servizzi domestiċi, inkluż baby-sitting, provdut minn aġenziji jew persuni li huma self-employed

- Kiri ta' għamara, tagħmir, tagħmir tad-dar u bjankerija

- Servizzi oħra għaż-żamma tad-dar bħal tindif tat-twieqi, diżinfettar, iffumigar u sterminazzjoni ta' l-insetti

Jeskludi:

Dry-cleaning, ħasil tal-ħwejjeġ u tintura (03.1.4); ħlas minn kerrejja ta' akkomodazzjoni bl-għamara għall-użu tal-għamara (04.1); kollezzjoni taż-żibel u servizzi tad-drenaġġ (04.4.1/2A); caretaking, ġardinaġġ, tindif tat-turġien u manteniment tad-dwal tal-lifts u chutes għar-rimi ta' l-iskart f'bini okkupat minn ħafna (04.4.4); tneħħija tas-silġ u knis ta' ċumniji (04.4.4); tindif tat-toroq (04.4.4); tiswija u installazzjoni tal-għamara u kisi ta' pavimenti (05.1); tiswija u installazzjoni ta' tagħmir tad-dar (05.3); servizzi ta' wet-nurses, crèches, nurseries, day care centres u faċilitajiet oħra li jieħdu hsieb it-tfal (mhux fl-indiċi).

06.A SAĦĦA: Prodotti medikali u farmaċewtiċi u tagħmir terapewtiku — imħallas mill-konsumatur u mhux mradd lura (ND, SD, D)

Ikopri prodotti medikali u farmaċewtiċi u tagħmir terawpetiku barra mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri; il-prodotti koperti m'humiex rimborzati lura f'dik is-sena.

Jista' jinkludi per eżempju:

- Vitamini u minerali, painkillers, mediċina tas-sogħla, cod liver oil u halibut liver oil,

- termometri kliniċi, faxxi adesivi u m'humiex, siringi, kits tal-first-aid, hot-water bottles u boroż tas-silġ, oġġetti mediċi tas-saqajn kalzetti tal-lastku u knee-pads,

- condoms u kontraċettivi oħra,

- nuċċalijiet korrettivi tal-vista u contact lenses, apparat akustiku, għajnejn tal-ħġieġ, braces ortopediċi u appoġġi, ċinturini, cinturini (trusses) u appoġġi, braces ta' l-għonq, tagħmir mediku għall-massage u lampi għas-saħħa, siġġijiet bir-roti bil-mutur u bla mutur u karozzini għall-invalidi,

- dentaturi iżda mhux l-ispiza għat-tqegħid,

- żraben ortopediċi.

Jeskludi:

Prodotti mediċi u farmaċewtiċi u tagħmir terapewtiku li huma parzjalment jew totalment rimborzati jew imħallsa mis-sistema ta' sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru (mhux fl-indiċi); is-servizzi kollha, per eżempju kiri ta' tagħmir terapewtiku u servizzi oħra (mhux fl-indiċi); nuċċalijiet tax-xemx mhux mgħammra b'lenti korrettiva (12.2); goggles protettivi, ċinturini u appoġġi għall-isport (09.1.5); sapun mediċinali (12.1.2); prodotti veterinarji (09.1.8).

07. TRASPORT

07.1 Xiri ta' vetturi

Xiri ta' vetturi ta' rekreazzjoni bħal camper vans, karavanni, trailers, ajruplani u dgħajjes huma koperti minn (09.1.4).

Il-piz ta' karrozzi ġodda u second-hand jirrifletti l-akwist nett tal-popolazzjoni ta' l-indiċi. L-Istati Membri għandhom l-għażla li jieħdu:

(i) kull piż nett għal karozzi ġodda (piż nett nieqes il-valur ta' trade-in ta' karozzi użati) u kull piż nett għal karozzi second-hand cars li jirrifletti x-xiri kollu tal-popolazzjoni ta' l-indiċi minn għand jew permess ta' intermedjarji, li huma tipikament garaxxijiet jew negozjanti tal-karozzi, nieqes il-valur ta' karozzi użati li huma traded-in;

(ii) kull piż gross għall-karozzi ġodda (bla ma jittieħed inkonsiderazzjoni it-trade-in ta' karozzi użati), u kull piż għall-karozzi second-hand li jirrifletti ix-xiri tal-popolazzjoni ta' l-indiċi mis-settur kummerċjali u l-marġni tat-trade-in għal karozzi second-hand li jbiddlu l-id fi ħdan il-popolazzjoni ta' l-indiċi; is-suppożizzjoni hi li karozzi użati traded-in huma mibjugħa lill-popolazzjoni ta' l-indiċi li hi għalhekk tranżazzjoni fi ħdan il-popolazzjoni ta' l-indiċi.

07.1.1 Karozzi ġodda u second-hand (D)

- Karrozzi ġodda, vanijiet tal-passiġieri, station wagons, karrozzi estate u bħal dawn jew b' two-wheel drive jew four-wheel drive

- Vetturi second-hand, vannijiet tal-passiġieri, station wagons, estate car u bħal dawn b' two-wheel drive jew four-wheel drive

Jeskludi:

Karozzi ta' l-invalidi (06A); camper vans (09.1.4); golf carts (09.1.4).

