31996R2061



Official Journal L 277 , 30/10/1996 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament (KE) Nru 2061/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-8 ta’ Ottubru tal-1996

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ inbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi sabiex jiġu meqjusa ċerti użanzi tradizzjonali f’xi Stati Membri huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-inbejjed aromatizzati jistgħu jiġu mħejjija wkoll minn most ta’ l-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żjieda ta’ l-alkoħol, imsemmija fl-Anness I, punt 5, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta’ Marzu ta’ l-1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [4];

Billi d-dispożizzjoni dwar il-proporzjon minimu ta’ inbid preżenti f’inbid aromatizzat fil-każ ta’ inbejjed arrikkiti li jkunu ġejjin minn żoni differenti ta’ produzzjoni hija kważi impossibbli biex tiġi kkontrollata; billi huwa għalhekk meħtieġ li din id-dispożizzjoni tiġi aġġustata;

Billi d-definizzjoni ta’ prodott tradizzjonali bħall-Glühwein għandha tqis ċerti żviluppi fis-settur; billi ż-żjieda ta’ ilma għandha għalhekk tkun projbita, mingħajr preġudizzju għaż-żjieda ta’ ilma bħala riżultat taż-żjieda tal-ħlewwa;

Billi l-kliem tad-dispożizzjoni dwar il-proċessi li jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tad-diversi prodotti jeħtieġ li jiġi ċċarat, minħabba li, li fin-nuqqas ta’ regoli tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli speċifiċi f’dan il-qasam safejn dawk ir-regoli jkunu kumpatibbli mal-liġi tal-Komunità;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 [5] għandu jiġi emendat b’dan il-mod, u adattat f’ċerti aspetti tekniċi fid-dawl ta’ l-esperjenza,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 huwa b’dan emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(1)(a):

(i) it-test ta’ l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b’ dan li ġej:

"— miksub minn prodott wieħed jew aktar ta’ l-inbid definiti fil-punti 5 u 12 sa 18 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 [6], inklużi l-inbejjed ta’ kwalità magħmula f’reġjuni speċifiċi definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 823/87 [7] u bl-eċċezzjoni ta’ l-inbid tal-mejda retsina, possibilment b’most ta’ l-għeneb miżjud u/jew most ta’ l-għeneb fl-istadju tal-fermentazzjoni;";

(ii) it-test tas-subparagrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar għandu jinbidel b’dan li ġej:

"l-inbid u/jew most ta’ l-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żjieda ta’ l-alkoħol, użati fil-preparazzjoni ta’ inbid aromatizzat għandhom ikunu preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux inqas minn 75 %. Minkejja l-Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika minima u naturali skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilità fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87;".

2. Fl-Artikolu 2(1)(b) l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— miksub minn wieħed jew aktar mill-inbejjed definiti fil-punti 11 sa 13 u 15 sa 18 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87, inklużi l-inbejjed ta’ kwalità magħmula f’reġjuni speċifikati u definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 823/87 u bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed magħmula biż-żjieda ta’ alkoħol u inbid tal-mejda tar-retsina, possibilment biż-żjieda ta’ most ta’ l-għeneb u/jew most ta’ l-għeneb iffermentat parzjalment,".

3. Fil-versjoni Taljana ta’ l-Artikolu 2(2):

(i) f’(a),

"Vermut"

għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Vermut o Vermouth o Vermout".

(ii) f’(b)

Vino aromatizzato amaro

, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

"— "Vino alla china". o "Vino chinato". quando l'aromatizzazione principale fatta con aroma naturale di china,".

4. Fl-Artikolu 2(3):

(i) f’(e) Kalte Ente, il-kliem "li t-togħma tiegħu għandha tkun tingħaraf b’mod ċar" għandhom jitħassru;

(ii) f’(f),

Glühwein

, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

"xarba aromatizzata miksuba esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, imħawwra l-aktar biċ-ċikwejra u/jew imsiemer tal-qronfol; mingħajr preġudizzju għall-kwantitajiet ta’ ilma li jirriżultaw mill-Artikolu 3(a), iż-żjieda ta’ l-ilma hija projbita;";

(iii) f’(fa)

Viiniglögi/Vinglögg

, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

"xarba aromatika miksuba esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, imħawwra l-aktar biċ-ċikwejra u/jew bl-imsiemer tal-qronfol;".

5. Fil-versjoni Taljana ta’ l-Artikolu 2(5), (a) u (b) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"(a) extra secco o extra dry: per i prodotti ii cui tenore di zuccheri è inferiore a 30 grammi per litro;

(b) secco o dry: per i prodotti ii cui tenore di zuccheri è inferiore a 50 grammi per litro;".

6. L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L- Artikolu 5

1. Il-proċessi u l-prattiċi enoloġiċi stabbiliti skond ir-Regolament (KEE) Nru 822/87 għandhom japplikaw għall-inbejjed u l-most li huma nklużi fil-komposizzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. Il-proċessi għall-prodotti li jkunu qegħdin jiġu mħejjija sabiex jinkisbu wieħed mill-prodotti finali msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 14.’"

7. Fl-Anness II, il-kliem "Thüringer Glühwein" għandu jiddaħħal wara "Nürnberger Glühwein".

L- Artikolu 2

Għall-prodott Glühwein, għandhom jiġu adotati miżuri ta’ deroga skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/91 għal perjodu transitorju sal-31 ta’ Jannar ta’ l-1998.

L- Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 8 ta’ Ottubru ta’ l-1996.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

P. Rabbitte

[1] ĠU C 28, ta' l-1.2.1996, p. 8.

[2] Opinjoni mogħtija fis-27 ta’ Marzu ta’ l-1996 (ĠU C 174, tas-17.6.1996, p. 32).

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Marzu ta’ l-1996 (ĠU C 96, ta’ l-1.4.1996, p. 235), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-29 ta’ April ta’ l-1996 (ĠU C 196, tas-6.7.1996, p. 130) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Lulju ta’ l-1996 (ĠU C 261, tad-9.9.1996, p. 23).

[4] ĠU L 84, tas-27.3.1987 p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1544/95 (ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 31).

[5] L 149, ta’ l- 14.6.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3378/94 (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 1).

[6] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1544/95 (ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 31).

[7] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 59. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3011/95 (ĠU L 314, tat-28.12.1995, p. 14).

--------------------------------------------------