Official Journal L 270 , 23/10/1996 P. 0002 - 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2017/96 tat-22 ta’ Ottubru 1996 li jemenda L-Anness III ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jIstabilixxi kull proċedura tal-Komunità biex jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’l-ikel li ġejjin mill-annimali. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimu ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2010/96 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan, Billi, b’mod konformi ma Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid mill-annimali li jipproduċu l-ikel; Billi limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurta ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata ta’ prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali għall-konsumatur u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali tal-prodotti ta’ l-ikel. Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimu ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali fejn residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur); Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, madanakollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jispustaw fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti ta’ residwu massimu għandhom għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu u grass; Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel; Billi, sabiex tippermetti għat-tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi, aminosidine, cymiazole u marbofloxacin għandhom jiġu mdaħħla f’L-Annessi III mar-Regolament (KEE) Kru. 2377/90; Billi, kull perijodu ta’ 60 jum għandu jkun permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull aġġustament li jista’ jkun meħtieġ għall-awtroiżżazzjonijiet li ġew mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati jitqegħdu fis-suq. Billi l-miżuri li għalihom hemm iprovdut f’dan ir-Regolament huma skond il-fehmiet tal-Kumitat Permanenti fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-Anness III mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness hawnhekk. L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-60 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament huwa rabta fl-intier tiegħu u applikabbli b’mod dirett f’kull Stat Membru. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Ottubru 1996. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. [2] ĠU L 269, tat-22.10.1996, p. 5. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1. [4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness III mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu modifikat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.2. Antibijotiċi 1.2.5. Aminoglycoside "Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra | 1.2.5.6.Aminosidine | Aminosidine | Bovin, qżieqez, fniek, tiġieġ | 500 μg/kg | Muskolu | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.7.1998 | 1500 μg/kg | Fwied, kliewi" | 1.2.6. Kwinloni "Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra | 1.2.6.3.Marbofloxacin | Marbofloxacin | Bovin | 150 μg/kg | Muskolu, fwied, kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.7.1998 | 50 μg/kg | Grass | 75 μg/kg | Ħalib | Qżieqez | 150 μg/kg | Muskolu, fwied, kliewi | 50 μg/kg | Grass + ġilda" | 2. Aġenti anti-parassitiċi 2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ekto-parassiti 2.2.3. Derivattiv tal-iminophenyl thiazolidine "Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra | 2.2.3.1.Cymiazole | Cymiazole | Naħal | 1000 μg/kg | Għasel | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.7.1999" | --------------------------------------------------