07.1.2/3 Muturi u roti (D)

- Muturi ta' kull tip, skuters u roti bil-mutur

- Roti u triċikletti ta' kull tip, ħlief roti u triċikletti tal-ġugarelli (09.1.5).

Jinkludi:

Side cars; snowmobiles.

Jeskludi:

Karozzi ta' l-invalidi (06A); golf carts (09.1.4).

07.2 Tħaddim ta' tagħmir personali tat-trasport

Xiri ta' materjal minn tad-dar bl-intenzjoni li jagħmlu l-manteniment jew it-tiswija huma stess għandhom jintwerew taħt 07.2.1 jew 07.2.2. Jekk, iżda, il-familja tħallas stabbiliment sabiex iwettaq il-manteniment jew it-tiswijiet imbagħad il-valur totali tas-servizz, inkluż l-ispiża tal-materjali użati, għandhom jintwerew taħt 07.2.3.

07.2.1 Spare parts u aċċessorji (SD)

- Tyres (ġodda, użati jew trattati mill-ġdid), tubi ta' ġewwa, spark plugs, batteriji, shock absorbers, filters, pompi u spare parts oħra jew aċċessorji għat-tagħmir tat-trasport personali

Jinkludi:

Prodotti speċifikament għat-tindif u l-manteniment tat-tagħmir tat-trasport bħal żebgħat, naddafa tal-chrome, komposti ta' l-issiġġillar u lostraturi tal-bodywork; ikopri għal karozzi, muturi, eċċ.

Jeskludi:

Prodotti mhux speċifiċi għat-tindif u l-manteniment bħal ilma distillat, sponoż, kamoxxi, detergents, eċċ. (05.6.1); spejjeż għat-tpoġġija ta' spare parts u aċċessorji u għaż-żebgħa, ħasil u lustrar tal-bodywork (07.2.3); radjijiet tal-karozzi (09.1.1) u radio-telephones (8.1.2/3).

07.2.2 Karburanti u lubrikanti (ND) (E)

- Petrol u karburanti oħra bħal diesel, gass tal-pitrolju likwidu, alkohol u taħlitiet two-stroke

- Lubrikanti, fluwidi tal-brake u transmission, coolants u addittivi

Jinkludi:

Karburant għal veikoli ta' rikreazzjoni koperti taħt 09.1.4.

Jeskludi:

Imposti għat-tibdil fiż-żejt u griż (07.2.3).

07.2.3 Manteniment u tiswijiet (S) [4]

- Servizzi mixtrija għall-manteniment u tiswija ta' tagħmir tat-trasport bħal tpoġġija ta' parts u aċċessorji, ibilanċjar tar-roti, ispezzjonijiet tekniċi, servizzi ta' ħsarat tal-maġna, tibdil taż-żejt, griż u ħasil. Ikopri l-valur totali tas-servizz, jiġifieri kemm l-ispejjeż tax-xogħol u l-ispejjeż tal-materjali użati huma koperti.

07.2.4A Servizzi oħra fejn jidħol tagħmir tat-trasport personali (S)

Skond il-konvenzjonijiet tal-ESA 1995 inklużi huma ħlasijiet minn tad-dar għal-liċenzji, permessi, eċċ. li huma meqjusa bħala xirjiet ta' servizzi mill-gvern (ESA 1995, paragrafu 3.76.h). F' dak il-każ il-gvern joħroġ liċenzji bħala parti minn kull funzjoni regolatorja, bħal kontrolli ta' kompetenza, jew kwalifiki, tal-persuni kkonċernati (ESA 1995, paragrafu 4.80.d u n-nota tiegħu f'qiegħ-il paġna).

- Kiri ta' tagħmir ta' trasport personali mingħajr sewwieq

- Kiri ta' garaxxi jew postijiet ta' parkeġġ li ma jipprovdux parkeġġ mad-dar

- Lezzjonijiet tas-sewqan (karozzi jew muturi), tests tas-sewqan u liċenzji tas-sewqan

- Faċilitajiet tat-toll (pontijiet, mini, shuttle-ferries, autostradali) u meters tal-parkeġġ

- Road worthiness test

Jeskludi:

Kiri ta' kull karozza b' sewwieq (07.3.2); kiri ta' kull garaxx sabiex jipprovdi parkeġġ mad-dar (4.1); liċenzji sabiex tkun is-sid jew tuża vetturi (mhux fl-indiċi).

07.3 Servizzi ta' trasport

Xiri ta' servizzi ta' trasport huma kklassifikati skond il-metodu ta' trasport. Meta biljett ikopri tnejn jew aktar mezzi tat-trasport — per eżempju, karozza tal-linja inter-urbana u underground jew tren inter-urbana u ferry — imbagħad dawn ix-xirjiet għandhom jiġu kklassifikati f' 07.3.6A.

07.3.1A Trasport tal-passiġieri bil-ferrovija (S)

- Trasport lokali u fit-tul ta' individwi u gruppi ta' persuni u bagalji bil-ferrovija, bit-tram u bl-underground

Jinkludi:

Trasport ta' vetturi privati; servizzi ta' akkomodazzjoni.

Jeskludi:

Trasport bil-funikular (07.3.5A); spejjeż ta' ikliet u trattamenti jekk mhux inklużi fil-prezz (11.1.1).

