Official Journal L 277 , 30/10/1996 P. 0004 - 0004
Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 2063/96 ta’ l-14 ta’ Ottubru 1996 li jemenda r-Regolament (EEC) Nru 1180/77 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità tal-valuta u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għall-finijiet tal-politka agrikola komuni [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu, Billi d-Deċiżjoni Nru 1/77 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KEE-Turkija tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar konċessjonijiet ġodda għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli Torok fil-Komunità tistipula li jekk it-Turkija timponi imposti speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq il-prodotti importati fil-Komunità fuq iż-żejt taż-żebbuġa li jaqa’ taħt il-kodiċi CN 15091010, 15091090 i 15100010, l-imposta applikabbli għal żejt bħal dan għandha titnaqqas b’ammont fiss ta’ 0,7245 ECU għal kull 100 kilogramm u b’ammont egwali għall-imposta speċjali; billi dan it-tnaqqis kien ġie ffissat b’tali mod li ma jeċċedix l-10,88 ECU għal kull 100 kilogramm fil-każ tat-tnaqqis li hemm ipprovdut fl-Artikolu 2 ta’ l-imsemmija Deċiżjoni u l-10,88 ECU għal kull 100 kilogramm fil-każ ta’l-ammont addizzjonali li hemm ipprovdut fl-Anness IV ta’ dik id-Deċiżjoni; Billi d- Deċiżjoni Nru 1/77 kienet ġiet implimentata bir-Regolament (KEE) Nru 1180/77 [2]; Billi l-Partijiet Kontraenti qablu, bi Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri, li jiffissaw l-ammont addizzjonali ta’ 10,88 ECU għal kull 100 kilogramm għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1994 sal-31 ta’ Jannar 1995 u ta’ 13,44 ECU għal kull 100 kilogramm għal perijodu li jibda mill-1 ta’ Frar 1995; Billi r-Regolament (KEE) Nru 1180/77 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1180/77 għandu jinbidel b’dan li ġej: "(b) ammont egwali għall-imposta speċjali intaxxata mit-Turkija fuq l-esportazzjoni taż-żejt imsemmi iżda li ma jkunx jeċċedi l-10,88 ECU għal kull 100 kilogramm għal perijodu mill-1 ta’ Jannar 1994 sal-31 ta’ Jannar 1995 u li ma jkunx jeċċedi it-13,14 ECU għal kull 100 kilogramm għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ Frar 1995, filwaqt li dawn l-ammonti għandhom jiżdiedu b’10,88 ECU għal kull 100 kilogramm għall-ewwel perijodu u bi 13,14 ECU għal kull 100 kilogramm għat-tieni perijodu rispettivament." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 ta’ Ottubru 1996. Għall-Kunsill Il-President R. Quinn [1] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 150/95 (ĠU L 22, tal-31.1.1995, p. 1). [2] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 150/95 (ĠU L 22, tal-31.1.1995, p. 1). --------------------------------------------------