Official Journal L 292 , 15/11/1996 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 tat-28 ta’ Ottubru tal-1996 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Komunità u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu ftehmu, fi Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li d-dazji doganali li għandhom jiġu applikati għal importazzjoni tar-ross (Kodiċi NM 1006) li joriġina u ġej mill-Eġittu għandhom ikunu dawk ikkalkulati skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju tal-1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], imnaqqsin b’ammont egwali għal 25 % tal-valur ta’ dawk id-dazji, u dak it-tnaqqis mogħti ma għandux ikun iżjed suġġett għall-ġbir mill-Eġittu ta’ taxxa ta’ l-esportazzjoni fuq il-prodott; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1250/77 tas-17 ta’ Mejju tal-1977 li jikkonċerna l-importazzjoni tar-ross mir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu [2] għandu jitħassar kif xieraq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni fil-Komunità tar-ross (Kodiċi NM 1006) li joriġina u li ġej mill-Eġittu għandhom ikunu dawk ikkalkulati skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 imnaqqsin b’ammont ugwali għal 25 % tal-valur ta’ dawk id-dazji, fil-limiti ta’ volum annwali ta’ 32000 tunnellata. L- Artikolu 2 L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi xi miżuri ta’ sorvelljanza, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76. Artikolu 3 Ir-Regolament (KEE) Nru 1250/77 huwa b’dan imħassar: L- Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Mejju tal-1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ottubru 1996. Għall-Kunsill Il-President D. Spring [1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3072/95 (ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18). [2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1977, p. 9. --------------------------------------------------