07.3.2A Trasport tal-passiġieri bit-triq (S)

- Trasport lokali u fit-tul ta' individwi u gruppi ta' persuni u bagalji bil-karozza tal-linja, bil-coach, bit-taxi u b'karozza mikrija bis-sewwieq

Jeskludi:

Ambulanzi (mhux fl-indiċi); spejjeż ta' ikliet u trattamenti jekk mhux inklużi fil-prezz (11.1.1).

07.3.1A Trasport tal-passiġieri bl-ajru (S)

- Trasport ta' individwi u gruppi ta' persuni u bagalji bl-ajruplan u bil-ħelicopter

Jeskludi:

Ambulanzi (mhux fl-indiċi); spejjeż ta' ikliet u trattamenti jekk mhux inklużi fil-prezz (11.1.1).

07.3.1A Trasport tal-passiġieri bil-baħar u bil-passaġġi interni fuq il-baħar (S)

- Trasport ta' individwi u gruppi ta' persuni u bagalji bil-vapur, bil-frejgatina, bil-ferry, hovercraft u hydrofoil

Jinkludi:

Trasport ta' vetturi privati; servizzi ta' akkomodazzjoni.

Jeskludi:

Ambulanzi (mhux fl-indiċi); spejjeż ta' ikliet u trattamenti jekk mhux inklużi fil-prezz (11.1.1).

07.3.5A Servizzi oħra tat-trasport mixtrija (S)

- Trasport bil-funikular, teleferiku u bil-cable-car

- Tmexxija u ħażna ta' oġġetti tad-dar

- Servizzi ta' porters u left-luggage u uffiċċji tal-luggage-forwarding

- Kommixxin ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar

Jeskludi:

Ambulanzi (mhux fl-indiċi); teleferiku, cable cars u ski lifts fi ski resorts u ċentri tal-vaganzi (09.2).

07.3.6.A Biljetti kkombinati (S)

- Biljett li jkopri żewġ jew aktar mezzi ta' l-ivjaġġar u l-ispiża ma tistax tinqasam bejniethom

Jeskludi:

Ambulanzi (mhux fl-indiċi); teleferiku, cable cars u ski lifts fi ski resorts u ċentri tal-vaganzi (09.2).

08. KOMUNIKAZZJONIJIET

08.01 Komunikazzjonijiet

08.1.1 Servizzi postali (S)

- Ħlas għall-konsenja ta' ittri, kartolini u pakketti

Jinkludi:

Kull xiri ta' bolol tal-posta ġodda, kartolini mħallsa u aerogrammi; ittri privati u konsenja ta' pakketti.

Jeskludi:

Xiri ta' bolol tal-posta użati jew ikkanċellati (09.1.5); servizzi finanzjarji ta' uffiċċji tal-posta (12.5A).

08.1.2/3 Tagħmir tat-telefon u telefax u servizzi tat-telefon, telegrafu u telefax (S)

- Xiri ta' telefons, radio-telephones, magni tat-telefax, telephone-answering machines u telephone loudspeakers

- L-ispejjeż ta' l-installazzjoni u s-sottoskrizzjoni ta' tagħmir personali tat-telefon

- Sejħiet bit-telephone minn kull linja privata jew pubblika

- Servizzi ta' telegrafija, telex u telefax

- Servizzi ta' trasmissjoni ta' data

Jinkludi:

It-tiswija ta' dan it-tagħmir; radiotelephony, radiotelegraphy u radiotelex; sejħiet bit-telefon f'lukandi, kafetteriji u ristoranti; kiri ta' telefons, magni tat-telefax, telephone answering-machines u telephone loudspeakers, aċċess għall-Internet.

Jeskludi:

Telefax u faċilitajiet ta' telephone answering ipprovduti minn komputers personali (09.1.3).

09. RIKREAZZJONI U KULTURA

09.1 Tagħmir u aċċessorji, inkluż tiswijiet

09.1.1 Tagħmir għar-riċezzjoni, rekordjar u riproduzzjoni ta' ħoss u stampi (D)

- Settijiet tar-radio, radios tal-karozzi, arloġġi radio, two-way radios u riċevituri ta' amateur radio u transmitters

- Settijiet tat-televixin, video-cassette players u recorders, aerials tat-televixin ta' kull tip

- Gramophones, tape players u recorders, cassette players u recorders, CD-players, stereos personali, sistemi ta' stereo u l-unitajiet kostitwenti tagħhom (turntables, tuners, amplifiers, speakers, eċċ.), mikrofoni u earphones

Jeskludi:

Kameras tal-video, camcorders u kameras għas-sound-recording (09.1.2); tiswija ta' dan it-tagħmir (09.1.9); kiri ta' dan it-tagħmir, ħlasijiet ta' liċenzji u taxxi fuq apparat awdjo-viżwali, sottoskrizzjoni għan-networks tat-televiżjoni privati (09.2).

09.1.2 Apparat fotografiku u ċinematografiku u strumenti ta' l-għajnejn (D)

- Kameras wieqfa, kameras tal-films u kameras tas-sound-recording, kameras tal-video u cam-corders, projectors tal-film u s-slides, enlargers u tagħmir ta' l-iproċessar tal-film, u aċċessorji bħal screens, viewers, attachments tal-lentijiet, attachments tal-flash, filters, u exposure meters

- Trombi, mikroskopji, teleskopji u boxxli.

09.1.3 Apparat ta' l-iproċessar tad-data (D)

- Kompjuters personali u display units viżwali, printers, software u aċċessorji mixxellanji li jakkompanjawhom

- Calculators, inkluż pocket calculators

- Typewriters u word processors

Jinkludi:

Telefax u faċilitajiet ta' telephone answering ipprovduti minn kompjuters personali (09.1.3).

Jeskludi:

Software tal-video games, video game cassettes u kompjuters tal-logħob li jiġu mdaħħla fis-set tat-television (09.1.5); ribbons tat-typewriter (09.3); slide rules (09.3).

09.1.4 Ħwejjeġ oħra li jibqgħu għar-rekreazzjoni u kultura (D)

- Camper vans, karavanni u trailers

- Ajruplani, inġenji ta' l-ajru microlight u hang-gliders

- Fregatini għal gost, muturi outboard, sails rigging u superstrutturi

- Oġġetti ewlenin għal-logħob u l-isports bħal kenuri, kayaks, boards tal-wind-surfing, tagħmir għall-body-building, tagħmir ta' taħt l-ilma, imwejjed tal-billiard, imwejjed tal-ping-pong, magni tal-pin-ball, magni tal-logħob u golf carts

- Swimming pools li m'humiex tal-fiss

- Strumenti mużikali, inkluż strumenti mużikali elettroniċi, bħal ma huma pjanijiet, orgni, vjolini, kitarri, trumbetti, klarinetti u flawtijiet

- Żwiemel u ponijiet

Jeskludi:

Strumenti mużikali żgħar bħal recorders, harmonicas eċċ. (09.1.5); dgħajjes li jintefħu u pixxini (09.1.5).

09.1.5 Logħob, ġugarelli u passatempi, tagħmir għall-isport, għal kampeġġ u rikreazzjoni fl-arja aperta (SD)

- Karti tal-logħob, logħob parlatorju, settijiet taċ-ċess u bħal dawn

- Ġugarelli ta' kull tip inkluż pupi, soft toys, karozzi u trenijiet tal-logħob, roti u triċikletti tal-logħob, settijiet tal-kostruzzjoni tal-logħob, puzzles, plasticine, logħob elettroniku, maskli, travestimenti, ċajt, novitajiet, logħob tan-nar, festuni u dekorazzjonijiet tas-siġra tal-Milied

- Rekwiżiti tal-ġbir tal-bolol bħal bolol użati jew ikkanċellati u albums tal-bolol u oġġetti oħra għall-kollezzjonijiet (mineraloġija, zooloġija, botanija, eċċ.)

- Ġinnastika, edukazzjoni fiżika u tagħmir ta' l-isports bħal blalen, rakketti, paletti, skis, ice skates, roller skates, lasti, piżijiet, discuses, javelins, dumb-bells u chest expanders

- Armi tan-nar u munizzjon għall-kaċċa u l-isport, qasab tas-sajd u tagħmir ieħor għas-sajd

- Tagħmir għal-logħob ta' fuq ix-xatt u logħob ta' barra bħal bowls, croquet, frisbee, inkluż pixxini li jintnefħu, dgħajjes u ċattri li jintnefħu,

- Tagħmir tal-kampeġġ bħal tined u aċċessorji, sleeping bags u back-packs, saqqijiet tal-arja u pompi li jonfħu, fuklari tal-kampeġġ u barbecues

Jinkludi:

Kaxxi tal-mużika u strumenti żgħar mużikali bħal recorders, harmonicas, sfafar, eċċ.; software tal-video game, video game cassettes u kompjuters tal-logħob li jiġu mdaħħla fis-set tat-televixin; żraben tal-logħob bħal żraben tal-bowling, boots tal-futbol, spikes tal-ġiri, boots ta' l-iski u żraben bl-ice skates u r-roller skates; tagħmir tar-ras prottetiv għall-isport (bħal dak użat fl-ice hockey, futbol Amerikan, baseball, cricket, cycling, boxing, eċċ.); tagħmir ieħor prottetiv għall-isports bħal life jackets, ingwanti tal-boxing, shin-guards, pads, padding, goggles, ċinturini, apoġġi, eċċ.

Jeskludi:

Għamara tal-kampeġġ u tal-ġnien (05.1.1); oġġetti tal-kollezzjoni li jaqgħu fil-kategorija ta' xogħlijiet ta' l-arti jew antikitajiet (05.1.1); apparat tal-body-building (09.1.4); siġar tal-Milied (09.1.7); scrapbooks tat-tfal (09.3); bolol tal-posta mhux użati (8.1.1).

09.1.6 Media għall-irrekordjar ta' stampi u ħsejjes (SD)

- Rekords u compact discs

- Tapes pre-rekordjati, cassettes, video cassettes, diskettes u CD-ROMs għal tape recorders, cassette recorders, video recorders u kompjuters personali

- Tapes mhux rekordjati, cassettes, video cassettes, diskettes u CD-ROMs għal tape recorders, cassette recorders, video recorders u kompjuters personali

- Films mhux esposti, cartridges u discs għall-użu fotografiku u ċinematografiku

Jinkludi:

Provisti tal-fotografija bħal karti u flash bulbs.

Jeskludi:

Batteriji (05.5); video game cassettes (09.1.5); ritratti pproċessati u transparencies (09.2).

09.1.7 Ġardinaġġ (ND)

- Pjanti, arbuxelli, basal, tuberi, żerriegħa, fertilizzanti, kompost, ħamrija trattata għal ġonna ornamentali, fjuri u faxxina naturali jew artifiċjali, qsari u holders tal-qsari

Jinkludi:

Siġar tal-Milied naturali u artifiċjali.

Jeskludi:

Għodda tal-ġnien (05.5).

09.1.8 Annimali domestiċi (ND)

- Annimali domestiċi, ikel tal-annimali domestiċi, prodotti veterinarji u għall-indafa tal-annimali domestiċi, kullari, ċineg, kennels, gaġġi ta' l-għasafar, tankijiet tal-ħut, cat litters, eċċ.

Jeskludi:

Żwiemel u ponijiet (09.1.4); servizzi veterinarji (09.2).

09.1.9 Tiswija ta' tagħmir u aċċessorji għar-rikreazzjoni u l-kultura (S)

- Tiswija ta' tagħmir awdjo-viżiv, kompjuters personali, strumenti mużikali, ajruplani u dgħajjes għar-rikreazzjoni, logħob, ġugarelli u tagħmir għall-isport, għall-kaċċa, għas-sajd u kampeġġ

09.2A Servizzi rikreazzjonali u kulturali (S)

- Servizzi pprovduti minn:

- ċinema, teatri, djar tal-opera, swali tal-kunċerti, swali tal-mużika,

- stadia ta' l-isports, cycle tracks, tracks tat-tiġrijiet taż-żwiemel, eċċ.,

- mużewijiet, libreriji, gallariji tal-arti, esibizzjonijiet,

- monumenti storiċi, ġonna nazzjonali, ġonna żooloġiċi u botaniċi,

- wirjiet tal-ħsejjes u tad-dwal,

- cirki, fieri u parks tad-divertiment,

- karuzzelli, ċaqlembuti, u faċilitajiet oħra tal-playground għat-tfal,

- magni pin-ball u logħob ieħor għall-adulti għajr minn logħob tal-azzard,

- ski slopes u ski lifts

- Kiri ta' tagħmir u aċċessorji għar-rikreazzjoni u kultura, b'mod partikolari settijiet ta' televiżjoni, video cassettes, ajruplani, fregatini, żwiemel, skiing jew tagħmir ta' kampeġġ

- Miżati tad-dħul f'pixxini u kiri ta' tennis courts, squash courts u bowling alleys

- Lezzjonijiet barra mil-iskola individwali jew fi gruppi fi bridge, żfin, mużika, skiing, għawm jew passatempi oħra

- Servizzi ta' mużiċisti, buffi, performers għad-divertiment privat

- Servizzi ta' fotagrafi bħall-iżviluppar, stampar, tkabbir, ritratti kwadri, eċċ.

- Servizzi veterinarji u oħrajn għall-annimali domestiċi bħal tindif u alloġġjar

- Servizzi ta' gwidi tal-muntanji, gwidi tat-tur, eċċ.

Jinkludi:

Teleferics u cable cars fi ski resorts jew ċentri tal-vaganzi; xandir bit-televiżjoni u bir-radju, b'mod partikolari tal-liċenzji għal u sottoskrizzjonijiet għal networks tat-televiżjoni; TV bi ħlas; kiri ta' żraben għal kull logħob speċifiku bħal żraben tal-bowling, boots tal-futbol, spikes tal-ġiri, boots ta' l-iskis, żraben adattati bl-ice skates jew rollers, eċċ.

Jeskludi:

Teleferics u cable cars mhux fi ski resorts jew ċentri tal-vaganzi (07.3.5A); bars li jipprovdu d-divertiment (11.1.1); korsijiet tal-kompjuter, korsijiet tal-lingwi, korsijiet tat-typing eċċ. (10.A); spejjeż għas-servizzi għal-lotteriji, bookmakers, totalizers, casinos u stabbilimenti oħra għal-logħob tal-azzard, magni tal-logħob, swali tat-tombla, scratch cards, sweepstakes, eċċ. (mhux fl-indiċi).

09.3 Gazzetti, kotba u stationery (SD, ND)

- Kotba, inkluż atlases, dizzjunarji, enċiklopediji u kotba tal-iskola

- Gazzetti, magazines u perjodiċi oħra

- Katalgi u materjal għar-riklamar

- Kartelluni, greeting cards u visiting cards, cards ta' tħabbir u messaġġ, kartolini, plain jew bl-istampa, kalendarji

- Mapep tat-toroq, mapep tad-dinja u globi

- Writing pads, inveloppi, kotba tar-rendikont, takkwini, djarji, eċċ.

- Pinen, lapsijiet, fountain-pens, ball-point pens, felt-tip pens, inka, gommom tal-inka, gomom, temprini tal-lapsijiet, eċċ.

- Stensils, karta saħħara, żigarelli tat-typewriter, inking pads, likwidi tal-korrezzjoni, eċċ.

- Taqqabi tal-karti, taljaturi tal-karti, imqassijiet tal-karti, kolla ta' l-uffiċini u adeżivi, stejplers u stejpils, klipps tal-karti, drawing pins, eċċ.

- Materjali tat-tpinġija u tal-pittura bħal kanvas, karta, kartolina, żebgħat, krajons, pastelli u pniezel.

Jinkludi:

Scrapbooks u albums għat-tfal, materjal ta' l-edukazzjoni bħal kotba ta' l-iskola, pitazzi ta' l-iskola, rigi, kumpassi, skwerri, grafometri, lavanji, ġibs u kaxxi tal-lapsijiet.

Jeskludi:

Albums għal bolol (09.1.5), kartolini imħallsa u aerogrammes (8.1.1), kalkulaturi tal-but (09.1.3).

09.4 Pakkett ta' vaganzi (S)

- Vaganzi kollox inkluż jew turs li jipprovdu vjaġġi, ikel, akkomodazzjoni, gwidi, eċċ.

Jinkludi:

Ġiti ta' nofs ġurnata jew ta' ġurnata.

Jeskludi:

Assigurazzjoni ta' vjaġġi (mhux fl-indiċi); kirjiet lil tad-dar li jokkupaw akkomodazzjoni għat-tul tal-perjodu tal-vaganzi (04.1); kirjiet għall-akkomodazzjoni f' villaġġi tal-vaganzi u ċentri tal-vaganzi (11.2).

10.A EDUKAZZJONI — Normalment imħallsa minn konsumaturi fl-Istati Membri (S)

Ikopru servizzi ta' l-edukazzjoni normalment imħallsa minn konsumaturi fi Stati Membri; identifikati bħala tali minn Stati Membri f'dawn li ġejjin:

- Livell 9 tal-Klassifikazzjoni fl-Edukazzjoni ta' Standard Internazzjonali (Isced): programmi edukattivi, ġeneralment għall-adulti, li ma jeħtiġux kull struzzjoni speċjali minn qabel, b'mod partikolari taħriġ vokazzjonali u żvilupp kulturali.

Jinkludi:

Korsijiet tal-kompjuter, korsijiet tal-lingwi, korsijiet tat-typing, eċċ.

Jeskludi:

Edukazzjoni mhux 'normalment imhallsa mill-konsumaturi fl-Istati Membri', li huma livelli 0 u 1 ta' Isced, i.e. skola nursery, skola primarja, programmi ta' qari u kitba ghal tfal ta' kull età, livelli 2 u 3 ta' Isced, i.e. generali, vokazzjonali jew edukazzjoni sekondarja teknika, u livelli 5, 6 u 7 ta' Isced, i.e. edukazzjoni fil-livell terzjarju, università jew bha; dan (mhux fl-indici); attivitajiet rekreazzjonali, tal-isport jew tat-turisti li ma jikkostitwixxux korsijiet organizzati jew progressivi ta' tahrig, per ezempju muzika, sport jew lezzjonijiet tal-bridge moghtija minn ghalliema indipendenti (09.2A); materjal edukattiv (09.3); canteens fl-iskejjel, universitajiet u stabbilimenti edukattivi ohra (11.1.2); servizzi ta' akkomodazzjoni ta' skejjel boarding, universitajiet u stabbilimenti edukazzjonali ohra (11.2).

11. LUKANDI, KAFETERIJI U RISTORANTI

11.1 Forniment

11.1.1. Ristoranti u kafeteriji (S)

- Servizzi tal-forniment (ikliet, xorb u trattamenti) ipprovduti minn kafeteriji, ristoranti, buffets, bars, tea-rooms, eċċ., inkluż dawk provduti:

- f'postijiet li jipprovdu servizzi rikreazzjonali, kulturali u ta' l-isports, teatri, ċinemas, stadia ta' l-isports, pixxini, kumplessi ta'l-isports, mużewijiet, gallariji ta' l-arti, eċċ.,

- fuq trasport pubbliku (coaches, trenijiet, dgħajjes, ajruplani) ħlief fejn il-prezz ta' l-ikla hu inkluż fin-nol (per eżempju, kull ikla fuq kull ajruplan),

- f'postijiet fejn iservu x-xorb flimkien mad-divertiment: teatri tal-cabaret, night clubs, stabbilimenti taż-żfin bil-bars, eċċ.

- Inklużi wkoll huma:

- il-bejgħ ta' prodotti għall-konsum immedjat bħal sandwiches, hot dogs, ġelati, eċċ.,

- il-bejgħ ta' ikliet u snacks minn dawk li jfornu ikel lest u kuntratturi tal-forniment ta' l-ikel ikkonsenjat jew m'huwiex,

- platti imsajra għal take away,

- prodotti li huma konsenjati lesti għal konsum minn magni tal-bejgħ awtomatiċi (sandwiches, snack bars, soft drinks, kafé, eċċ.)

Jinkludi:

Manċi.

Jeskludi:

Xiri ta' tabakk (02.2).

11.1.2 Canteens (S)

Servizzi tal-forniment tal-ikel ta' canteens tax-xogħol, canteens tal-uffiċji u canteens fl-iskejjel, universitajiet u stabbilimenti oħra ta' l-edukazzjoni.

Jeskludi:

Ikel u xorb ipprovdut lill-pazjenti ta' l-isptar (mhux fl-indiċi).

11.2 Servizzi ta' akkomodazzjoni (S) [5]

- Servizzi ta' akkomodazzjoni f'lukandi, pensjonijiet, motels u taverni

- Servizzi ta' akkomodazzjoni ta' villaġġi tal-vaganzi u ċentri tal-vaganzi, postijiet tal-kampeġġ u tal-karavann, hostels taż-żgħażagħ u chalets fil-muntanji

- Servizzi ta' akkomodazzjoni ta' skejjel boarding, universitajiet u stabbilimenti oħra ta' l-edukazzjoni

Jinkludi:

Manċi, purtinara.

Jeskludi:

Kirjiet minn tad-dar li jokkupaw kull kamra f'kull lukanda jew pensjoni bħala r-residenza ewlenija (04.1); kirjiet minn tad-dar li jokkupaw akkomodazzjoni għat-tul tal-vaganza (04.1); forniment tas-servizzi ta' l-ikel f' dawn l-istabbilimenti ħlief għall-kolazzjon inkluż fil-prezz ta' l-akkomodazzjoni (11.1.1); persuni li joqogħdu f'orfanatrofi, djar għall-invalidi jew inkapaċitati, lukandi għall-ħaddiema żgħażagħ jew immigranti (mhux fl-indiċi).

12. OĠĠETTI U SERVIZZI MIXXELLANJI

12.1 Kura personali

12.1.1 Salons tax-xagħar u stabbilimenti għall-kura personali (S)

- Servizzi ta' salons tax-xagħar, parukkiera, ħwienet tas-sbuħija, manicures, banjijiet u saunas, solariums, massaġġi mhux mediċi, eċċ.

12.1.2 Tagħmir, oġġetti u prodotti għall-kura personali (ND)

- Tagħmir ta' l-elettriku: xfafar ta' elettriku u trimmers tax-xagħar, drajers tax-xagħar tal-idejn u bil-kappa, curling tongs u petnijiet tal-istylin, lampi tax-xemx, vibrators, xkupilji tas-snien tal-elettriku u tagħmir ieħor tal-elettriku għat-tindif tas-snien, eċċ.

- Tagħmir mhux ta' l-elettriku: xfafar mhux ta' l-elettriku u trimmers tax-xagħar u x-xfar għalihom, imqassijiet, limi tad-dwiefer, pettnijiet, pniezel tal-leħja, xkupilji tax-xagħar, xkupilji tas-snien, xkupilji tad-dwiefer, furfiċetti, rollers, imwieżen personali, imwieżen tat-trabi, eċċ.

- Oġġetti għat-tindif personali: sapun, sapun mediċinali, żejt u krema tat-tindif, sapun għat-tqaxxir, krema u foam għat-tqaxxir, toothpaste, eċċ.

- Prodotti tas-sbuħija, fwieħa u deodoranti: lipstick, verniċ tad-dwiefer, make-up u prodotti għat-tneħħija ta' l-irtokk (inkluż terra, xkupilji u puffs tat-terra, lacquers u lotion tax-xagħar, prodotti għal qabel u wara it-tqaxxir, prodotti għax-xemx, prodotti li jneħħu x-xagħar, fwejjeħ u toilet waters, deodoranti personali u prodotti tal-banju

- Prodotti oħra: toilet paper, imkatar tal-karti, srievet tal-karti, sanitary towels, tajjar, cotton tips, ħrieqi tat-trabi disposable

Jinkludi:

Tiswija tat-tagħmir.

Jeskludi:

Ħrieqi tat-trabi magħmula mid-drapp (03.1.2); imkatar magħmula mid-drapp (03.1.3).

12.2 Oġġetti personali n.e.c. (D, SD)

- Ħaġar prezzjuż, ġojjelli, inkluż ġojjelli finti, cuff-links u labar ta' l-ingravati

- Arloġġi, arloġġi ta' l-idejn, stop-clocks, arloġġi bl-alarm

- Tiswija ta' dawn l-oġġetti

- Oġġetti tat-tipjip: pipi, lighters, kaxxetti tas-sigaretti, eċċ.

- Oġġetti għat-trabi: karozzini tat-trabi, push-chairs, recliners, sodod u seats tal-karozza, ġarriera għal fuq id-dahar, ġarriera għal quddiem, riedni u harness, eċċ.

- Oġġetti għall-ivjaġġar u ġarriera oħra għall-oġġetti personali: bagalji, bagolli, basktijiet ta' l-ivjaġġar, attaché cases, basktijiet ta' l-iskola, hand-bags, portafolli, portmonijiet, eċċ.

- Oġġetti personali mixxellanji; nuċċalijiet tax-xemx, bsaten għall-mixi, umbrelel, fannijiet, key rings, eċċ.

- Oġġetti funebri bħal urni, twiebet u lapidi

Jinkludi:

Arloġġi bl-alarm għall-ivjaġġar; termometri tal-ħajt u barometri.

Jeskludi:

Ornamenti (05.1.1 or 05.4); arloġġi bir-radju (09.1.1); għamara tat-trabi (05.1.1); kaxex tal-lapsijiet (09.3.4); basktijiet tax-xiri (05.2).

12.4A Assigurazzjoni (S) [6]

Imposti għal servizzi ta' assigurazzjoni huma kklassifikati skond it-tip ta' assigurazzjoni. Imposti għal servizzi ta' assigurazzjoni multi-riskju li jkopru hafna riskji m' humiex ikklassifikati separatament. Għal din it-tip ta' assigurazzjoni, kemm-il darba m'huwiex possibbli li l-imposti ta' servizz tiġi allokata lill-riskji varji koperti, l-imposti ta' servizz għandhom jiġu kklassifikati fuq il-bażi ta' l-ispiża tar-riskju prinċipali.

12.4.2A Assigurazzjoni konnessa mad-dar: Kontenut (S)

- Imposti tas-servizz imħallsa minn sidien detenturi u minn kerrejja għat-tipi ta' assigurazzjoni li huma tipikament meħuda minn kerrejja kontra l-ħruq, is-serq, danni mill-ilma, eċċ.

Jeskludi:

Imposti għal servizzi mħallsa minn sidien detenturi għat-tipi ta' assigurazzjoni li huma tipikament meħuda minn sidien (konsum intermedjarju).

12.4.4A Assigurazzjoni dwar it-trasport: Karozzi (S)

- Imposti tas-servizzi ta' assigurazzjoni fuq tagħmir personali tat-trasport

Jeskludi:

Imposti għal servizzi ta' assigurazzjoni fuq l-ivjaġġar u assigurazzjoni tal-bagalji (mhux fl-indiċi).

12.5A Servizzi bankarji n.e.c. (S)

- Imposti attwali għal servizzi bankarji

- Imposti għal money orders u servizzi oħra finanzjarji ta' uffiċċji tal-posta u banek ta' tfaddil

Jeskludi:

Ħlasijiet ta' interessi u mposti mfissra bħala kull proporzjon mill-valur tat-tranżazzjoni.

12.6A Servizzi oħra n.e.c. (S)

- Miżati għal servizzi legali, aġenziji ta' l-impjieġ, eċċ.

- Imposti ta' kummissjonant u servizzi funebri oħra

- Ħlas għas-servizzi ta' managers u aġenti tal-proprjetà, operaturi ta' salesrooms u intermedjarji varji

- Pagamenti għal fotokopji u riproduzzjonijiet oħra ta' dokumenti

- Miżati għall-ħruġ ta' passaporti, ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt — skond il-Konvenzjonijiet ta' SEK 1995 (nota ta' taħt 5 għall-paragrafu 4.79) u s-sistema ta' rendikont nazzjonali (paragrafu 8.54) dawn il-ħlasijiet huma kkunsidrati bħala xiri ta' servizzi mill-gvern u għalhekk koperti mill HICP

- Ħlas għal avviżi fil-gazzetta u reklami

- Pagament għas-servizzi ta' grafoloġisti, astroloġi, detectives privati, aġenziji matrimonjali u konsulenti matrimonjali, kittieba pubbliċi, konċessjonijiet mixxellanji (siġġijiet, toilets, cloakrooms), eċċ.

Jeskludi:

Skond il-konvenzjonijiet tal-ESA 1995 esklużi huma kontribuzzjonijiet u miżati għal sħubija f'assoċjazzjonijiet professjonali, knejjes u klabbs soċjali, kulturali, rekreazzjonali u ta' l-isports (ESA 1995, paragrafu 3.77 e).

[1] Bosta mill-klassijiet jinkludu oġġetti jew servizzi. Klassijiet li jkunu jinsabu fihom oġġetti huma mfissra jew b'(ND, (SD) jew (D) li jindikaw jew "non-durable", "semi-durable" jew "durable" rispettivament. (S) tfisser klassijiet li jkun fihom "servizzi". Ċerti klassijiet ikun jinsab fihom kemm oġġetti u servizzi għaliex hu diffiċli biex taqsamhom f'oġġetti u servizzi. Dawn il-klassijiet huma normalment mogħtija (S) għaliex il-komponent ta' servizz hu meqjus li hu predominanti. (E) tindika "enerġija" u (SEA) "prodotti ta' l-istaġun."

[2] Ibbażat fuq l-abbozz finali tal-klassifikazzjoni Coicop kif adottata f'laqgħa konġunta tal-UN-ECE/OECD/Eurostat dwar il-kontijiet nazzjonali f'Ġinevra mit-30 ta' April sat-3 ta' Mejju 1996.

[3] "Il-konsumaturi jħallsu skond il-konsum": (i) meta jħallsu imposti li huma mkejla, (ii) meta jħallsu kull rata waħda li tista' tiġi meqjusa bħala stima tal-konsum tagħhom tas-servizz, jew (iii) meta jħallsu kull miżata ta' konnessjoni li tħalli ċertu ammont ta' konsum tas-servizz; il-konsumaturi ma jħallsux skond il-konsum meta s-servizz hu finanzjat mit-taxxi.

[4] Il-piż għal din il-pożizzjoni għandu jiġi aġġustat sabiex tinkludi tiswijiet imħallsa direttament minn pretensjonijiet magħmula lill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni (ara wkoll 12.4A).

[5] Koperti huma kull xiri ta' servizzi ta' akkomodazzjoni disponibbli għax-xiri fit-territorju ekonomiku ta' l-Istati Membri.

[6] Il-piżijiet u l-prezzijiet għal din il-pożizzjoni għandhom ikunu netti mill-pretensjonijiet. Madankollu, kull indiċi tal-prezzijiet ta' primjum gross jista' jintuża bħala kull prokura jew stima għal imposti fi premiums netti. Il-piżijiet għal pożizzjonijiet jeħtieġ li jiġu aġġustati għat-tiswijiet imħallsa minn pretensjonijiet direttament mill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, per eżempju manteniment u tiswijiet (07.2.3), u karozzi ġodda u second-hand (07.1.1).

--------------------------------------------------